Kummissjoni Ewropea > NGE > Divorzju > Liġi Internazzjonali

L-aħħar aġġornament: 05-03-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Divorzju - Liġi Internazzjonali

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Il-proċeduri għar-rikonoxximent ta’ sentenzi tad-divorzju fuq livell internazzjonali

Il-konvenzjoni internazzjonali l-aktar importanti f’dan il-qasam hija l-Konvenzjoni ta’ l-Aja ta’ l-1970 English - français dwar ir-rikonoxximent ta’ divorzji u separazzjonijiet legali.

L-għan ta’ din il-konvenzjoni hu li tiffaċilita, taħt ċerti kondizzjonijiet, ir-rikonoxximent fi Stat kontraenti wieħed ta’ divorzji u separazzjonijiet legali miksuba legalment fi Stat kontraenti ieħor.

Il-konvenzjoni ma tapplikax għal relazzjonijiet bejn Stati Membri ta’ l-Unjoni, li, bl-eċċezzjoni tad-Danimarka, huma kkontrollati mir-Regolament Nru 1347/2000. Tistà issib aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett taħt l-intestatura “ Id-divorzju - Il-liġi Komunitarja ”.

Min-naħa l-oħra, tapplika għar-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri li jkunu rratifikawha (fil-preżent 8) u pajjiżi mhux membri li huma firmatarji tal-ftehim (fil-preżent 8).

L-għan tal-konvenzjoni hu li jiġi stabbilit:

  • liema qrati għandhom il-ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu fil-proċeduri tad-divorzju,
  • kif divorzji mogħtija fi Stat Membru kontraenti għandhom ikunu rikonoxxuti mill-awtoritajiet fi Stati Membri kontraenti oħra.

Il-konvenzjoni tolqot biss ir-rikonoxximent ta’ sentenzi dwar id-divorzju u s-separazzjoni legali. Deċiżjonijiet dwar id-diviżjoni ta’ proprjetà jew il-kustodja tat-tfal mhumiex inklużi.

Konvenzjonijiet bilaterali

Xi Stati Membri għandhom ukoll konvenzjonijiet bilaterali ma’ pajjiżi mhux membri li jikkonċernaw ir-rikonoxximent tad-divorzju.

Biex tikseb aktar informazzjoni, ikklikkja fuq il-bnadar ta’ l-Istati Membri.

Dokumenti ta’ referenza

  • Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri għal tfal taż-żewġ konjuġi
  • Il-Konvenzjoni English - français dwar ir-rikonoxximent ta’ divorzji u separazzjonijet legali (Il-Konferenza ta’ l-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat)

« Divorzju - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Internazzjonali - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 05-03-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit