Kummissjoni Ewropea > NGE > Divorzju

L-aħħar aġġornament: 02-03-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Divorzju - Informazzjoni Ġenerali

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Id-divorzju ma jfissirx biss li tissepara.

Id-divorzju jħoll ir-rabta taż-żwieġ u l-iskema tal-proprjetà matrimonjali, li jista’ jkollhom diversi konsegwenzi legali.

Għalhekk, fil-biċċa l-kbira ta’ l-Istati Membri, id-divorzju jrid jingħata minn awtorità ġudizzjarja, li tiddeċiedi wkoll, fejn meħtieġ, dwar:

  • kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri,
  • it-tqassim ta’ proprjetà u x-xoljiment ta’ l-iskema tal-proprjetà matrimonjali,
  • il-manteniment li għandu jitħallas minn wieħed mill-konjuġi lill-oħra/ieħor jew lit-tfal.

Id-divorzju jista’ jintalab miż-żewġ konjuġi (id-divorzju bi ftehim reċiproku jew b’talba konġunta) jew minn wieħed minnhom.

Madankollu, il-prattiċi tal-proċedura u r-raġunijiet ammissibbli għad-divorzju jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor.

Billi tikklikkja fuq il-bnadar ta’ l-Istati Membri tikseb informazzjoni utli dwar proċeduri tad-divorzju u, fejn applikabbli, proċeduri oħra li jwaqqfu jew jimmodifikaw ir-rabta taż-żwieġ, bħall-annullament u s-separazzjoni legali.

Mill-1 ta’ Marzu 2001, id-divorzji mogħtija fi Stat Membru ġew rikonoxxuti b’inqas diffikultà fl-Istati Membri l-oħra. Ir-regolament li jirregola r-rikonoxximent tad-divorzju jinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar il-kompetenza tal-qrati.

Tista’ tikseb aktar informazzjoni fuq dan is-suġġett billi tikklikkja l-ikona “Il-liġi tal-Komunità”.

Tista’ wkoll tikseb informazzjoni dwar konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-divorzju billi tikklikkja l-ikona “Il-Liġi internazzjonali”.

L-aħħar aġġornament: 02-03-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit