Kummissjoni Ewropea > NGE > Divorzju > Franza

L-aħħar aġġornament: 10-04-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Divorzju - Franza

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhuma l-kundizzjonijiet biex jinkiseb divorzju ? 1.
2. X’inhuma r-raġunijiet għal divorzju ? 2.
3. X’inhuma l-effetti ġudizzjarji tad-divorzju fuq: 3.
a) ir-relazzjonijiet personali bejn il-konjuġi (per eżempju l-kunjom) ? a)
b) id-diviżjoni tal-beni bejn il-konjuġi ? b)
c) l-ulied minuri tal-konjuġi (per eżempju l-awtorità tal-ġenituri u l-obbligazzjonijiet tal-manteniment) ? (Ara « Ir-responsabbilità tal-Ġenituri – Franza ») c)
d) l-obbligu li jingħataw l-obbligazzjonijiet tal-manteniment lir-raġel/mara ? d)
4. Xi jfisser il-kunċett ta’ “separazzjoni personali” fil-prattika ? 4.
5. X’inhuma r-raġunijiet għal separazzjoni personali ? 5.
6. X’inhuma l-effetti ġuridiċi tas-separazzjoni personali ? Din tista’ tiġi mibdula f’divorzju ? Hija kundizzjoni neċessarja biex jiġi pronunzjat id-divorzju ? 6.
7. Xi jfisser il-kunċett ta’ “annullament taż-żwieġ” fil-prattika ? 7.
8. X’inhuma r-raġunijiet għall-annullament taż-żwieġ ? 8.
9. X’inhuma l-effetti ġuridiċi ta’ l-annullament taż-żwieġ ? 9.
10. Jeżistu mezzi alternattivi mhux ġudizzjarji biex jiġu solvuti kwistjonijiet relattivi għad-divorzju mingħajr ma wieħed jirrikorri quddiem il-Qrati ? 10.
11. Fejn għandi nippreżenta t-talba tiegħi ta’ divorzju/separazzjoni personali/annullament taż-żwieġ ? X’inhuma l-formalitajiet li jridu jiġu rrispettati u liema dokumenti għandhom jiġu mehmuża mat-talba? 11.
12. Nista’ nikseb għajnuna legali għall-ispejjeż tal-proċedura ? 12.
13. Jista’ jsir appell minn deċiżjoni li ngħatat fuq id-divorzju/is-separazzjoni personali/l-annullament taż-żwieġ ? 13.
14. X’għandi nagħmel biex tiġi rikonoxxuta deċiżjoni dwar divorzju/separazzjoni personali/annullament taż-żwieġ mogħtija minn Qorti ta’ pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea fi Stat Membru ieħor ? 14.
15. Quddiem liema Qorti għandu jiġi ppreżentat il-każ biex issir oppożizzjoni għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar divorzju/separazzjoni personali/annullament taż-żwieġ mogħtija minn Qorti ta’ pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea fi Stat Membru ieħor ? X’inhi l-proċedura applikabbli f’dan il-każ ? 15.
16. Liema liġi tad-divorzju tapplika l-Qorti fi proċedura ta’ divorzju bejn żewġ konjuġi li m’humiex residenti fi Franza jew li huma ta’ nazzjonalitajiet differenti? 16.

 

1. X’inhuma l-kundizzjonijiet biex jinkiseb divorzju ?

(per eżempju l-possibbiltà ta’ divorzju b’kunsens reċiproku; il-kundizzjoni tas-separazzjoni)

Jeżistu tliet każijiet ta’ divorzju:

  • id-divorzju b’kunsens reċiproku li fih innifsu jinkludi żewġ forom distinti: id-divorzju fuq talba konġunta jew id-divorzju mitlub minn wieħed mill-miżżewġin u aċċettat mill-ieħor;
  • id-divorzju minħabba it-tmiem tal-ħajja komuni;
  • id-divorzju minħabba tort.

2. X’inhuma r-raġunijiet għal divorzju ?

(per eżempju tort; falliment irriversibbli taż-żwieġ, separazzjoni)

  • Id-divorzju fuq talba konġunta jista’ jiġi mitlub mill-konjuġi meta huma jiftiehmu fuq il-prinċipju tat-tmiem taż-żwieġ u l-konsegwenzi kollha tiegħu. F’dan il-każ, huma m’għandhomx għalfejn jagħmlu r-raġuni tad-divorzju magħrufa u jridu biss jissottomettu lill-Imħallef abbozz tal-ftehim li jippreċiża t-termini tal-ftehim tagħhom.
  • Id-divorzju mitlub minn wieħed mill-miżżewġin u aċċettat mill-ieħor huwa bażat fuq l-għarfien, miż-żewġ konjuġi, tal-fatti li qed jagħmlu t-tkomplija tal-ħajja komuni intollerabbli, u l-konsegwenzi tad-divorzju, għall-kuntrarju tad-divorzju fuq talba konġunta, jiġu deċiżi mill-Imħallef. Id-divorzju pronunzjat b’dan il-mod għandu l-effetti ta’ divorzju minħabba tort indaqs taż-żewġ partijiet.
  • Id-divorzju minħabba tmiem tal-ħajja komuni huwa kkundizzjonat mill-eżistenza, għal sitt snin, kemm ta’ separazzjoni ta’ fatt bejn il-konjuġi, jew ta’ bidla fl-istat mentali ta’ xi ħadd mill-konjuġi biżżejjed gravi li ma teżisti l-ebda kommunjoni tal-ħajja bejn il-konjuġi u din mhux raġonevolment mistennija terġa’ tinbena fil-futur.
  • Id-divorzju minħabba tort jista’ jintalab minn xi ħadd mill-konjuġi minħabba fatti li jistgħu jiġu attribwiti lill-parti l-oħra meta dawn il-fatti jikkonsistu fi ksur gravi jew ripetut tad-dmirijiet u l-obbligi taż-żwieġ u li jagħmlu intollerabbli t-tkomplija tal-ħajja komuni.

3. X’inhuma l-effetti ġudizzjarji tad-divorzju fuq:

FuqFuq

a) ir-relazzjonijiet personali bejn il-konjuġi (per eżempju l-kunjom) ?
  • L-obbligi tal-fedeltà, tal-komunjoni tal-ħajja flimkien u ta’ l-għajnuna jintemmu meta s-sentenza tad-divorzju ssir finali, jiġifieri ma tistax tiġi appellata.
  • Kull wieħed mill-konjuġi jerġa’ jikseb il-libertà li jerġa’ jiżżewweġ minbarra, fil-prinċipju, il-mara, li għandha tistenna 300 ġurnata li jibdew jgħoddu mit-tmiem taż-żwieġ preċedenti. Imma dan iż-żmien jibda mid-data tad-deċiżjoni li tawtorizza residenza separata jew li tapprova, fil-każ ta’ talba konġunta, il-ftehim temporanju milħuq dwar dan is-suġġett. Barra minn hekk, dan iż-żmien ma japplikax fil-każ li d-divorzju jiġi pronunzjat minħabba li ntemmet il-ħajja komuni.
  • Wara d-divorzju, kull wieħed mill-konjuġi jitlef id-dritt li juża l-kunjom tal-parti l-oħra. Dan il-prinċipju ma japplikax, madankollu, meta d-divorzju ġie ddikjarat minħabba tmiem fil-ħajja komuni fuq talba tar-raġel. Fil-każijiet l-oħra, il-mara tista’ tkompli tuża l-kunjom tar-raġel kemm bi ftehim miegħu u kemm bl-awtorizzazzjoni ta’ l-Imħallef, jekk hi tiġġustifika li dan huwa ta’ interess partikolari għaliha nnifisha jew għall-ulied.
b) id-diviżjoni tal-beni bejn il-konjuġi ?
  • Id-divorzju jġib it-tmiem tar-reġim tal-beni matrimonjali u d-diviżjoni tal-beni.
  • Il-parti li għandha t-tort esklussiv li minħabba fih jiġi pronunzjat id-divorzju titlef d-donazzjonijiet u l-benefiċċji taż-żwieġ mogħtija mill-parti l-oħra. Meta d-divorzju jiġi pronunzjat minħabba tort indaqs taż-żewġ partijiet, kull wieħed minnhom jista’ jirrevoka dawn id-dispożizzjonijiet. Meta d-divorzju huwa pronunzjat fuq talba konġunta tal-konjuġi, dawn jibqgħu jgħoddu, ħlief jekk revokati kuntrattwalment mill-konjuġi. Fil-każ ta’ divorzju minħabba tmiem tal-ħajja komuni, il-parti konvenuta żżommhom bi dritt.
  • Fil-każ ta’ divorzju fuq talba konġunta, il-ftehim bejn il-konjuġi fuq il-likwidazzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tagħhom tikkondizzjona l-pronunzjament tad-divorzju. Fil-forom l-oħra ta’ divorzju, il-konjuġi jistgħu jiftiehmu dwar din il-likwidazzjoni qabel il-pronunzjament tad-divorzju, imma m’humiex obbligati li jagħmlu dan. F’dan il-każ, il-likwidazzjoni ssir wara l-pronunzjament.
c) l-ulied minuri tal-konjuġi (per eżempju l-awtorità tal-ġenituri u l-obbligazzjonijiet tal-manteniment) ? (Ara « Ir-responsabbilità tal-Ġenituri – Franza »)

Id-divorzju m’għandu l-ebda konsegwenza partikolari fuq ir-regoli relattivi għall-eżerċizzju ta’ l-awtorità tal-ġenituri li għalhekk tibqa’, fil-prinċipju, fdata lill-ġenituri flimkien. Madankollu l-Imħallef jista’ jiddeċiedi li jafda dan l-eżerċizzju lill-wieħed mill-ġenituri jekk dan ikun fl-interess ta’ l-ulied.

FuqFuq

Kull wieħed mill-ġenituri għandu jkompli jikkontribwixxi għat-trobbija u l-edukazzjoni ta’ l-ulied. Din il-kontribuzzjoni tieħu l-forma ta’ manteniment perjodiku mogħti minn wieħed mill-ġenituri lill-ieħor imma tista’ wkoll tieħu l-forma, fl-intjier jew f’parti, ta’ responsabbilità diretta għall-ispejjeż li jsiru fl-interess ta’ l-ulied. Din tista’ fl-aħħarnett tingħata taħt il-forma ta’ dritt ta’ użu u ta’ għajxien.

d) l-obbligu li jingħataw l-obbligazzjonijiet tal-manteniment lir-raġel/mara ?
  • Id-divorzju fil-prinċipju jtemm id-dmir ta’ l-għajnuna ħlief meta d-divorzju jiġi pronunzjat minħabba t-tmiem tal-ħajja komuni. Dan id-dmir jinżamm għall-benefiċċju tal-parti li ma tkunx għamlet it-talba, li tista’, fi kwalunkwe mument, titlob lill-parti l-oħra l-għotja ta’ manteniment perjodiku li jiġi rivedut skond il-bidliet fil-bżonnijiet u l-mezzi tal-konjuġi preċedenti.
  • Fil-każijiet l-oħra, wieħed mill-konjuġi jista’ jinżamm responsabbli li jagħti lill-ieħor benefiċċju bl-għan li jikkumpensa, sakemm huwa possibbli, id-differenza maħluqa mit-tmiem fiż-żwieġ fil-kundizzjonijiet rispettivi ta’ l-għajxien.
  • Dan il-benefiċċju jiġi ffissat skond il-bżonnijiet ta’ min jirċevih u l-mezzi ta’ min irid jagħtih, fil-waqt li titqies is-sitwazzjoni fil-mument tad-divorzju u ta’ l-evoluzzjoni tagħha fil-futur prevedibbli.

    Fil-prinċipju, dan jieħu l-forma ta’ kapital. Dan il-kapital jista’ jkun ta’ somma flus, ta’ għotja ta’ beni fi propjetà, ta’ użufrutt jew għall-użu u l-abitazzjoni. Meta d-debitur ma jkunx f’pożizzjoni li jipprovdi l-kapital immedjatament, l-Imħallef jista’ jawtorizza l-ħlas tiegħu fuq terminu ta’ tmien snin.

    FuqFuq

    F’każijiet eċċezzjonali, l-Imħallef jista’, jekk l-età jew l-istat tas-saħħa tal-kreditur ma jippermettulux li jissodisfa l-bżonnijiet tiegħu, jiffissa l-benefiċċju ta’ kumpens bħala renta vitalizja.

(Ara « Ammonti dovuti għall-manteniment – Franza »)

4. Xi jfisser il-kunċett ta’ “separazzjoni personali” fil-prattika ?

Is-separazzjoni personali hija separazzjoni organizzata b’mod ġudizzjarju li ttemm ċerti obbligi taż-żwieġ, bħalma huma d-dmir tal-koabitazzjoni bejn il-konjuġi, mingħajr madankollu ma tħoll ir-rabta taż-żwieġ. Għalhekk mhux possibbli li wieħed jerġa’ jiżżewweġ.

5. X’inhuma r-raġunijiet għal separazzjoni personali ?

Ir-raġunijiet u l-proċedura huma l-istess bħal dawk tad-divorzju.

Meta jkun hemm talba għal divorzju u talba għal separazzjoni personali, l-Imħallef li jilqa’ ż-żewġ talbiet jiddikjara d-divorzju bit-tort maqsum.

Fil-każ ta’ talba ta’ divorzju għal tmiem tal-ħajja komuni, il-kontrotalba ta’ separazzjoni personali hija projbita.

6. X’inhuma l-effetti ġuridiċi tas-separazzjoni personali ? Din tista’ tiġi mibdula f’divorzju ? Hija kundizzjoni neċessarja biex jiġi pronunzjat id-divorzju ?

- L-effetti tas-separazzjoni personali.

Is-separazzjoni personali ttemm id-dmir tal-koabitazzjoni imma jibqgħu d-dmirijiet ta’ l-għajnuna u tal-fedeltà. Bl-istess mod, il-mara żżomm l-użu tal-kunjom tar-raġel tagħha.

FuqFuq

Fuq il-livell matrimonjali, id-dmir ta’ l-għajnuna jinżamm u jippermetti l-għotja ta’ manteniment perjodiku mingħajr ma titqies l-attribuzzjoni tat-tort. Min-naħa l-oħra, is-sentenza twassal għat-tmiem u l-likwidazzjoni tar-reġim tal-beni matrimonjali, bħal fil-każ tad-divorzju.

Id-drittijiet tas-suċċessjoni jinżammu ħlief għal dak il-konjuġi li kien unikament ħati tas-separazzjoni.

- Il-bidla ta’ separazzjoni personali f’divorzju

Fuq talba ta’ wieħed mill-konjuġi, sentenza ta’ separazzjoni personali tista’ titbiddel fil-fatt għal sentenza ta’ divorzju meta s-separazzjoni personali tkun ilha tliet snin. L-Imħallef jiddikjara għalhekk id-divorzju u jiddeċiedi fuq il-konsegwenzi tiegħu.

Meta s-separazzjoni personali saret fuq talba konġunta, din ma tistax tinbidel f’divorzju ħlief permezz ta’ talba konġunta ġdida.

Is-separazzjoni personali m’hix kundizzjoni għall-pronunzjament ta’ divorzju fl-ebda każ.

7. Xi jfisser il-kunċett ta’ “annullament taż-żwieġ” fil-prattika ?

L-annullament taż-żwieġ, li jiddependi minn sentenza, għandu l-effett li jħassar b’mod retroattiv l-effetti kollha taż-żwieġ qisu dan qatt ma eżista.

Din hi distinta mit-tmiem ta’ l-unjoni, partikolarment minħabba divorzju, li jipproduċi biss effetti għall-futur.

8. X’inhuma r-raġunijiet għall-annullament taż-żwieġ ?

Ir-raġunijiet għall-annullament taż-żwieġ huma differenti skond jekk wieħed hux jitratta nullità relattiva (meta l-każ ikun ibbażat fuq vizzju tal-kunsens jew fuq nuqqas ta’ awtorizzazzjoni min-naħa tal-persuni li kellhom jawtorizzaw iż-żwieġ) jew nullità assoluta (li tissanzjona l-inosservanza ta’ kundizzjoni ta’ l-ordni pubbliku).

FuqFuq

- Każ ta’ nullità relattiva.

Dawn huma tnejn:

  • il-vizzju tal-kunsens li jikkostitwixxi l-iżball fuq il-persuna u l-vjolenza
  • id-difett fl-awtorità tal-persuni li kienet neċessarja l-awtorizzazzjoni tagħhom.

It-talba tista’ tiġi biss minn numru limitat ta’ ċerti persuni: il-konjuġi li l-kunsens tiegħu kien ivvizzjat jew li kien legalment inkapaċi fil-mument taċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ; il-persuni li suppost qablu ma’ l-unjoni.

- Każ ta’ nullità assoluta.

Jeżistu sitta minn dawn: in-nuqqas totali ta’ kunsens (is-simulazzjoni totali), in-nuqqas ta’ l-età meħtieġa għaż-żwieġ, il-bigamija, l-inċest, l-inkompetenza tar-reġistratur u l-klandestinità.

It-talba tista’ issir minn kull persuna li għandha interess li taġixxi.

9. X’inhuma l-effetti ġuridiċi ta’ l-annullament taż-żwieġ ?

Dawn l-effetti huma identiċi kemm fil-każ ta’ nullità relattiva u kemm f’dak ta’ nullità assoluta.

  • Kemm l-oġġetti personali u kemm dawk li jaqgħu fil-patrimonju taż-żwieġ jitħassru minħabba li r-rabta taż-żwieġ hija meqjusa li qatt m’eżistiet. Per eżempju, jekk wieħed mill-konjuġi huwa mejjet, l-annullament taż-żwieġ jċaħħad lill-ieħor minn kull dritt tas-suċċessjoni.
  • Madankollu huwa possibbli li jittaffa dan il-prinċipju meta wieħed mill-konjuġi jew it-tnejn kienu, matul iż-żwieġ, ta’ ħsieb tajjeb. F’dan il-każ, iż-żwieġ « putattiv » jibqa’ null imma jiġi ttrattat bħalli kieku kien sempliċiment xolt. Għalhekk, jibqgħu jgħoddu l-effetti kollha ta’ l-ordni ċivili, personali jew finanzjarji, li żviluppaw qabel is-sentenza ta’ l-annullament.

    FuqFuq

  • Fir-rigward ta’ l-ulied, l-annullament taż-żwieġ tal-ġenituri tagħhom huwa mingħajr effett ġuridiku u s-sitwazzjoni tagħhom hija rregolata bħal f’każ ta’ divorzju.

10. Jeżistu mezzi alternattivi mhux ġudizzjarji biex jiġu solvuti kwistjonijiet relattivi għad-divorzju mingħajr ma wieħed jirrikorri quddiem il-Qrati ?

Id-divorzju u l-konsegwenzi tiegħu huma neċessarjament regolati minn sentenza.

Madankollu, jekk il-partijiet jaċċettaw, tista’ tiġi organizzata medjazzjoni matul il-proċedura tad-divorzju. Din il-miżura hija fdata lil individwu jew lil assoċjazzjoni sabiex jinstemgħu l-partijiet, jitqabblu l-verżjonijiet tagħhom u tingħatalhom għajnuna biex tinsab soluzzjoni għall-kunflitt ta’ bejniethom.

Fit-tmiem ta’ din il-medjazzjoni, il-partijiet li jixtiequ jiftiehmu jistgħu jissottomettu l-ftehim tagħhom għall-approvazzjoni ta’ l-Imħallef.

11. Fejn għandi nippreżenta t-talba tiegħi ta’ divorzju/separazzjoni personali/annullament taż-żwieġ ? X’inhuma l-formalitajiet li jridu jiġu rrispettati u liema dokumenti għandhom jiġu mehmuża mat-talba?

A) It-talba għad-divorzju

Din tieħu l-forma ta’ rikors mressaq minn avukat lir-Reġistratur tal-Qorti Superjuri.

  • Il-Qorti li hi territorjalment kompetenti hija:
    • l-post fejn tinstab ir-residenza tal-familja;
    • jekk il-konjuġi jgħixu f’postijiet differenti, il-Qorti tal-post fejn joqgħod dak il-konjuġi li miegħu joqgħodu l-ulied minuri;
    • fil-każi l-oħra, il-Qorti tal-post fejn joqgħod dak il-konjuġi li ma ħax l-inizzjattiva biex jagħmel it-talba;
    • fil-każ ta’ talba konġunta, il-Qorti kompetenti tkun, skond l-għażla tal-konjuġi, dik tal-post fejn joqgħod wieħed jew l-ieħor.
  • Fil-każijiet kollha ta’ divorzju, il-konjuġi jridu jagħtu l-informazzjoni kollha neċessarja għall-identifikazzjoni tagħhom, l-assigurazzjoni tas-saħħa tagħhom u l-informazzjoni relattiva għas-servizzi u l-entitajiet li jagħtuhom benefiċċji jew ħlas perjodiku jew kwalunkwe dħul ieħor.

    Fil-każ ta’ divorzju mitlub minn wieħed mill-konjuġi u aċċettat mill-ieħor, it-talba għandu jkollha magħha dikjarazzjoni tal-każ li fiha l-parti li qed tagħmel it-talba tipprova tiddiskrivi b’mod objettiv is-sitwazzjoni konjugali mingħajr ma tipprova tiddiskrivi l-fatti u l-anqas ma tattribwihom lil wieħed jew lill-ieħor.

    FuqFuq

    Fil-każ ta’ divorzju fuq talba konġunta, it-talba m’għandhiex tindika r-raġunijiet għad-divorzju. Hi għandha jkollha anness magħha ftehim temporanju li bih il-konjuġi qed jirregolaw, matul is-smigħ, is-sitwazzjoni reċiproka tagħhom u dik ta’ l-ulied, kif ukoll abbozz ta’ ftehim definittiv li jwassal għal riżoluzzjoni sħiħa ta’ l-effetti tad-divorzju flimkien ma’ indikazzjoni, jekk ikun hemm bżonn, tan-nutar inkarigat mil-likwidazzjoni tar-reġim tal-beni matrimonjali.

    Fil-każ ta’ divorzju minħabba tmiem tal-ħajja komuni, it-talba trid tippreċiża l-mezzi li bihom il-kojuġi ser jiżgura, kemm matul is-smigħ u kemm wara x-xoljiment taż-żwieġ, id-dmir tiegħu ta’ għajnuna kif ukoll l-obbligazzjonijiet tiegħu fir-rigward ta’ l-ulied.

B) It-talba ta’ l-annullament taż-żwieġ issir quddiem il-Qorti Superjuri tal-post li fih joqgħod il-konvenut. Din tieħu l-forma ta’ taħrika mwassla mill-uffiċjal tal-Qorti.

12. Nista’ nikseb għajnuna legali għall-ispejjeż tal-proċedura ?

L-għajnuna legali, totali jew parzjali, tista’ tinkiseb taħt kundizzjonijiet marbuta mal-mezzi (ara s-suġġett « Għajnuna ġudizjarja – Franza »).

13. Jista’ jsir appell minn deċiżjoni li ngħatat fuq id-divorzju/is-separazzjoni personali/l-annullament taż-żwieġ ?

Dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jiġu appellati bil-metodu normali.

14. X’għandi nagħmel biex tiġi rikonoxxuta deċiżjoni dwar divorzju/separazzjoni personali/annullament taż-żwieġ mogħtija minn Qorti ta’ pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea fi Stat Membru ieħor ?

Id-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-qasam tad-divorzju huma magħrufa bis-sħiħ mingħajr ebda proċedura partikolari ħlief fil-każ fejn dawn id-deċiżjonijiet iridu jagħtu lok għal atti ta’ eżekuzzjoni materjali fuq il-beni jew ta’ miżuri ta’ koerċizjoni fuq il-persuni. Dan isir jekk ikun neċessarju li jingħata manteniment perjodiku jew li tittieħed deċiżjoni dwar ir-responsabbilità tal-ġenituri (Cf. Ara s-suġġetti « Ammonti dovuti għall-manteniment – Franza » u « Ir-responsabbilità tal-ġenituri – Franza »).

FuqFuq

15. Quddiem liema Qorti għandu jiġi ppreżentat il-każ biex issir oppożizzjoni għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar divorzju/separazzjoni personali/annullament taż-żwieġ mogħtija minn Qorti ta’ pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea fi Stat Membru ieħor ? X’inhi l-proċedura applikabbli f’dan il-każ ?

Biex wieħed jopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni bħal dik, huwa possibbli li tiġi introdotta azzjoni ta’ oppożizzjoni fil-Qorti Superjuri. Sentenza li tirrendi l-kwistjoni mhux opponibbli tfisser li tinċaħad talba ta’ eżekuzzjoni ulterjuri mressqa mill-parti l-oħra (ċioé talba intenzjonata biex sentenza ta’ Stat Membru ieħor tiġi ddikjarata eżekuttiva fi Franza) (għall-kuntrarju jekk it-talba għal oppożizzjoni tinċaħad, tiġi eżegwita s-sentenza tal-Qorti barranija).

Il-proċedura hija l-istess bħal dik ta’ l-azzjoni għar-rikonoxximent.

16. Liema liġi tad-divorzju tapplika l-Qorti fi proċedura ta’ divorzju bejn żewġ konjuġi li m’humiex residenti fi Franza jew li huma ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Ħlief jekk trattat internazzjonali jipprovdi mod ieħor, skond l-Artikolu 310 tal-Kodiċi Ċivili, id-divorzju u s-separazzjoni perosnali huma regolati mil-liġi Franċiża:

  • meta ż-żewġ konjuġi huma ta’ nazzjonalità Franċiża;
  • meta l-konjuġi għandhom, it-tnejn li huma, id-domiċilju tagħhom fuq territorju Franċiż;
  • meta l-ebda liġi barranija ma tkun applikabbli u l-Qrati Franċiżi huma kompetenti biex jisimgħu d-divorzju. Dan il-każ ta’ l-aħħar jaħseb għas-sitwazzjonijiet fejn il-konjuġi m’humiex it-tnejn ta’ nazzjonalità Franċiża u t-tnejn m’għandhomx domiċilju fi Franza imma fejn ta’ l-anqas il-każ tad-divorzju jitressaq b’mod regolari quddiem il-Qorti Franċiża.

Barra minn dawn l-ipoteżijiet, l-Imħallef Franċiż japplika l-liġi barranija.

Aktar tagħrif

  • Id-drittijiet tiegħek français (Il-Ministeru tal-Ġustizzja)

« Divorzju - Informazzjoni Ġenerali | Franza - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 10-04-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit