Kummissjoni Ewropea > NGE > Divorzju > Finlandja

L-aħħar aġġornament: 09-11-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Divorzju - Finlandja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhuma r-raġunijiet għad-divorzju? 1.
2. X’inhuma l-kondizzjonijiet biex jingħata divorzju? 2.
3. X’inhuma l-effetti legali tad-divorzju? 3.
a) fuq ir-relazzjoni personali tal-miżżewġin? a)
b) fuq il-qsim tal-propjetà bejn il-miżżewġin? b)
c) fuq it-tfal tal-miżżewġin taħt l-età ta’ 18-il sena? c)
d) fuq l-obbligu tal-manteniment tal-miżżewġin? d)
4. X’ifisser fil-prattika l-kliem legali "firda legali”? 4.
5. X’inhuma l-prekondizzjonijiet għal firda legali? 5.
6. X’inhuma l-effetti legali ta’ firda legali? 6.
7. X’ifisser fil-prattika l-kliem legali "annullament taż-żwieġ”? 7.
8. X’inhuma l-prekondizzjonijiet għal annullament taż-żwieġ? 8.
9. X’inhuma l-effetti legali ta’ l-annullament taż-żwieġ? 9.
10. X’inhuma l-mezzi biex jissolvew il-kwistjonijiet tad-divorzju mhux fil-qorti? 10.
11. Fejn għandhom jintbagħtu r-rikorsi għad-divorzju/l-firda legali/l-annullament? X’inhuma l-formalitajiet u x’dokumenti għandhom jintbagħtu mar-rikors? 11.
12. Hemm għajnuna legali għal din il-kwistjoni? 12.
13. Jista’ jkun hemm appell mid-deċiżjoni tad-divorzju/tal-firda legali/ta’ l-annullament? 13.
14. X’inhuma l-proċeduri biex jinkiseb ir-rikonoxximent legali ta’ sentenza tad-divorzju/tal-firda legali/ta’ l-annullament fil-Finlandja, jekk is-sentenza ngħatat fi stat membru ieħor? 14.
15. F’liema qorti tal-ġustizzja għandha ssir il-kawża jekk wieħed irid jappella sentenza ta' divorzju/firda legali/annullament fil-Finlandja, jekk is-sentenza ngħatat fi stat membru ieħor? X’inhuma l-proċeduri f’dawn il-każijiet? 15.
16. Liema liġi tgħodd meta l-miżżewġin ma joqogħdux fil-Finlandja jew huma ċittadini ta’ pajjiż ieħor? 16.

 

1. X’inhuma r-raġunijiet għad-divorzju?

Il-miżżewġin għandhom id-dritt li jiddivorzjaw wara perjodu ta’ kunsiderazzjoni ta’ sitt xhur minn meta jsir ir-rikors. Id-divorzju jista’ jingħata mingħajr il-perjodu ta’ konsiderazzjoni jekk il-miżżewġin kienu separati fl-aħħar sentejn qabel ma jsir ir-rikors għad-divorzju.

2. X’inhuma l-kondizzjonijiet biex jingħata divorzju?

M’intix meħtieġ telenka r-raġunijiet għad-divorzju fl-applikazzjoni. Meta tisma’ l-kawża tad-divorzju, il-Qorti Distrettwali ma tikkonsidrax ir-relazzjoni personali tal-miżżewġin jew ir-raġunijiet għad-divorzju.

3. X’inhuma l-effetti legali tad-divorzju?

a) fuq ir-relazzjoni personali tal-miżżewġin?

Wara d-divorzju, il-miżżewġin iżommu l-kunjom li kellhom fiż-żwieġ. Jekk miżżewweġ/a jibdel/tibdel kunjomu/ha meta jiżżewweġ/tiżżewweġ, jista’/tista' j/titlob li jinbidel wara d-divorzju.

b) fuq il-qsim tal-propjetà bejn il-miżżewġin?

Bħala regola ġenerali, meta jintemm iż-żwieġ, il-proprjetà tal-miżżewġin tinqasam b’mod ugwali. Il-miżżewġin jistgħu jiftehmu fuq il-qsim tal-proprjetà jew jista’ jsir minn eżekutur maħtur minn qorti tal-ġustizzja. Eċċezzjoni waħda għar-regola ewlenija hija kuntratt taż-żwieġ u l-qsim jista’ jkun aġġustat jekk altrimenti l-eżitu ma jkunx ikkunsidrat raġonevoli. Il-proprjetà tal-miżżewġin tista’ tinqasam matul il-perjodu ta’ konsiderazzjoni, imma mhux aktar kmieni.

FuqFuq

c) fuq it-tfal tal-miżżewġin taħt l-età ta’ 18-il sena?

Il-kustodja, l-arranġamenti ta’ fejn joqgħodu, id-drittijiet ta’ manteniment u ta’ aċċess għat-tfal tal-miżżewġin jistgħu jkunu ffinalizzati meta jsir ir-rikors għad-divorzju. (Ara l-paġni “Il-Kustodja tat-Tfal - Il-Finlandja” u “Il-Manteniment - Il-Finlandja”)

d) fuq l-obbligu tal-manteniment tal-miżżewġin?

Meta jingħata divorzju, il-qorti tal-ġustizzja tista’ tordna lil miżżewweġ/miżżewġa iħallas/tħallas il-manteniment lill-parti l-oħra jekk dan jitqies raġonevoli. (Ara l-paġna “Il-Manteniment – Il-Finlandja”)

4. X’ifisser fil-prattika l-kliem legali "firda legali”?

Il-firda legali mhix rikonoxxuta fis-sistema legali Finlandiża.

5. X’inhuma l-prekondizzjonijiet għal firda legali?

Ara l-mistoqsija 4.

6. X’inhuma l-effetti legali ta’ firda legali?

Ara l-mistoqsija 4.

7. X’ifisser fil-prattika l-kliem legali "annullament taż-żwieġ”?

M’hemm l-ebda dispożizzjonijiet fuq l-annullament taż-żwieġ fil-leġislazzjoni Finlandiża. Iżda, il-prosekutur pubbliku għandu jagħmel kawża biex il-miżżewġin jingħataw divorzju minnufih jekk il-miżżewġin ikunu qraba mill-viċin ħafna jew wieħed mill-miżżewġin kien diġà legalment miżżewweġ fiż-żmien ta’ meta ċċelebra ż-żwieġ.

FuqFuq

8. X’inhuma l-prekondizzjonijiet għal annullament taż-żwieġ?

Ara l-mistoqsija 7.

9. X’inhuma l-effetti legali ta’ l-annullament taż-żwieġ?

Ara l-mistoqsija 7.

10. X’inhuma l-mezzi biex jissolvew il-kwistjonijiet tad-divorzju mhux fil-qorti?

Il-karti tad-divorzju dejjem jiġu ppreżentati f’Qorti Distrettwali. Iżda, skond il-liġi, il-partijiet l-ewwel għandhom jippruvaw jirriżolvu t-tilwim familjari b’negozjati u jippruvaw jilħqu ftehim; biex jagħmlu hekk, il-miżżewġin jistgħu jitolbu l-għajnuna tal-medjaturi tal-familja tal-bord tal-ħarsien soċjali. Il-Qorti Distrettwali hija obbligata wkoll li tinforma lill-miżżewġin bil-possibbilità ta’ medjazzjoni. Il-medjatur għandu jipprova jgħin lill-miżżewġin jilħqu ftehim reċiproku ta’ kif jista’ jissolva t-tilwim familjari bl-aktar mod sodisfaċenti għall-membri kollha tal-familja. Il-medjatur jgħin fit-tħejjija tal-ftehim u f’proċeduri oħra biex tissolva t-tilwima. Hu/hi għandhom jikkunsidraw b’mod speċjali s-sigurtà tal-minuri fil-familja. Il-medjazzjoni hija dejjem volontarja.

11. Fejn għandhom jintbagħtu r-rikorsi għad-divorzju/l-firda legali/l-annullament? X’inhuma l-formalitajiet u x’dokumenti għandhom jintbagħtu mar-rikors?

Iż-żewġ miżżewġin jistgħu jitolbu d-divorzju flimkien, jew wieħed mill-miżżewġin jista’ jitolbu individwalment. Il-karti tad-divorzju jiġu ppreżentati fil-Qorti Distrettwali li tikkorrespondi mad-domiċilju ta’ wieħed mill-miżżewġin. Ir-rikors jista’ jitwassal lill-Qorti Distrettwali personalment jew permezz ta’ rappreżentant awtorizzat. Jista’ jintbagħat bil-posta, bil-fax jew bil-posta elettronika.

FuqFuq

Il-perjodu ta’ sitt xhur konsiderazzjoni jibda minn meta jintbagħat ir-rikors tad-divorzju lill-Qorti Distrettwali. Jekk miżżewweġ jitlob id-divorzju individwalment, il-perjodu ta’ konsiderazzjoni jibda minn meta l-miżżewweġ l-ieħor ikun innotifikat bir-rikors. Il-Qorti Distrettwali għandha r-responsabbilità li tinforma lill-miżżewweġ l-ieħor. Wara l-perjodu ta’ konsiderazzjoni, ir-rikors finali tad-divorzju għandu jsir f’sitt xhur. Jekk ir-rikors finali ma jkunx ippreżentat, il-kawża tad-divorzju tkun miċħuda.

Is-soltu ma jkunx hemm bżonn li jinthemżu dokumenti oħra mar-rikors. Jekk id-divorzju jintalab fuq il-bażi ta’ firda ta’ sentejn, għandha tinthemeż mar-rikors spjegazzjoni tal-firda legali.

12. Hemm għajnuna legali għal din il-kwistjoni?

L-għajnuna legali tingħata f’każijiet ta’ divorzju. (Ara l-paġna “Għajnuna legali - Il-Finlandja”)

13. Jista’ jkun hemm appell mid-deċiżjoni tad-divorzju/tal-firda legali/ta’ l-annullament?

Sentenza ta’ divorzju tista’ tkun appellata fil-Qorti ta’ l-Appell.

14. X’inhuma l-proċeduri biex jinkiseb ir-rikonoxximent legali ta’ sentenza tad-divorzju/tal-firda legali/ta’ l-annullament fil-Finlandja, jekk is-sentenza ngħatat fi stat membru ieħor?

Bħala regola, jgħodd ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1347/2000, fejn sentenza ta’ divorzju fil-Finlandja tkun rikonoxxuta jekk ingħatat fi Stat Membru ieħor. (Ara l-paġna “Divorzju - Liġi tal-Komunità")

FuqFuq

Skond ir-regolament, sentenza tad-divorzju li tkun ngħatat fi Stat Membru hija rikonoxxuta minn Stati Membri oħra minnufih, mingħajr xi proċeduri speċjali. Iżda, kull persuna li l-interessi tagħha huma affettwati bis-sentenza tad-divorzju tista' tapplika għal deċiżjoni li s-sentenza tkun jew ma tkunx irreġistrata.

Ir-rikors għall-konferma jiġi ppreżentat fil-Qorti Distrettwali. Il-qorti b’ġurisdizzjoni territorjali hija l-qorti li d-distrett ġudizzjarju tagħha jinkludi d-domiċilju ta’ wieħed mill-miżżewġin. Jekk ħadd mill-miżżewġin ma għandu domiċilju fil-Finlandja, il-każ jiġi ttrattat mill-Qorti Distrettwali ta’ Ħelsinki.

Iżda, fil-każ ta’ divorzji ppreżentati fil-pajjiżi Nordiċi, tgħodd il-Konvenzjoni dwar iż-Żwieġ Nordiku ta’ l-1931. Fir-rigward ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, il-Finlandja, l-Iżvezja u d-Danimarka huma partijiet f’din il-Konvenzjoni. Sentenza ta’ divorzju li ngħatat skond il-Konvenzjoni dwar iż-Żwieġ Nordiku hija valida fil-pajjiżi Nordiċi kollha mingħajr xi bżonn ta’ konferma separata.

15. F’liema qorti tal-ġustizzja għandha ssir il-kawża jekk wieħed irid jappella sentenza ta' divorzju/firda legali/annullament fil-Finlandja, jekk is-sentenza ngħatat fi stat membru ieħor? X’inhuma l-proċeduri f’dawn il-każijiet?

L-istess proċedura msemmija fil-mistoqsija 14.

16. Liema liġi tgħodd meta l-miżżewġin ma joqogħdux fil-Finlandja jew huma ċittadini ta’ pajjiż ieħor?

Il-liġi Finlandiża tgħodd għall-każijiet kollha tad-divorzju ppreżentati fil-Finlandja.

Aktar tagħrif

  • Id-Divorzju (Il-Qrati tal-Ġustizzja) suomi
  • Biex jintemm Żwieġ (il-Ministeru tal-Ġustizzja) English - suomi - svenska
  • Biex jinħall Żwieġ (il-Ministeru tal-Ġustizzja) suomi
  • Il-Medjazzjoni tal-Familja (Il-Ministeru tal-Ġustizzja) suomi
  • L-Informazzjoni dwar il-Medjazzjoni tal-Familja (Il-Ministeru tal-Ġustizzja) suomi - svenska

« Divorzju - Informazzjoni Ġenerali | Finlandja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 09-11-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit