Kummissjoni Ewropea > NGE > Divorzju > Liġi Komunitarja

L-aħħar aġġornament: 11-07-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Divorzju - Liġi Komunitarja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Id-Divorzju fl-Ewropa

Sa mill-1 ta’ Marzu 2001, id-divorzji li ngħataw fl-Unjoni Ewropea ġew rikonoxxuti aktar faċilment bejn l-Istati Membri.

Meta żewġ persuni ta’ nazzjonalitajiet differenti jew żewġ persuni li ma jgħixux iżjed fl-istess Stat Membru jixtiequ jiddivorzjaw, huma għandhom bżonn li jkunu jafu f’liema qrati jew awtoritajiet għandhom japplikaw u fejn.

Fl-2000, il-Kunsill adotta regolament li jiddetermina:

  • Il-qrati ta’ liema Stat Membru għandhom kompetenza jiddeċiedu fil-proċeduri tad-divorzju,
  • Kif id-divorzji li ngħataw fi Stat Membru wieħed huma rikonoxxuti fl-oħrajn

Dan ir-Regolament għandu x'jaqsam max-xoljiment taż-żwieġ. Huwa jkopri wkoll deċiżjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri għat-tfal taż-żewġ konjuġi, jekk dawn id-deċiżjonijiet ikunu ttieħdu fil-mument tad-divorzju. Iktar informazzjoni dwar dan is-suġġett tinstab taħt “Responsabbiltà tal-Ġenituri”. Madanakollu, ma jittrattax kwistjonijiet bħalma huma il-manteniment jew id-diviżjoni tal-proprjetà.

Ir-Regolament ġie sostitwit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2005. Ir-Regolament il-ġdid ma mmodifikax ir-regoli dwar il-kwistjonijiet matrimonjali u jgħodd għas-sentenzi dwar id-divorzju mogħtija wara dik id-data. Jgħodd ukoll għas-separazzjonijiet legali u l-annullamenti. Peress li huwa regolament, id-dispożizzjonijiet tiegħu japplikaw direttament, jiġifieri kulħadd jista’ jużahom fil-qrati.

Ma japplikax fid-Danimarka.

Ir-Regolament ma jiddeterminax liema liġi nazzjonali għandhom japplikaw il-qrati. F’xi każijiet, il-qrati ta’ Stat Membru wieħed għandhom japplikaw il-liġijiet ta’ Stat ieħor. Dan jiddependi fuq il-liġi nazzjonali ta’ kull Stati Membru.

Biex tikseb aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett, ikklikkja fuq il-bnadar ta’ l-Istati Membri kkonċernati.

Liema qrati għandhom ġurisdizzjoni fuq dawn il-kwistjonijiet?

Il-qrati għandhom ġuriżdizzjoni li jippronunzjaw id-divorzju:

  • fl-Istat Membru li fih il-miżżewġin għandhom ir-residenza abitwali tagħhom;
  • fl-Istat Membru li fih l-konvenut għandu r-residenza abtiwali tiegħu;
  • jekk il-miżżewġin ma joqogħdux iżjed fl-istess Stat Membru, fl-Istat Membru li fih l-aħħar kellhom ir-residenza abitwali tagħhom, sakemm wieħed minnhom għadu jgħix hemm;
  • fil-każ ta’ applikazzjoni konġunta, fl-Istat Membru li fih għandu r-residenza wieħed jew l-ieħor mill-miżżewġin;
  • f’xi ċirkustanzi, fl-Istat Membru li fih l-attur għandu r-residenza abitwali tiegħu;
  • fl-Istat Membru li tiegħu l-miżżewġin huma ċittadini.

Il-partijiet ma jistgħux jagħżlu qorti differenti minn dawk fil-lista ta’ hawn fuq.

FuqFuq

Jekk każ jinġieb quddiem il-qrati ta’ iżjed minn Stat Membru wieħed, il-Qorti li quddiemha l-każ inġieb l-ewwel titqies li jkollha ġurisdizzjoni. Fi kliem ieħor, jekk każ jitressaq quddiem qorti partikolari, din il-qorti xorta għandha ġurisdizzjoni ukoll jekk il-każ sussegwentament jinġieb f’qorti oħra. Imma l-qrati l-oħra għandhom jirrifjutaw li jeżerċitaw il-ġurisdizzjoni.

Ir-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet

  • Divorzju li jingħata fi Stat Membru wieħed għandu jiġi awtomatikament rikonoxxut minn Stati Membri oħrajn mingħajr proċeduri speċjali.
  • Madanakollu, kwalunkwe parti interessata tista’ titlob lill-qrati ma jirrikonoxxux sentenza ta’ divorzju. Dan jista’ jsir, per eżempju, fejn dan ir-rikonoxximent imur b’mod ċar kontra l-ordni pubbliku jew, f’xi ċirkustanzi, fejn id-deċiżjoni tikkontradiċi deċiżjoni oħra jew fejn ir-rikonoxximent ingħata fin-nuqqas tad-dehra (kontumaċja) jekk il-konvenut kontumaċi ma ġiex notifikat bid-dokument li jagħti bidu għall-proċeduri fi żmien suffiċjenti u b’mod li dik il-persuna tkun tista’ tipprepara d-difiża tiegħu jew tagħha.
  • Bħala riżultat tar-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet tad-divorzju, l-ebda proċedura speċjali ma hi meħtieġa għall-aġġornament tad-dokumenti dwar l-istatus ċivili fi Stat Membru ieħor. It-talba għandha tkun magħmula fuq il-bażi ta’ sentenza ta’ divorzju finali (jew separazzjoni legali jew annullament) li ma tistax tkun appellata taħt il-liġi ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

Il-proposta l-ġdida dwar il-liġi applikabbli u l-ġurisdizzjoni fil-kwistjonijiet tad-divorzju

Dokumenti ta’ referenza

« Divorzju - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Komunitarja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 11-07-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit