Kummissjoni Ewropea > NGE > Divorzju > Repubblika Ċeka

L-aħħar aġġornament: 03-11-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Divorzju - Repubblika Ċeka

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhuma l-kondizzjonijiet sabiex wieħed jikseb divorzju? 1.
2. X’inhuma r-raġunijiet għal divorzju? 2.
3. X’inhuma l-konsegwenzi ta’ divorzju fejn għandhom x’jaqsmu: 3.
a) ir-relazzjonijiet personali bejn il-konjuġi? a)
b) id-diviżjoni tal-proprjetà tal-konjuġi? b)
c) it-tfal minuri tal-konjuġi? (eż. ir-responsabbiltà tal-ġenituri u t-talbiet għal manteniment?) (ara “Ir-responsabbiltà tal-ġenituri – ir-Repubblika Ċeka”) c)
d) l-obbligu li jitħallas il-manteniment lill-konjuġi l-ieħor/oħra? (ara “It-talbiet għall-Manteniment – ir-Repubblika Ċeka”) d)
4. F’termini prattiċi, xi jfisser it-terminu legali “separazzjoni legali”? 4.
5. X’inhuma l-kondizzjonijiet għal separazzjoni legali? 5.
6. X’inhuma l-konsegwenzi ta’ separazzjoni legali? 6.
7. Fil-prattika, xi jfisser it-terminu “annullament ta’ żwieġ”? 7.
8. X’inhuma l-kondizzjonijiet għal anullament ta’ żwieġ? 8.
9. X’inhuma l-konsegwenzi legali ta’ annullament ta’ żwieġ? 9.
10. Hemm mezzi mhux ġudizzjarji alternattivi sabiex ikunu solvuti kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-divorzju mingħajr ma wieħed jitla’ l-qorti? 10.
11. Fejn għandi niddepożita l-applikazzjoni tiegħi għal divorzju/separazzjoni legali/annullament ta’ żwieġ? Liema formalitajiet iridu jkunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż ma’ l-applikazzjoni tiegħi? 11.
12. Nista’ nikseb għajnuna legali sabiex ikunu  koperti l-ispejjeż tal-proċedura? 12.
13. Huwa possibbli li nappella kontra deċiżjoni li għandha x’taqsam ma’ divorzju/separazzjoni legali/annullament ta’ żwieġ? 13.
14. X’għandi nagħmel biex ikolli deċiżjoni dwar divorzju/separazzjoni legali/annullament ta’ żwieġ li ngħatat minn qorti fi Stat Membru ieħor rikonoxxuta fir-Repubblika Ċeka? 14.
15. Quddiem liema qorti fir-Repubblika Ċeka rrid nitla’ biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar divorzju/separazzjoni legali/annullament ta’ żwieġ li ngħatat minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f’dawn il-każi? 15.
16. Liema hija l-liġi applikabbli fi proċedura ta’ divorzju bejn konjuġi li ma jgħixux fir-Repubblika Ċeka jew li għandhom nazzjonalitajiet differenti? 16.

 

1. X’inhuma l-kondizzjonijiet sabiex wieħed jikseb divorzju?

Il-qorti tiddeċiedi dwar divorzju, fuq il-bażi ta’ talba ta’ wieħed mill-konjuġi. Matul il-proċeduri, il-qorti tistabbilixxi jekk jeżistux raġunijiet għal divorzju jew le, jiġifieri jekk iż-żwieġ falliex jew le u x’kienu l-kawżi.

Iż-żwieġ jitqies bħala li falla awtomatikament, jekk dam għal mill-inqas sena, il-konjuġi ilhom separati għal mill-inqas sitt xhur u t-tieni konjuġi jappoġġja t-talba tad-divorzju. Jekk jitressqu ċerti dokumenti, il-qorti mhux se tinvestiga l-kawżi tal-falliment u se tagħti d-divorzju. Id-dokumenti konċernati huma: a) kuntratt bil-miktub li jirregola l-ftehim dwar ir-relazzjonijiet tal-proprjetà reċiproka, id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-koabitazzjoni u kwalunkwe manteniment eventwali għall-perjodu ta’ wara d-divorzju bil-firem uffiċjalment verifikati tal-konjuġi; b) deċiżjoni valida tal-qorti li tapprova l-ftehim li jirregola ċ-ċirkostanzi ta’ kwalunkwe minuri għaż-żmien ta’ wara d-divorzju.

Il-qorti mhux se tagħti divorzju jekk il-konjuġi, li ma kkontribwiex b’mod sinifikanti biex iż-żwieġ ifalli billi kiser ir-responsabbiltajiet matrimonjali tiegħu jew tagħha u li kieku jbati minn telf sinifikanti minħabba d-divorzju, ma jaqbilx mad-divorzju, sakemm hemm ċirkostanzi favorevoli li huma favur li ż-żwieġ ma jinħallx. Madanakollu, jekk il-konjuġi ma kinux qed jgħixu flimkien għal perjodu ta’ iktar minn tliet snin, f’każ ta’ din ix-xorta l-qorti se tagħti divorzju, sakemm iż-żwieġ ikun falla.

FuqFuq

2. X’inhuma r-raġunijiet għal divorzju?

Il-qorti se tagħti divorzju jekk tistabbilixxi li ż-żwieġ falla b’mod fundamentali u permanenti; fl-istess ħin mhux se tqis in-natura tal-kawżi tal-falliment taż-żwieġ. Jekk il-konjuġi għandhom tfal li huma minuri, jista’ ma jingħatax divorzju, jekk id-divorzju jmur kontra l-interessi tat-tfal imsemmija minħabba raġunijiet speċjali.

3. X’inhuma l-konsegwenzi ta’ divorzju fejn għandhom x’jaqsmu:

a) ir-relazzjonijiet personali bejn il-konjuġi?

(a) Konjuġi li ħa l-kunjom tat-tieni konjuġi jista’ javża l-uffiċċju tar-reġistru fi żmien xahar minn meta d-deċiżjoni tad-divorzju ssir finali li huwa jew hija jixtieq/tixtieq terġa’ lura għall-kunjom li kellu/ha qabel jew li huwa jew hija mhux se jibqa’/tibqa’ juża/tuża l-kunjom tal-konjuġi l-oħra/l-ieħor mal-kunjom oriġinali tiegħu/tagħha.

b) id-diviżjoni tal-proprjetà tal-konjuġi?

(b) Id-divorzju jittermina l-proprjetà konġunta tal-koppja. Il-Kodiċi Ċivili jiddefinixxi x’inhi l-proprjetà konġunta tal-koppja. Il-koppji jew l-individwi li jixtiequ jiżżewġu jistgħu jespandu jew inaqqsu l-ambitu legali ddefinit tal-proprjetà konġunta. Il-qorti wkoll tista’ tnaqqas l-ambitu tal-proprjetà konġunta.

Jekk ikun hemm divorzju, il-konjuġi jistgħu jilħqu ftehim dwar kif se jaqsmu l-proprjetà konġunta. Jekk ma jilħqux ftehim, il-qorti se taqsam il-proprjetà konġunta fuq il-bażi tat-talba ta’ wieħed mill-konjuġi. Il-qorti se tipproċedi mill-prerekwiżiti li ġew imfassla b’mod legali meta saret il-kitba taż-żwieġ.

FuqFuq

Wara divorzju, il-konjuġi ma jibqax l-eredi legali. Wara d-divorzju, l-ex-konjuġi jista’ jiret biss fuq il-bażi ta’ testment.

c) it-tfal minuri tal-konjuġi? (eż. ir-responsabbiltà tal-ġenituri u t-talbiet għal manteniment?) (ara “Ir-responsabbiltà tal-ġenituri – ir-Repubblika Ċeka”)

(c) Qabel ma jingħata divorzju lill-ġenituri ta’ tfal li huma minuri, il-qorti se tirregola d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-konjuġi dwar it-tfal għaż-żmien ta’ wara d-divorzju. B’mod partikolari, il-qorti se tagħżel lill-konjuġi li se jkun fdat bil-kompitu li jieħu ħsieb it-tifel/tifla u l-mod li bih kull wieħed mill-ġenituri se jikkontribiwixxi għall-manteniment tat-tifel/tifla. Għal aktar informazzjoni, ara l-folja ta’ l-informazzjoni dwar “ir-Responsabbiltajiet tal-Ġenituri”.

d) l-obbligu li jitħallas il-manteniment lill-konjuġi l-ieħor/oħra? (ara “It-talbiet għall-Manteniment – ir-Repubblika Ċeka”)

(d) Konjuġi ddivorzjat li ma jistax jipprovdi għalih/a innifsu/nfisha jista’/tista’ jitlob/titlob li l-ex-konjuġi tiegħu jew tagħha jikkontribwixxi/tikkontribwixxi għall-manteniment raġonevoli tiegħu jew tagħha skond il-ħiliet, il-possibbiltajiet u l-assi tal-konjuġi msemmi. Jekk il-koppja ma tilħaqx ftehim dwar l-ammont tal-manteniment, il-qorti se tiddeċiedi fuq il-bażi ta’ talba minn wieħed mill-konjuġi. Dan il-manteniment jista’ jitħallas f’somma waħda f’daqqa jew f’pagamenti bin-nifs.

FuqFuq

Il-qorti tista’ tagħti manteniment addizzjonali lill-konjuġi li ma kkontribwiex b’mod sinifikanti għall-falliment taż-żwieġ billi kiser ir-responsabbiltajiet matrimonjali tiegħu jew tagħha u li se jbati minn telf sinifikanti minħabba d-divorzju, imma biss għal perjodu ta’ tliet snin wara d-divorzju. F’dan il-kż ukoll, dan jista’ jinvolvi pagament ta’ darba.

4. F’termini prattiċi, xi jfisser it-terminu legali “separazzjoni legali”?

Is-separazzjoni legali ma teżistix fir-Repubblika Ċeka.

5. X’inhuma l-kondizzjonijiet għal separazzjoni legali?

Ara l-mistoqsija 4.

6. X’inhuma l-konsegwenzi ta’ separazzjoni legali?

Ara l-mistoqsija 4.

7. Fil-prattika, xi jfisser it-terminu “annullament ta’ żwieġ”?

Il-Qorti se tannulla żwieġ (anki mingħajr ma tintalab tagħmel dan minn kwalunkwe wieħed mill-konjuġi), jekk ikun hemm kwalunkwe waħda mir-raġunijiet biex iż-żwieġ jiġi annullat, jiġifieri:

jekk iż-żwieġ sar ma’ raġel jew mara li diġà huwa/hija miżżewweġ/miżżewġa, jekk iż-żwieġ sar ma’ axxendent jew dixxendent jew jekk sar bejn l-aħwa;

jekk iż-żwieġ jinvolvi individwu li huwa minuri (sakemm iż-żwieġ ma kienx approvat mill-qorti għal individwu li għandu sittax-il sena u aktar);

jekk iż-żwieġ sar minn individwu li tneħħietlu l-kapaċità li jagħmel atti legali jew minn individwu li jbati minn diżabilità mentali ta’ grad suffiċjenti biex tiġi ordnata l-inkapaċitazzjoni tiegħu, sakemm il-qorti ma tkunx approvat iż-żwieġ.

FuqFuq

Il-qorti se tannulla ż-żwieġ biss fuq il-bażi ta’ talba min-naħa ta’ wieħed mill-konjuġi

jekk iż-żwieġ sar mingħajr l-approvazzjoni tal-qorti minn individwu b’kapaċità limitata li jagħmel atti legali jew minn individwu li jbati minn diżabilità mentali ta’ grad suffiċjenti biex tiġi ordnata l-inkapaċitazzjoni tiegħu;

jekk id-dikjarazzjoni taż-żwieġ saret bħala konsegwenza ta’ theddid illegali jew minħabba żball li jikkonċerna l-identità ta’ wieħed mill-għarajjes, jew li jikkonċerna n-natura ta’ l-att legali taż-żwieġ (f’dan il-każ, huwa meħtieġ li titressaq talba mhux aktar tard minn sena wara li jinstab dan il-fatt).

Iż-żwieġ ma jitqiesx li seħħ

jekk id-dikjarazzjoni taż-żwieġ saret minħabba li ntużat il-forza billi kien hemm vjolenza fiżika;

jekk iż-żwieġ kien jinvolvi minuri ta’ inqas minn sittax-il sena;

jekk kwalunkwe kondizzjoni oħra ma ġietx rispettata (uħud mill-kondizzjonijiet li jikkonċernaw iż-żwieġ fi knisja u l-kondizzjonijiet għal żwieġ b’rappreżentant).

8. X’inhuma l-kondizzjonijiet għal anullament ta’ żwieġ?

Ara l-mistoqsija 7.

9. X’inhuma l-konsegwenzi legali ta’ annullament ta’ żwieġ?

Żwieġ li jiġi annullat jitqies bħala li qatt ma sar mill-bidunett. Iż-żwieġ jitqies bħala li huwa validu fil-perjodu bejn meta sar iż-żwieġ u meta jiġi ddikjarat null Fejn għandhom x’jaqsmu d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-konjuġi li jikkonċernaw lit-tfal u lill-proprjetà tagħhom wara li ż-żwieġ ġie annullat, japplikaw l-istess dispożizzjonijiet bħal divorzju. Id-deċiżjoni dwar l-annullament ta’ żwieġ tfisser li d-dikjarazzjoni tal-kunjom ta’ l-allegati konjuġi wkoll issir nulla. Iż-żewġ konjuġi wara jerġgħu jieħdu l-kunjomijiet oriġinali tagħhom u m’għandhomx id-dritt jagħżlu l-kunjom tagħhom. Il-kunjom ta’ kwalunkwe tifel/tifla ma jinbidilx ladarba ż-żwieġ jiġi annullat.

FuqFuq

Tibqa’ tapplika l-preżunzjoni tal-paternità tal-konjuġi ta’ l-omm anki wara li ż-żwieġ ġie ddikjarat bħala invalidu.

10. Hemm mezzi mhux ġudizzjarji alternattivi sabiex ikunu solvuti kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-divorzju mingħajr ma wieħed jitla’ l-qorti?

L-Assoċjazzjoni tal-Medjaturi tar-Repubblika Ċeka (http://amcr.hyperlink.cz/ ceština) ilha teżisti sa mill-2000. Minbarra dan, hemm diversi servizzi ta’ għoti ta’ pariri għall-familji, għaż-żwiġijiet u għar-relazzjonijiet interpersonali. Il-medjazzjoni hija disponibbli, imma mhux obbligatorja.

11. Fejn għandi niddepożita l-applikazzjoni tiegħi għal divorzju/separazzjoni legali/annullament ta’ żwieġ? Liema formalitajiet iridu jkunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż ma’ l-applikazzjoni tiegħi?

Talba għal divorzju jew għad-dikjarazzjonijiet ta’ l-annullament ta’ żwieġ titressaq quddiem il-Qorti Distrettwali għad-distrett fejn l-aħħar il-koppja kienu qed jgħixu flimkien fir-Repubblika Ċeka, sakemm mill-inqas wieħed mill-konjuġi jgħix fid-distrett. Jekk dan mhux il-każ, it-talba titressaq quddiem il-Qorti Distrettwali fid-distrett fejn jgħix it-tieni konjuġi. Jekk it-tieni konjuġi ma jgħix fit-terittorju tar-Repubblika Ċeka, it-talba titressaq quddiem il-Qorti Distrettwali fid-distrett fejn joqgħod il-konjuġi li qed iressaq it-talba.

Il-Qorti Distrettwali fi Brno tissejjaħ il-“Qorti Muniċipali”.

FuqFuq

L-indirizzi tal-qrati jistgħu jinstabu f’: ceština - English.

It-talba trid tissodisfa l-prerekwiżiti ddikjarati fil-liġi u trid tinkludi evidenza dokumentarja tat-talbiet ta’ min qed jagħmilhom.

12. Nista’ nikseb għajnuna legali sabiex ikunu  koperti l-ispejjeż tal-proċedura?

Il-partijiet m’għandhomx id-dritt għal kumpens għall-ispejjeż tal-proċeduri tad-divorzju, ta’ l-annullament ta’ żwieġ jew id-determinazzjoni dwar jekk żwieġ hux validu jew le. Il-qorti tista’ tordna li jingħata kumpens għal dawn l-ispejjeż jew għal sehem minnhom, jekk iċ-ċirkostanzi tal-każ jew is-sitwazzjoni tal-parti jiġġustifikaw li tagħmel dan. Għalhekk huwa meħtieġ li l-qorti tiġi ppreżentata b’talba li tistrieħ fuq sisien sodi sabiex il-qorti tieħu deċiżjoni.

Skond id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 138 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-president tas-senat tal-qorti jista’ jagħti lill-partijiet eżenzjoni sħiħa jew parzjali mill-ispejjeż tal-qorti, sakemm is-sitwazzjoni tal-parti teħtieġ dan u sakemm dan ma jinvolvix eżerċizzju jew oġġezzjoni arbitarja ta’ dritt. Jekk ikun meħtieġ għall-ħarsien ta’ l-interessi ta’ parti fil-proċeduri, il-parti tista’ anki titlob lill-qorti sabiex taħtrilha avukat skond it-Taqsima 30 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Il-qorti tista’ anki taħtar avukat qabel ma jinbdew il-proċeduri, imma huwa meħtieġ li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet għal eżenzjoni mill-ħlasijiet tal-qorti. Il-parti għalhekk trid turi l-assi u s-sitwazzjoni soċjali tagħha lill-qorti b’mod kredibbli.

FuqFuq

Barra minn hekk, sakemm jiġu sodisfatti l-prerekwiżiti stabbiliti fl-Att dwar l-Avukati, huwa possibbli li l-Assoċjazzjoni ta’ l-Avukat tintalab taħtar avukat bla ħlas.

13. Huwa possibbli li nappella kontra deċiżjoni li għandha x’taqsam ma’ divorzju/separazzjoni legali/annullament ta’ żwieġ?

Huwa possibbli li jsir appell minn deċiżjoni li tagħti divorzju jew li tannulla żwieġ fi ħmistax-il jum minn meta tasal il-kopja miktuba tad-deċiżjoni. L-appell jitressaq bil-miktub quddiem il-qorti li d-deċiżjoni tagħha hija s-suġġett ta’ l-appell. Jekk tiġi varjata d-deċiżjoni oriġinali, dan il-perjodu jibda minn meta d-deċiżjoni ta’ l-appell tidħol fis-seħħ.

L-appell jitqies ukoll bħala li ġie ppreżentat f’waqtu jekk jasal wara l-perjodu ta’ ħmistax-il ġurnata, jekk dan hu dovut għall-fatt li l-appellant ikun irrispetta istruzzjonijiet żbaljati mogħtija mill-qorti dwar l-appell.

14. X’għandi nagħmel biex ikolli deċiżjoni dwar divorzju/separazzjoni legali/annullament ta’ żwieġ li ngħatat minn qorti fi Stat Membru ieħor rikonoxxuta fir-Repubblika Ċeka?

Id-deċiżjonijiet finali tal-qrati barranija dwar kwistjonijiet matrimonjali jiġu rikonoxxuti taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-liġi, sakemm mill-inqas wieħed mill-partijiet fil-proċeduri ikun ċittadin Ċek. Il-Qorti Suprema biss tista’ tirrikonoxxi deċiżjoni ta’ din ix-xorta wara li tisma’ lill-prosekutur suprem ta’ l-Istat. It-talba tista’ tiġi ppreżentata mill-partijiet jew minn kwalunkwe persuna li tista’ tipprova li għandha interess legali fil-kwistjoni jew mill-prosekutur suprem ta’ l-Istat jekk ikun fl-interess pubbliku.

FuqFuq

Jekk il-partijiet kollha fil-mument tad-divorzju kienu ċittadini ta’ l-Istat minn fejn ġejja d-deċiżjoni, deċiżjonijiet barraninja validi fi kwistjonijiet matrimonjali għandhom l-istess effetti legali bħal deċiżjonijiet validi tal-qorti fir-Repubblika Ċeka mingħajr kwalunkwe proċedura addizzjonali (sakemm ma jkunx meħtieġ li titressaq talba għar-rikonoxximent tad-deċiżjoni), dejjem jekk dan ma jmurx kontra l-ordni pubbliku.

It-talba għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni barranija li tikkonċerna divorzju jew annullament ta’ żwieġ trid tinkludi:

ħlasijiet tal-qorti ta’ 1000 CZK (bolla tad-dazju ta’ dan il-valur).

dokument li jipprova li l-persuna li qed tapplika għar-rikonoxximent tad-deċiżjoni (jew kwalunkwe parti oħra fil-proċeduri li saru f’qorti barranija) hija ċittadina tar-Repubblika Ċeka.

id-deċiżjoni barranija dwar l-għoti ta’ divorzju jew l-annullament taż-żwieġ bħala t-tieni kopja jew bħala kopja verifikata u b’mod sħiħ, li tinkludi r-raġunijiet u l-formula ta’ eżekuttività kkompilata mill-korp li ta d-deċiżjoni.

iċ-ċertifikat taż-żwieġ għaż-żwieġ li ntemm f’divorzju minħabba d-deċiżjoni barranija.

fil-każ ta’ talba dwar ir-rikonoxximent ta’ deċiżjoni li tirreferi għad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet li jikkonċernaw uħud mill-informazzjoni fattwali li kienet iddikjarata fit-talba jew fil-protokoll tal-proċeduri minflok ir-raġunijiet, flimkien mat-talba trid titressaq it-tieni kopja tat-talba li tressqet fil-qorti barrainja jew it-tieni kopja tal-protokoll dwar il-proċeduri fil-qorti barranija.

jekk il-persuna li qed tressaq it-talba għar-rikonoxximent tad-deċiżjoni barranija hija rappreżentata minn prokuratur, il-prokura trid tiġi ppreżentata lill-Qorti Suprema tar-Repubblika Ċeka flimkien mat-talba. Ir-rappreżentanza bi prokura hija partikolarment utli jekk l-individwu li qed iressaq it-talba għandu r-residenza tiegħu barra mill-pajjiż fejn għandu jkun meħtieġ li jintbagħtu lill-parti imsemmija d-dokumenti kollha miktuba permezz ta’ l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Ċeka u tal-pajjiż barrani.

FuqFuq

Id-dokumenti kollha b’ilsien barrani li jipprovaw il-fatti ddikjarati fit-talba għar-rikonoxximent tad-deċiżjoni barranija jridu jitressqu flimkien ma’ traduzzjoni għaċ-Ċek iċċertifikata mill-qorti (il-listi tat-tradutturi u ta’ l-interpreti li huma ċċertifikati mill-qorti huma disponibbli minn kull Qorti Reġjonali (fi Praga fil-Qorti Muniċipali) jew minn fuq l-Internet f’http://www.justice.cz/cgi-bin/sqw1250.cgi/zresortu/znt/znt_hled.sqw ceština).

Ir-Repubblika Ċeka hija parti għall-Konvenzjoni ta’ l-Aja dwar ir-Rikonoxximent tad-Divorzji u tas-Separazzjonijiet Legali, li kienet iffirmata fl-Aja fl-1 ta’ Ġunju 1970 (http://www.hcch.net/e/conventions/text18e.html) English - français. Id-deċiżjoni tal-qorti ta’ l-Istat li huwa wkoll parti għal din il-Konvenzjoni għalhekk se tkun rikonoxxuta fir-Repubblika Ċeka bil-kondizzjonijiet stipulati minn din il-Konvenzjoni.

15. Quddiem liema qorti fir-Repubblika Ċeka rrid nitla’ biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar divorzju/separazzjoni legali/annullament ta’ żwieġ li ngħatat minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f’dawn il-każi?

Jekk għall-inqas waħda mill-partijiet fil-proċeduri hija ċittadin Ċek, huwa possibbli li jiġi ppreżentat appell kontra r-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-kwistjonijiet matrimonjali kollha quddiem il-Qorti Suprema (ara aktar ’il fuq għall-appelli – il-mistoqsija nru. 13).

FuqFuq

Jekk il-partijiet kollha kienu ċittadini tal-pajjiż fejn ingħatat id-deċiżjoni fiż-żmien li ngħatat id-deċiżjoni, id-deċiżjoni se tkun rikonoxxuta b’mod awtomatiku u huwa possibbli li wieħed iqajjem dubji dwar il-validità tagħha biss jekk tkun tmur kontra l-ordni pubblika u dan jista’ jsir fil-qorti xierqa (ara aktar ’il fuq – il-mistoqsija nru. 11).

16. Liema hija l-liġi applikabbli fi proċedura ta’ divorzju bejn konjuġi li ma jgħixux fir-Repubblika Ċeka jew li għandhom nazzjonalitajiet differenti?

Fir-Repubblika Ċeka, it-tmiem ta’ żwieġ permezz ta’ divorzju huwa rregolat mis-sistema legali tal-pajjiż taċ-ċittadinanza taż-żewġ konjugi fiż-żmien meta nbdew il-proċeduri tad-divorzju. Jekk il-konjuġi huma ċittadini ta’ pajjiżi differenti, it-tmiem ta’ żwieġ permezz ta’ divorzju ikun irregolat mis-sistema legali tar-Repubblika Ċeka.

Jekk huwa meħtieġ li tintuża sistema legali barranija iżda din ma tippermettix it-tmiem taż-żwieġ permezz ta’ divorzju jew tippermetti dan biss f’ċirkostanzi li huma eċċezzjonalment diffiċli, u jekk għall-inqas wieħed mill-konjuġi kien residenti fir-Repubblika Ċeka għal żmien twil, tiġi applikata l-liġi Ċeka.

L-istess regoli japplikaw ukoll għad-dikjarazzjoni ta’ annullamment ta’ żwieġ jew sabiex jiġi żgurat jekk żwieġ hux validu jew le.

Jekk dan jinvolvi proċeduri ta’ divorzju jew dikjarazzjoni ta’ annullament ta’ żwieġ li saru fi Stat ieħor, huwa meħtieġ li jkun hemm tiftixa għal informazzjoni dwar ir-regolament f’dak l-Istat partikolari.

Aktar tagħrif

Links għal websajts:

« Divorzju - Informazzjoni Ġenerali | Repubblika Ċeka - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 03-11-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit