Kummissjoni Ewropea > NGE > Divorzju > Ċipru

L-aħħar aġġornament: 28-03-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Divorzju - Ċipru

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhuma l-kundizzjonijiet biex jinkiseb id-divorzju? 1.
2. X’inhuma r-raġunijiet għad-divorzju? 2.
3. X’inhuma l-konsegwenzi legali tad-divorzju? 3.
4. Xi jfisser fil-prattika l-kunċett ta’ “separazzjoni legali”? 4.
5. X’inhuma l-kundizzjonijiet għas-separazzjoni legali? 5.
6. X’inhuma l-konsegwenzi legali tas-separazzjoni legali? 6.
7. Xi jfisser fil-prattika l-kunċett ta’ “annullament taż-żwieġ”? 7.
8. X’inhuma l-kundizzjonijiet għall-annullament taż-żwieġ? 8.
9. X’inhuma l-konsegwenzi legali ta’ l-annullament taż-żwieġ? 9.
10. Jeżistu mezzi alternattivi mhux ġudizzjarji biex jiġu riżolti kwistjonijiet relatati mad-divorzju mingħajr ma tidħol il-qorti? 10.
11. Fejn għandi nippreżenta l-applikazzjoni tiegħi għal divorzju/annullament taż-żwieġ? Liema formalitajiet iridu jiġu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż ma’ l-applikazzjoni tiegħi? 11.
12. Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura? 12.
13. Jista’ jsir appell minn deċiżjoni relatata mad-divorzju/l-annullament taż-żwieġ f’Ċipru? 13.
14. X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar divorzju/annullament taż-żwieġ mogħtija minn qorti fi Stat Membru ieħor tkun rikonoxxuta f’Ċipru? 14.
15. Quddiem liema qorti f’Ċipru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar divorzju/annullament taż-żwieġ mogħtija minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? 15.
16. Liema hi l-liġi applikabbli fi proċeduri tad-divorzju bejn konjuġi li ma jkunux jgħixu f’Ċipru jew li jkunu ta’ nazzjonalitajiet differenti? 16.

 

1. X’inhuma l-kundizzjonijiet biex jinkiseb id-divorzju?

Jekk iż-żwieġ ġie ċċelebrat fi knisja, l-isqof kompetenti għandu jiġi notifikat qabel tkun tista’ tittieħed azzjoni għad-divorzju. Dan ma jkunx meħtieġ jekk id-divorzju jintalab għar-raġuni li konjuġi jkun ġie dikjarat nieqes u meqjus li hu mejjet jew għal raġunijiet ta’ insanità mentali.

2. X’inhuma r-raġunijiet għad-divorzju?

Ir-raġunijiet għad-divorzju huma kif ġej:

Ir-raġunijiet għad-divorzju:

L-infedeltà;

Imġiba immorali, ħażina ħafna jew imġiba oħra mhux skużabbli ripetuta li twassal għal falliment sħiħ tar-relazzjoni u tirrendi r-relazzjoni intollerabbli għall-applikant;

Attentat fuq il-ħajja ta’ konjuġi, eż. attakk fiżiku;

Insanità mentali għal perjodu ta’ tliet snin li jirrendi l-koabitazzjoni intollerabbli;

Kundanna finali li twassal biex konjuġi jeħel seba’ snin ħabs jew aktar,

Konjuġi dikjarat nieqes u meqjus li hu mejjet;

Inkapaċità għall-att sesswali li tkun teżisti meta ż-żwieġ ġie kkuntrattat u li tkompli għal sitt xhur u fiż-żmien li ssir l-applikazzjoni għad-divorzju;

L-abbandun mhux skużabbli għal sentejn. Perjodi twal ta’ assenza li flimkien jgħoddu aktar minn sentejn. Għandha ssir stedina indirizzata lill-intimat biex jirritorna;

Il-bdil tar-reliġjon jew l-użu ta’ forza morali jew attentat ta’ konverżjoni lejn setta;

Ir-rifjut persistenti li jkollu t-tfal, minkejja x-xewqat tal-konjuġi l-ieħor;

FuqFuq

Kollass gravi tas-sistema nervuża;

Separazzjoni għal ħames snin.

3. X’inhuma l-konsegwenzi legali tad-divorzju?

Id-divorzju jġib miegħu ix-xoljiment taż-żwieġ.

M’hemm l-ebda konsegwenza fir-rigward ta’ bdil fl-isem.

Id-divorzju m’għandux konsegwenzi fuq tilwim dwar proprjetà; trid issir applikazzjoni oħra biex jiġu riżolti tali tilwim.

Id-divorzju ma jġibx miegħu awtomatikament obbligazzjoni ta’ ħlas ta’ manteniment lill-konjuġi l-ieħor. Trid issir applikazzjoni oħra separata ladarba l-koppja jkunu sseparaw.

4. Xi jfisser fil-prattika l-kunċett ta’ “separazzjoni legali”?

Il-kunċett ta’ “separazzjoni legali” ma jeżistix fil-liġi tal-familja ta’ Ċipru.

5. X’inhuma l-kundizzjonijiet għas-separazzjoni legali?

6. X’inhuma l-konsegwenzi legali tas-separazzjoni legali?

7. Xi jfisser fil-prattika l-kunċett ta’ “annullament taż-żwieġ”?

Mid-data tad-deċiżjoni ta’ l-annullament iż-żwieġ ma jkollu ebda effett.

8. X’inhuma l-kundizzjonijiet għall-annullament taż-żwieġ?

L-annullament ta’ żwieġ jeħtieġ deċiżjoni mill-Qorti tal-Familja. L-applikazzjoni għall-annullament trid issir fi żmien tliet snin miż-żwieġ.

9. X’inhuma l-konsegwenzi legali ta’ l-annullament taż-żwieġ?

Kwalunkwe żwieġ li jiġi annullat jew dikjarat invalidu permezz ta’ sentenza finali tal-qorti ma jibqax ikollu effett mid-data li tingħata d-deċiżjoni.

FuqFuq

10. Jeżistu mezzi alternattivi mhux ġudizzjarji biex jiġu riżolti kwistjonijiet relatati mad-divorzju mingħajr ma tidħol il-qorti?

Fil-preżent ma jeżistux mezzi bħal dawn. Qed jitħejja abbozz ta’ liġi mill-Kummissarju tal-Liġi dwar il-medjazzjoni fl-affarijiet tal-familja.

11. Fejn għandi nippreżenta l-applikazzjoni tiegħi għal divorzju/annullament taż-żwieġ? Liema formalitajiet iridu jiġu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż ma’ l-applikazzjoni tiegħi?

L-applikazzjoni għax-xoljiment jew l-annullament taż-żwieġ trid tiġi ppreżentata fil-Qorti tal-Familja tal-Provinċja fejn joqgħodu l-partijiet. L-applikazzjoni għandha tkun skond il-Mudell 1 tar-Regolamenti Proċedurali tal-Qorti Suprema ta’ l-1990.  Qabel l-applikazzjoni għad-divorzju, prova jew riċevuta li ġiet impostata l-ittra reġistrata bin-notifika lill-isqof, trid tiġi ppreżentata lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Familja

12. Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Iva, billi tagħmel l-applikazzjoni rilevanti lill-Qorti tal-Familja.

13. Jista’ jsir appell minn deċiżjoni relatata mad-divorzju/l-annullament taż-żwieġ f’Ċipru?

Iva, huwa possibbli li tappella minn deċiżjoni relatata mad-divorzju jew l-annullament taż-żwieġ fil-Qorti tal-Familja tat-Tieni Istanza.

14. X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar divorzju/annullament taż-żwieġ mogħtija minn qorti fi Stat Membru ieħor tkun rikonoxxuta f’Ċipru?

Huwa possibbli li tagħmel dan billi tapplika lill-Qorti tal-Familja, sakemm Ċipru jkollu ftehim ta’ kooperazzjoni legali mal-pajjiż ikkonċernat.

15. Quddiem liema qorti f’Ċipru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar divorzju/annullament taż-żwieġ mogħtija minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet?

L-oġġezzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Qorti tal-Familja li lilha tkun saret l-applikazzjoni għar-rikonoxximent u r-reġistrazzjoni tad-deċiżjoni barranija.

16. Liema hi l-liġi applikabbli fi proċeduri tad-divorzju bejn konjuġi li ma jkunux jgħixu f’Ċipru jew li jkunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Biex il-Qorti tal-Familja jkollha l-ġurisdizzjoni li tittratta x-xoljiment jew l-annullament ta’ żwieġ, il-partijiet iridu jgħixu f’Ċipru għal mill-inqas tliet xhur. Jekk il-Qorti tal-Familja jkollha l-ġurisdizzjoni, allura tapplika l-liġi ta’ Ċipru.

« Divorzju - Informazzjoni Ġenerali | Ċipru - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 28-03-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit