Kummissjoni Ewropea > NGE > Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità > Isvezja

L-aħħar aġġornament: 22-09-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Isvezja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Ksib ta’ kumpens għad-danni mingħand dak li jagħmel ir-reat 1.
1.1. Taħt liema kondizzjonijiet nista’ nagħmel talba għad-danni billi nibda proċeduri kriminali kontra min jagħmel ir-reat? 1.1.
1.2. F’liema waqt tal-proċedura għandi nressaq it-talba? 1.2.
1.3. Kif għandi nressaq it-talba tiegħi, u lil min? 1.3.
1.4. Kif għandi nippreżenta t-talba tiegħi (nindika ammont globali u/jew nispeċifika d-danni wieħed wieħed)? 1.4.
1.5. Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċeduri? 1.5.
1.6. Liema provi nintalab nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi? 1.6.
1.7. Jekk ningħata kumpens għad-danni mill-qorti, hemm xi assistenza speċjali li jiena, bħala vittma ta’ delitt, nista’ nagħmel użu minnha biex tiġi infurzata s-sentenza kontra dak li jagħmel ir-reat? 1.7.
2. Ksib ta’ kumpens mingħand il-Gvern jew mingħand entità parastatali 2.
2.1. Huwa possibbli li jinkiseb kumpens mingħand il-Gvern jew mingħand entità parastatali? 2.1.
2.2. L-għażla hija limitata għall-vittmi ta’ delitti li jkunu sofrew tipi partikolari ta’ delitti? 2.2.
2.3. L-għażla hija limitata għall-vittmi ta’ delitti li jkunu sofrew tipi partikolari ta’ ħsara ? 2.3.
2.4. Jistgħu qraba jew partijiet oħrajn li jiġu mill-vittma ta’ delitt li tkun mietet minħabba d-delitt jiksbu kumpens? 2.4.
2.5. Il-possibbilità tal-ksib ta’ kumpens hija limitata għall-persuni ta’ ċerta nazzjonalità jew għall-persuni li jgħixu f’ċertu żona? 2.5.
2.6. Nista’ napplika għall-kumpens mill-Isvezja jekk id-delitt twettaq f’pajjiż ieħor? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet? 2.6.
2.7. Huwa neċessarju li wieħed ikun irrapporta d-delitt lill-pulizija? 2.7.
2.8. Huwa neċessarju li noqgħod nistenna r-riżultat ta’ l-investigazzjonijiet tal-pulizija jew tal-proċeduri kriminali qabel ma napplika? 2.8.
2.9. Jekk dak li jagħmel ir-reat ikun ġie identifikat, huwa neċessarju li l-ewwel nipprova nikseb kumpens mingħand dak li jagħmel ir-reat? 2.9.
2.10. Jekk dak li għamel ir-reat ma jkunx ġie identifikat jew ma jkunx instab ħati, ikun għadu possibbli li wieħed jikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, xi prova neħtieġ nipproduċi biex insostni l-applikazzjoni tiegħi għall-kumpens? 2.10.
2.11. Hemm xi terminu li matulu trid issir l-applikazzjoni għall-kumpens? 2.11.
2.12. Għal liema ħsarat nista’ niġi kkumpensat? 2.12.
2.13. Kif jiġi kkalkulat il-kumpens? 2.13.
2.14. Jeżisti ammont minimu u/jew massimu li jista’ jiġi mogħti? 2.14.
2.15. Il-kumpens li nkun irċevejt, jew li nista’ nirċievi, għall-istess ħsarat imma minn sorsi oħrajn (bħall-assigurazzjoni) jitnaqqas mill-kumpens li nirċievi mill-Istat? 2.15.
2.16. Hemm xi kriterji oħrajn li jistgħu jinfluwenzaw l-opportunità li nirċievi kumpens, jew kif jiġi ikkalkulat l-ammont tal-kumpens, bħall-imġiba tiegħi stess fir-rigward tal-fatt li kkaġuna l-ħsara? 2.16.
2.17. Nista’ nirċievi ħlas antiċipat tal-kumpens? 2.17.
2.18. Minn fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa kif ukoll aktar tagħrif dwar kif għandi napplika? Hemm xi help line jew sit ta’ l-internet speċjali li nista’ nuża? 2.18.
2.19. Nista’ nikseb għajnuna legali biex nagħmel l-applikazzjoni? 2.19.
2.20. Fejn għandi nibgħat l-applikazzjoni? 2.20.
2.21. Hemm xi organizzazzjonijiet li jgħinu lill-vittmi minn fejn nista’ nirċievi iktar assistenza? 2.21.

 

1. Ksib ta’ kumpens għad-danni mingħand dak li jagħmel ir-reat 

1.1. Taħt liema kondizzjonijiet nista’ nagħmel talba għad-danni billi nibda proċeduri kriminali kontra min jagħmel ir-reat?

Tista’ ssir talba għad-danni kkawżati minn delitt fir-rigward ta’ l-akkużi li jkunu qed jinġiebu. Jekk il-qorti tqis li jkun xieraq, it-talba għad-danni tiġi inkluża fil-kawża li tkun qegħda ssir fil-qorti.

1.2. F’liema waqt tal-proċedura għandi nressaq it-talba?

Jekk hu possibbli, it-talba għandha ssir kemm jista’ jkun malajr matul l-investigazzjonijiet preliminari billi f’ħafna mill-każi l-prosekutur huwa obbligat li jressaq azzjoni għad-danni fl-istess waqt li jressaq l-akkużi. (Jekk il-prosekutur, jew min ikun qed imexxi l-investigazzjoni kriminali preliminari, isib li talba għad-danni tkun ġustifikata minħabba d-delitt, huwa mistenni li jinforma b’dan lill-parti li tkun sofriet id-dannu kmieni kemm jista’ jkun qabel il-prosekuzzjoni.)

1.3. Kif għandi nressaq it-talba tiegħi, u lil min?

It-talbiet għad-danni għandhom jintbagħtu bil-miktub lill-prosekutur jew, jekk il-prosekuzzjoni tkun bdiet, lill-qorti.

1.4. Kif għandi nippreżenta t-talba tiegħi (nindika ammont globali u/jew nispeċifika d-danni wieħed wieħed)?

Jekk hu possibbli, għandek tispeċika x’inhuma d-danni varji.

1.5. Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċeduri?

Iva, jekk ikunu osservati l-kondizzjonijiet ġenerali dwar l-għajnuna legali. Jekk għandek jew suppost li għandek assigurazzjoni fuq l-ispejjeż legali allura ma tistax, min-naħa l-oħra, tikseb għajnuna legali. Taħt ċerti kondizzjonijiet, tista’ tingħata assistent ta’ min jagħmel it-talba li jgħinek biex tieħu azzjoni ħalli tikseb kumpens għad-danni.

FuqFuq

1.6. Liema provi nintalab nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Jekk għandek, pereżempju, ċertifikat mediku li jkopri d-danni, irċevuti ta’ x’infaqt u oħrajn, allura dawn għandhom bħala regola jiġu mehmuża mat-talba. Madankollu m’huwiex possibbli li wieħed jgħid xi provi huma normalment mitluba.

1.7. Jekk ningħata kumpens għad-danni mill-qorti, hemm xi assistenza speċjali li jiena, bħala vittma ta’ delitt, nista’ nagħmel użu minnha biex tiġi infurzata s-sentenza kontra dak li jagħmel ir-reat?

Meta tiġi fis-seħħ is-sentenza tal-qorti din tintbagħat mill-qorti lis-Servizz ta’ l-Infurzar. Inti mbagħad tiġi mistoqsi bil-miktub mis-Servizz ta’ l-Infurzar jekk għandekx bżonn għajnuna biex tiġbor id-dejn. Jekk tirrispondi iva, is-Servizz ta’ l-Infurzar jikkuntattja lil dak li jkun għamel ir-reat u jgħinek tiġbor id-dejn. Għalhekk, inti ma jkollokx għalfejn tikkuntattja lil dak li jkun għamel ir-reat.

2. Ksib ta’ kumpens mingħand il-Gvern jew mingħand entità parastatali

2.1. Huwa possibbli li jinkiseb kumpens mingħand il-Gvern jew mingħand entità parastatali?

Huwa possibbli li wieħed jikseb dak li jissejjaħ kumpens kriminali mingħand il-Gvern. It-talbiet għal dan it-tip ta’ kumpens jiġu ffissati mill-Awtorità dwar il-Kumpens u l-Għajnuna lill-Vittmi tad-Delitti.

2.2. L-għażla hija limitata għall-vittmi ta’ delitti li jkunu sofrew tipi partikolari ta’ delitti?

Le.

FuqFuq

2.3. L-għażla hija limitata għall-vittmi ta’ delitti li jkunu sofrew tipi partikolari ta’ ħsara ?

Le.

2.4. Jistgħu qraba jew partijiet oħrajn li jiġu mill-vittma ta’ delitt li tkun mietet minħabba d-delitt jiksbu kumpens?

Iva, il-kumpens jitħallas għal ħsara personali li tkun ir-riżultat ta’ mewt ta’ xi ħadd partikolarment viċin tal-mejjet. Kumpens għat-telf ta’ manteniment jitħallas lil min jibqa’ ħaj wara li xi ħadd imut li, skond il-liġi, jkun intitolat għall-manteniment mingħand il-mejjet jew li b’xi mod jew ieħor ikun jiddependi minnu għall-għajxien tiegħu jekk il-manteniment kien qed jitħallas fil-mument tal-mewt jew jekk wieħed jista’ jassumi li l-manteniment kien ser jitħallas ftit wara.

2.5. Il-possibbilità tal-ksib ta’ kumpens hija limitata għall-persuni ta’ ċerta nazzjonalità jew għall-persuni li jgħixu f’ċertu żona?

Le, l-għażla li wieħed jirċievi kumpens teżisti biss jekk id-delitt ikun twettaq fl-Isvezja. F’każ ta’ ħsara personali u ksur tal-liġi (qabbel punt 2. 12) teżisti wkoll l-għażla jekk id-delitt ikun twettaq barra l-pajjiż kontra xi ħadd li jgħix fl-Isvezja.

2.6. Nista’ napplika għall-kumpens mill-Isvezja jekk id-delitt twettaq f’pajjiż ieħor? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet?

Iva, jekk kont qed tgħix fl-Isvezja fil-mument tad-delitt (ara l-punt 2. 5).

2.7. Huwa neċessarju li wieħed ikun irrapporta d-delitt lill-pulizija?

L-applikazzjoni tiġi eżaminata biss jekk id-delitt ikun ġie rrappurtat lill-prosekutur jew lill-awtorita’ tal-pulizija jew jekk l-applikant jista’ jagħti raġuni valida għaliex ma jkunx għamel rapport.

FuqFuq

2.8. Huwa neċessarju li noqgħod nistenna r-riżultat ta’ l-investigazzjonijiet tal-pulizija jew tal-proċeduri kriminali qabel ma napplika?

Iva, fil-maġġoranza l-kbira tal-każi.

2.9. Jekk dak li jagħmel ir-reat ikun ġie identifikat, huwa neċessarju li l-ewwel nipprova nikseb kumpens mingħand dak li jagħmel ir-reat?

Fil-prinċipju, m’għandek l-ebda obbligu li tagħmel kawża għad-danni kontra l-parti li kkaġunat il-ħsara. Imma jekk tkun saret kawża għad-danni, fil-prattika jkun jeħtieġ li din tkun instemgħet sa l-istadju ta’ sentenza finali u mhux appellabbli u li tkun ippruvajt tikseb kumpens mingħand dak li għamel ir-reat. Fiċ-ċirkustanzi kollha, trid tkun kapaċi turi li dak li għamel ir-reat m’huwiex f’pożizzjoni li jikkumpensa għall-ħsara.

2.10. Jekk dak li għamel ir-reat ma jkunx ġie identifikat jew ma jkunx instab ħati, ikun għadu possibbli li wieħed jikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, xi prova neħtieġ nipproduċi biex insostni l-applikazzjoni tiegħi għall-kumpens?

Iva, huwa possibbli li tikseb kumpens anki jekk dak li jagħmel ir-reat ma jkunx ġie identifikat jew ma jkunx instab ħati. Trid, madankollu, tippreżenta rapporti li juru li kont vittma ta’ delitt, pereżempju noti meħudin mill-investigazzjoni tal-pulizija jew ċertifikat tat-tabib.

2.11. Hemm xi terminu li matulu trid issir l-applikazzjoni għall-kumpens?

Jekk tkun bdiet prosekuzzjoni pubblika, l-applikazzjoni għall-kumpens ta’ ħsara kriminali trid issir fi żmien sentejn mis-sentenza tal-qorti jew mid-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni finali. Jekk ma tkunx inbdiet prosekuzzjoni pubblika imma tkun inbdiet investigazzjoni preliminari, l-applikazzjoni trid issir fi żmien sentejn minn meta tingħalaq jew tasal fit-tmiem l-investigazzjoni preliminari. Altrimenti l-applikazzjoni trid issir fi żmien sentejn minn meta jkun seħħ id-delitt.

FuqFuq

Jekk ikun hemm raġunijiet eċċezzjonali, applikazzjoni tiġi kkunsidrata anki jekk tasal tard?

2.12. Għal liema ħsarat nista’ niġi kkumpensat?

Kumpens għall-ħsara kriminali jitħallas għall-ħsara personali. Kemm kondizzjonijiet ta’ difett fiżiku kif ukoll dawk mentali jgħoddu bħala ħsara personali. Sabiex id-disturbi mentali jiġu kkunsidrati bħala ħsara personali huwa meħtieġ li jkun hemm impatt li jkun jista’ jintwera b’mod mediku. Ħsara lill-ħwejjeġ, lin-nuċċalijiet u oġġetti simili li l-parti li tkun sofriet id-dannu tkun liebsa fil-ħin ta’ l-offiża jiġu wkoll ikkompensati bħala ħsara personali.

Jekk persuna jkun wettaq vjolazzjoni serja kontra persuna oħra permezz ta’ delitt li jkun jinvolvi attakk fuq il-libertà jew it-trankwillità ta’ din ta’ l-aħħar, jitħallas kumpens għall-ħsara kaġunata mill-vjolazzjoni. Eżempji ta’ delitti li għalihom normalment jitħallas kumpens minħabba vjolazzjoni huma attentat ta’ qtil u delitti oħrajn kontra l-ħajja u s-saħħa kif ukoll l-istupru u offiżi oħra ta’ natura sesswali. 

Kumpens għal danni materjali u għat-telfien ta’ flus jitħallas sa ammont limitat biss, pereżempju jek id-delitt ikun twettaq minn ħabsi ġewwa l-ħabs, jekk min ikun sofra l-ħsara ma jibqax kapaċi jmantni lilu nnifsu minħabba l-ħsara jew jekk l-kumpens jintwera biċ-ċar li huwa partikolarment importanti.

2.13. Kif jiġi kkalkulat il-kumpens?

Il-Kumpens jiġi kkalkulat fil-prinċipju skond il-Liġi dwar id-Danni (1972:207). Dan ifisser, fost affarijiet oħrajn, li fil-każ ta’ ħsara personali, tista’ tikseb kumpens għal:

FuqFuq

  1. spejjeż tat-tabib u spejjeż oħrajn tiegħek, inkluż kumpens raġonevoli għal xi ħadd viċin tiegħek b’mod partikolari,
  2. telf ta’ dħul,
  3. tbatija fiżika u mentali ta’ natura temporanja (uġigħ u tbatija), jew ta’ natura permanenti (diżabilità jew sfreġju permanenti) u inkonvenjenza partikolari minħabba l-ħsara.

Il-kumpens għat-telf tad-dħul huwa ekwivalenti għad-differenza bejn id-dħul li l-parti li tkun sofriet il-ħsara kienet tkun kapaċi ddaħħal kieku ma sofritx il-ħsara, u d-dħul li minkejja l-ħsara, suppost li tkun kisbet mix-xogħol li taqbel ma’ saħħitha u l-ħiliet tagħha u li b’mod raġonevoli tista’ tintalab tagħmel meta wieħed iqis it-taħriġ u l-attività preċedenti tagħha, it-taħriġ mill-ġdid jew miżuri simili oħrajn kif ukoll l-età, relazzjonijiet familjari u ċirkustanzi simili.

Il-kumpens għal ksur tal-liġi jiġi ffissat skond dak li huwa raġonevoli fir-rigward tan-natura u t-tul tal-ġrajja. Irid jitqies jekk l-azzjoni:

  1. kellhiex elementi umiljanti jew infami,
  2. kinitx aktarx tista’ tikkaġuna biża serja għall-ħajja jew għas-saħħa,
  3. kinitx immirata lejn xi ħadd li jkollu diffikultajiet speċjali biex jiddefendi l-intergrità personali tiegħu,
  4. kinitx tinvolvi abbuż ta’ stat ta’ dipendenza jew ta’ pożizzjoni ta’ fiduċja, jew
  5. kinitx x’aktarx tiġbed l-attenzjoni pubblika.

Ħsara għal ħsara materjali tinkludi kumpens għal :

  1. il-valur ta’ l-oġġett jew kemm jiswa biex jissewwa jew it-tnaqqis fil-valur tiegħu,
  2. spejjeż oħrajn minħabba l-ħsara,
  3. telf ta’ dħul jew tnaqqis fl-attività tan-negozju.
2.14. Jeżisti ammont minimu u/jew massimu li jista’ jiġi mogħti?

Jekk it-total tal-kumpens wara t-tnaqqis għall-eċċessi jkun inqas minn SEK 10, ma jitħallas l-ebda kumpens. Bħalissa l-eċċess huwa ta’ SEK 1,200.

FuqFuq

Il-kumpens għal ħsara personali li jiġi ffissat taħt forma ta’ pagamenti f’somom globali jitħallas b’rata massima ta’ għoxrin darba l-prezz bażiku li japplika meta l-kumpens jiġi ffissat skond l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (1968:381). Kumpens li jiġi ffissat f’għamla ta’ pagament kull sena jitħallas kull sena b’rata massima ta’ tliet darbiet il-prezz bażi li japplika meta jiġi ffissat il-kumpens. Il-kumpens għal vjolazzjoni jew għall-ħsara materjali u għat-telf ta’ flus jitħallas b’rata massima ta’ għaxar darbiet il-prezz bażi li japplika meta jiġi ffissat il-kumpens. Il-prezz bażi għall-2003 huwa SEK 38,600.

2.15. Il-kumpens li nkun irċevejt, jew li nista’ nirċievi, għall-istess ħsarat imma minn sorsi oħrajn (bħall-assigurazzjoni) jitnaqqas mill-kumpens li nirċievi mill-Istat?

Meta jiġi ffissat il-kumpens għall-ħsara personali, barra l-ħsara, titnaqqas assigurazzjoni oħra li l-parti li tkun sofriet il-ħsara tkun intitolata għaliha minħabba l-istess ħsara u li ma tkunx tnaqqset waqt il-kalkolu tal-ħsara. Madankollu, it-tnaqqis isir biss sal-punt li l-kumpens ikun ekwivalenti għal tifdil min-naħa tal-parti li tkun sofriet il-ħsara.

Meta jiġi ffissat il-kumpens għal vjolazzjoni jew għall-ħsara materjali jew għat-telf ta’ flus, barra l-ħsara, titnaqqas kull assigurazzjoni oħra li l-parti li tkun sofriet il-ħsara tkun intitolata għaliha minħabba l-istess ħsara.

Meta jiġi ffissat il-kumpens għall-ħsara lill-proprjetà li ma kinitx assigurata kontra ħsara lill-proprjetà u li jkun ta min wieħed jassumi li l-parti li tkun sofriet il-ħsara ma tkunx assigurata minħabba l-ammont ta’ l-assi tagħha u t-tqassim tar-riskju fin-negozju tagħha, jitnaqqas il-kumpens ta’ l-assigurazzjoni li kieku jitħallas jekk l-assigurazzjoni kienet teżisti. Meta jiġi ffissat il-kumpens għall-ħsara lill-proprjetà li, skond il-prattika normali, kellha tkun assigurata kontra r-riskju tal-ħsara imma li l-parti li tkun sofriet il-ħsara tkun naqset mill tassiguraha, jitnaqqas il-kumpens li kien jitħallas kieku eżistiet l-assigurazzjoni.

FuqFuq

2.16. Hemm xi kriterji oħrajn li jistgħu jinfluwenzaw l-opportunità li nirċievi kumpens, jew kif jiġi ikkalkulat l-ammont tal-kumpens, bħall-imġiba tiegħi stess fir-rigward tal-fatt li kkaġuna l-ħsara?

Il-kumpens għall-ħsara personali jista’ jiġi aġġustat jekk il-persuni stess li jkunu sofrew il-ħsara jkunu kkontribwew għall-ħsara b’mod intenzjonali jew minħabba traskuraġni kbira. Kumpens lil sewwieqa ta’ vetturi bil-mutur li jkunu nstabu ħatja li saqu taħt l-influwenza tax-xorb jew taħt l-influwenza qawwija tax-xorb jista’ wkoll jiġi aġġustat jekk is-sewwieq ikun ikkontribwixxa għall-ħsara minħabba traskuraġni. Jekk il-ħsara personali wasslet għall-mewt, il-kumpens lill-persuni li jiġu mill-mejjet jista’ wkoll jiġi aġġustat jekk il-persuna li tkun mietet tkun ikkontribwiet apposta biex isseħħ il-mewt.

Il-kumpens għall-ħsara materjali jew għat-telf tal-flus jista’ jiġi aġġustat jekk it-traskuraġni min-naħa tal-parti li tkun sofriet il-ħsara tkun ikkontribwiet għall-ħsara.

Il-kumpens jista’ wkoll jitnaqqas jew ma jitħallasx jekk ikun probabbli li l-parti li tkun sofriet il-ħsara jew, jekk il-ħsara tkun wasslet għall-mewt, il-persuna li tkun mietet, apposta jew bi traskuraġni tkun żiedet ir-riskju tal-ħsara bl-imġiba tagħha fil-ħin tad-delitt jew b’xi mod ieħor. Fil-każ ta’ ħsara materjali jew telf ta’ dħul ta’ flus, il-kumpens jista’ wkoll jitnaqqas jew ma jitħallasx jekk ikun probabbli li, minħabba li ma jkunx ħa l-miżuri tas-soltu tas-sigurtà apposta jew minħabba traskuraġni, il-parti li tkun sofriet il-ħsara tkun ziedet ir-riskju tal-ħsara.

FuqFuq

2.17. Nista’ nirċievi ħlas antiċipat tal-kumpens?

Jekk l-investigazzjoni dwar ċerta ħsara tieħu fit-tul, pereżempju minħabba eżamijiet tat-tobba li jdumu għaddejjin, f’xi każi jista’ jitħallas bil-quddiem il-kumpens ta’ ħsara oħra li ma jkunx hemm dubji dwarha.

2.18. Minn fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa kif ukoll aktar tagħrif dwar kif għandi napplika? Hemm xi help line jew sit ta’ l-internet speċjali li nista’ nuża?

L-Informazzjoni tista’ tinkiseb mingħand:

The Crime Victim Compensation and Support Authority, Box 470, S 901 09 UMEÅ

Telefon: + 46 90 57 10, Fax + 46 90 17 83 53

E-mail: registrator@brottsoffermyndigheten.se

L-Informazzjoni tista’ tinkiseb mis-sit ta’ l-internet Crime Victim Compensation and Support Authority Deutsch - English - español - français - suomi - svenska (Awtorità dwar il-Kumpens u l-Għajnuna lill-Vittmi tad-Delitti).

FuqFuq

2.19. Nista’ nikseb għajnuna legali biex nagħmel l-applikazzjoni?

Fil-maġġoranza l-kbira tal-każi tista’ tagħmel l-applikazzjoni inti stess u tikseb l-għajnuna li teħtieġ mill-Awtorità dwar il-Kumpens u l-Għajnuna lill-Vittmi tad-Delitti. L-ispejjeż konnessi ma’ l-għajnuna jew ir-rapporti f’każi ta’ ħsara kriminali jistgħu jitħallsu minn fondi pubbliċi jekk ikun hemm raġunijiet partikolari filwaqt li titqies il-pożizzjoni finanzjarja ta’ l-applikant u ċirkustanzi oħrajn.

2.20. Fejn għandi nibgħat l-applikazzjoni?

Lill-Awtorità dwar il-Kumpens u l-Għajnuna lill-Vittmi tad-Delitti.

2.21. Hemm xi organizzazzjonijiet li jgħinu lill-vittmi minn fejn nista’ nirċievi iktar assistenza?
  • the National Federation of Crime Victim Centres svenska (Il-Federazzjoni Nazzjonali taċ-Ċentri tal-Vittmi ta’ Delitti)

    Box 11014, S 100 61 STOCKHOLM

    Tel: + 46 200-212019

    telefoncentralen@boj.se ; boj.riks@boj.se

  • National Organisation for Women’s Shelters and Young Women’s Shelters in Sweden (Organizzazzjoni Nazzjonali tal-Kenn għan-Nisa u għan-Nisa Zgħazagħ, ROKS svenska

    Box 19517, S 104 32

    STOCKHOLM

    Tel: + 46 8 442 99 30

    info@roks.se

  • The Swedish Association of Women’s Shelters (L-Assoċjazzjoni Svediża tal-Kenn tan-Nisa)

    Bondegatan 40, S 116 33 STOCKHOLM

    Tel: + 46 8 642 64 01

« Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Informazzjoni Ġenerali | Isvezja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 22-09-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit