Kummissjoni Ewropea > NGE > Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità > Spanja

L-aħħar aġġornament: 02-08-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Spanja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Għoti ta’ kumpens għal danni mingħand il-persuna li tkun ikkommettiet ir-reat. 1.
1.1. Min jista’ jagħmel talba għad-danni kontra l-awtur tar-reat u taħt liema kondizzjonijiet (skond il-proċedura kriminali)? 1.1.
1.2. F’liema mument tal-proċess għandha ssir it-talba? 1.2.
1.3. Kif nista’ nagħmel din it-talba u quddiem min nista’ nagħmilha? 1.3.
1.4. Kif għandi nippreżenta t-talba (billi nindika l-ammont globali u/jew nikkwantifika kull tip speċifiku ta’ danni)? 1.4.
1.5. Nista’ ningħata għajnuna legali qabel u/jew il-proċess? 1.5.
1.6. Xi provi jkolli bżonn bħala sostenn għat-talba tiegħi? 1.6.
1.7. Jekk it-tribunal jilqa’ t-talba tiegħi għad-danni, bħala vittma tar-reat għandi dritt għal xi forma ta’ assistenza legali speċjali għall-eżekuzzjoni tas-sentenza kontra l-awtur tar-reat? 1.7.
2. Għoti ta’ kumpens mill-Istat jew minn Istituzzjoni Pubblika. 2.
2.1. Teżisti l-possibilità li wieħed jingħata kumpens mill-Istat jew minn xi Istituzzjoni Pubblika? 2.1.
2.2. Din il-possibilità hija limitata għal vittmi ta’ ċerti tipi ta’ reati? 2.2.
2.3. Din il-possibilità hija limitata għal vittmi ta’ ċerti tipi ta’ danni? 2.3.
2.4. Jekk il-vittma tkun mietet, il-qraba jew il-persuni dipendenti tal-vittma jistgħu jieħdu xi kumpens? 2.4.
2.5. Il-possibilità li wieħed jingħata kumpens hija limitata għal persuni ta’ xi nazzjonalità partikulari, jew għal persuni residenti f’xi pajjiż partikolari? 2.5.
2.6. Nista’ nitlob kumpens ( fi Stat Membru ) jekk ir-reat iseħħ f’pajjiż ieħor? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet nista’ nagħmel dan? 2.6.
2.7. Huwa neċessarju li tkun irrapurtajt ir-reat lill-pulizija? 2.7.
2.8. Huwa neċessarju li tistenna r-riżultat ta’ l-investigazzjoni tal-pulizija, jew tal-proċedura kriminali, qabel ma tressaq it-talba? 2.8.
2.9. Jekk l-awtur tar-reat kriminali jkun ġie identifikat, huwa neċessarju li l-ewwel tipprova takkwista il-valur/flus tad-danni mingħand l-awtur tar-reat? 2.9.
2.10. Jekk l-awtur tar-reat kriminali ma jkunx ġie identifikat jew arrestat, teżisti l-possibilità li tirċievi xi kumpens? F’każ bħal dan, xi provi jkolli nressaq b’sostenn għat-talba tiegħi? 2.10.
2.11. Hemm xi terminu ta’ żmien li fih tista’ tagħmel it-talba għal kumpens tad-danni? 2.11.
2.12. Liemu huma d-danni li fuqhom tista’ tingħata kumpens? 2.12.
2.13. Kif jiġi kkalkulat il-kumpens? 2.13.
2.14. Jeżisti xi ammont minimu u/jew massimu li jista’ jingħata? 2.14.
2.15. Il-kumpens li nkun rċevejt, jew li nista’ nirċievi minħabba d-danni minn sorsi oħra (bħall-assikurazzjoni), jitnaqqas mill-kumpens li jagħti l-Istat? 2.15.
2.16. Jeżistu elementi oħra li jistgħu jkollhom effett fuq il-possibilità li nirċievi xi kumpens, jew fil-mod kif jiġi kkalkulat l-ammont, bħall-imġieba tiegħi matul l-azzjonijiet li kkaġunaw id-danni? 2.16.
2.17. Nista’ nieħu l-kumpens bil-quddiem? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet? 2.17.
2.18. Minn fejn nista’ nikseb il-formoli ta’ l-applikazzjoni meħieġa u l-informazzjoni relattiva dwar il-proċess biex nissottometti t-talba tiegħi? Jeżisti xi numru speċjali tat-telefon, jew xi Websajt, li nista’ nuża? 2.18.
2.19. Nista’ ningħata għajnuna legali b’xejn biex nagħmel it-talba tiegħi? 2.19.
2.20. Fejn irrid nibgħat it-talba? 2.20.
2.21. Jeżistu assoċjazzjonijiet ta’ għajnuna għall-vittmi li jistgħu joffru xi assistenza oħra? 2.21.

 

1. Għoti ta’ kumpens għal danni mingħand il-persuna li tkun ikkommettiet ir-reat.

Taħt il-liġi Spanjola, il-metodu normali ta’ kif jintalab kumpens għad-danni huwa permezz tal-proċess kriminali, fejn tiġi stabbilita r-responsabbiltà kemm ċivili kif ukoll dik kriminali. Huwa għalhekk li l-Qorti Istruttorja tagħti l-opportunità lill-persuna li ssofri d-danni biex tagħżel jekk tagħmilx it-talba matul il-proċess kriminali, jew jekk tirriżervax id-dritt li tressaq it-talba għad-danni permezz ta’ kawża ċivili. F’każ illi turi x-xewqa li tressaq it-talba fil-proċess kriminali, il-persuna li ssofri d-danni tista’ tagħżel jekk il-parte civile tkunx eżerċitata f’isimha mill-Prosekutur Pubbliku ( li huwa dak li jiġri jekk ma tagħżel xejn) jew jekk tridx tkun preżenti  (permezz ta’ Avukat jew Prokuratur Legali ) għall-istess għan.

Jekk tagħżel li tagħmel it-talba għad-danni barra l-proċedura kriminali, ikun meħtieġ illi l-persuna li ssofri d-danni tressaq kawża ċivili (ordinarja jew verbali skond jekk l-ammont tad-danni jkunx iżjed jew inqas minn EUR 3000), u trid issegwi r-regoli proċedurali relattivi.

F’każijiet b’element internazzjonali, bħal meta r-reat isir, per eżempju, fi Stat Membru differenti mill-pajjiż fejn toqgħod il-vittma, din tista’ titlob id-danni, b’deroga mil-liġi nazzjonali, kontra l-awtur tar-reat quddiem it-tribunal kriminali li jkun ħa konjizzjoni tal- kawża.

1.1. Min jista’ jagħmel talba għad-danni kontra l-awtur tar-reat u taħt liema kondizzjonijiet (skond il-proċedura kriminali)?

Il-vittma ta’ kull tip ta’ reat, kemm jekk ikun volontarju, b’omissjoni jew bi traskuraġni, tista’ titlob kumpens għad-danni (artiklu 109 tal-Kodiċi Kriminali) bil-mod kif spjegat hawn fuq.

FuqFuq

1.2. F’liema mument tal-proċess għandha ssir it-talba?

F’kull mument tal-proċess, iżda dejjem qabel l-istadju tas-sottomissjonijiet orali matul is-smigħ tal-kawża, sabiex b’hekk il-Qorti Istruttorja tkun tista’ tieħu konjizzjoni tat-talba tal-vittma fl-istadju tal-kumpilazzjoni.

1.3. Kif nista’ nagħmel din it-talba u quddiem min nista’ nagħmilha?

Tista’ ssir quddiem il-Qorti, kemm personalment fid-dikjarazzjoni li tintbagħat biex tinfetaħ il-kawża, kif ukoll b’ittra ffirmata minn Avukat jew Prokuratur Legali. Din il-preżentazzjoni bil-miktub m’hijiex neċessarja billi fil-kas li ma ssirx, huwa l-Ministerju tal-Ġustizzja li jeżerċita l-azzjonijiet/proċeduri ċivili kif ukoll kriminali.

1.4. Kif għandi nippreżenta t-talba (billi nindika l-ammont globali u/jew nikkwantifika kull tip speċifiku ta’ danni)?

It-talba trid issir billi tispeċifika individwalment id-danni kollha – bil-valur tagħhom – u billi tippreżenta l-irċevuti/fatturi jew l-istimi li jiġġustifikaw it-talba tiegħek, li wara jiġu eżaminati minn perit nominat mill-Qorti.

1.5. Nista’ ningħata għajnuna legali qabel u/jew il-proċess?

Iva, tista’ tingħata għajnuna legali f’kull ħin wara li jkun infetaħ il-proċess kriminali, jekk tkun trid tidher personalment fil-kawża meta ssir il-likwidazzjoni tad-danni, u jekk ma jkunx suffiċjenti li l-parte civile tiġi eżerċitata mill-Prosekutur Pubbliku.

FuqFuq

1.6. Xi provi jkolli bżonn bħala sostenn għat-talba tiegħi?

Għar-rigward tad-danni finanzjarji u attwali sofferti (damnum emergens), ara t-tweġiba taħt il-mistoqsija 1.4. Għal dak li għandu x’jaqsam mat-telf ta’ qligħ (lucrum cessans), trid tinġieb il-prova relattiva tad-dħul finanzjarju u tal-qagħda patrimonjali tiegħek.

1.7. Jekk it-tribunal jilqa’ t-talba tiegħi għad-danni, bħala vittma tar-reat għandi dritt għal xi forma ta’ assistenza legali speċjali għall-eżekuzzjoni tas-sentenza kontra l-awtur tar-reat?

Le, teżisti biss il-proċedura ġenerali għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza (li fil-każ ta’ responsabilità ċivili li tirriżulta minn reat tibqa’ fil-forma prevista għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi ċivili, minkejja li s-sentenza tkun mogħtija minn Imħallef tal-Qorti Kriminali u tiġi eżegwita minn organu ġuridiku ta’ l-istess grad).

2. Għoti ta’ kumpens mill-Istat jew minn Istituzzjoni Pubblika.

2.1. Teżisti l-possibilità li wieħed jingħata kumpens mill-Istat jew minn xi Istituzzjoni Pubblika?

Iva, dan huwa speċifikament regolat taħt il-liġi 35/95 tal-11 ta’ Diċembru, li tipprovdi għal għajnuna u assistenza lill-vittmi ta’ reati vjolenti u kontra l-libertà sesswali.

2.2. Din il-possibilità hija limitata għal vittmi ta’ ċerti tipi ta’ reati?

Iva, għall-vittmi ta’ reati dolużi jew reati vjolenti li jseħħu fi Spanja u reati kontra l-libertà sesswali.

FuqFuq

2.3. Din il-possibilità hija limitata għal vittmi ta’ ċerti tipi ta’ danni?

Iva, hija limitata għar-reati hawn fuq imsemmija li jwasslu għal mewt, feriti gravi fuq il-persuna jew danni gravi fis-saħħa fíżika u mentali.

2.4. Jekk il-vittma tkun mietet, il-qraba jew il-persuni dipendenti tal-vittma jistgħu jieħdu xi kumpens?

Iva, il-mara jew ir-raġel tal-vittma, jew xi persuna li tkun tinsab f’relazzjoni simili mal-vittma, kif ukoll it-tfal li jkunu jiddependu ekonomikament fuq il-vittma, u jekk dawn il-każijiet ma japplikawx, il-ġenituri li jkunu jiddependu ekonomikament mill-vittma (artiklu 2.3 tal-Liġi 35/1995, tal-11 ta’ Diċembru) jistgħu jieħdu xi kumpens.

2.5. Il-possibilità li wieħed jingħata kumpens hija limitata għal persuni ta’ xi nazzjonalità partikulari, jew għal persuni residenti f’xi pajjiż partikolari?

Għall-Ispanjoli, iċ-ċittadini ta’ kull Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea, dawk li huma residenti fi Spanja u l-barranin li huma ċittadini ta’ dawk il-pajjiżi li għandhom ftehim reċiproku ma’ Spanja f’dan il-qasam (l-artikolu 2.1 tal-Liġi 35/1995, tal-11 ta’ Diċembru.)

2.6. Nista’ nitlob kumpens ( fi Stat Membru ) jekk ir-reat iseħħ f’pajjiż ieħor? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet nista’ nagħmel dan?

Jekk id-delitt seħħ f’xi pajjiż li mhux Spanja, it-talba għal kumpens trid issir fil-pajjiż fejn isiru l-proċeduri kriminali, li normalment ikun dak il-pajjiż fejn seħħ ir-reat.

FuqFuq

2.7. Huwa neċessarju li tkun irrapurtajt ir-reat lill-pulizija?

Iva, billi l-kwerela hija parti mid-dokumentazzjoni li trid tiġi ppreżentata biex tiġġustifika t-talba ( artiklu 10.2 tal-Liġi 35/95 tal-11 ta’ Diċembru.)

2.8. Huwa neċessarju li tistenna r-riżultat ta’ l-investigazzjoni tal-pulizija, jew tal-proċedura kriminali, qabel ma tressaq it-talba?

Iva, huwa neċessarju li jkun hemm riżoluzzjoni ġuridika soda li tagħlaq il-proċess kriminali, kemm jekk hija sentenza, digriet mill-qorti, jew att dik li jiddikjara l-kas arkivjat bil-mewt tal-persuna ħatja jew il-waqfien/interruzzjoni minħabba l-kundizzjonijiet previsti mill-artikli 641.2 jew 637.3 tal-Liġi tal-Proċedura Kriminali (artiklu 9 tal-liġi 3/1995, tal-11 ta’ Diċembru.)

2.9. Jekk l-awtur tar-reat kriminali jkun ġie identifikat, huwa neċessarju li l-ewwel tipprova takkwista il-valur/flus tad-danni mingħand l-awtur tar-reat?

Il-Liġi ma titlobx dan.

2.10. Jekk l-awtur tar-reat kriminali ma jkunx ġie identifikat jew arrestat, teżisti l-possibilità li tirċievi xi kumpens? F’każ bħal dan, xi provi jkolli nressaq b’sostenn għat-talba tiegħi?

Iva, billi tippreżenta l-istess tip ta’ provi daqs meta l-awtur ikun magħruf (artiklu 9 tal-Liġi 35/1995, tal-11 ta’ Diċembru)

2.11. Hemm xi terminu ta’ żmien li fih tista’ tagħmel it-talba għal kumpens tad-danni?

Iva, sa sena minn meta seħħ l-azzjoni tar-reat (artiklu 7 tal-Liġi 35/1995, tal-11 ta’ Diċembru.)

FuqFuq

2.12. Liemu huma d-danni li fuqhom tista’ tingħata kumpens?

Mewt, feriti gravi fuq il-persuna jew danni gravi fis-saħħa fíżika u mentali (artiklu 4 tal-Liġi 35/1995, tal-11 ta’ Diċembru).

2.13. Kif jiġi kkalkulat il-kumpens?

Il-valur ta’ l-għajnuna ma jistax ikun iktar mill-kumpens iffissat mis-sentenza. Dan l-ammont jiġi determinat b’relazzjoni mas-salarju minimu nazzjonali fejn jiġu applikati l-parametri u l-perċentwali kif hemm stipulat fl-artikolu 6 tal-Liġi 35/1995, tal-11 ta’ Diċembru.

2.14. Jeżisti xi ammont minimu u/jew massimu li jista’ jingħata?

Iva, li jiġi kkalkulat kif indikat fit-tweġiba preċedenti.

2.15. Il-kumpens li nkun rċevejt, jew li nista’ nirċievi minħabba d-danni minn sorsi oħra (bħall-assikurazzjoni), jitnaqqas mill-kumpens li jagħti l-Istat?

L-għajnuniet kkunsidrati fil-Liġi msemmija m’humiex kumpatibbli mal-kumpens ekonomiku li għalih il-benefiċjarju għandu dritt b’sistema ta’ assikurazzjoni, ħlief jekk il-valur tal-kumpens ta’ l-assikurazzjoni privata huwa inferjuri għal dak iffissat fis-sentenza (artikolu 5 tal-Liġi 35/1995, tal-11 ta’ Diċembru.)

2.16. Jeżistu elementi oħra li jistgħu jkollhom effett fuq il-possibilità li nirċievi xi kumpens, jew fil-mod kif jiġi kkalkulat l-ammont, bħall-imġieba tiegħi matul l-azzjonijiet li kkaġunaw id-danni?

Ma jeżistux.

2.17. Nista’ nieħu l-kumpens bil-quddiem? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Iva, f’dawk il-każijiet fejn tiġi ppruvata s-sitwazzjoni ekonomika prekarja tal-vittma, jew, jekk il-vittma tkun mietet, dik tal-benefiċċjarji tagħha (artiklu 10 tal-Liġi 35/1995, tal-11 ta’ Diċembru).

2.18. Minn fejn nista’ nikseb il-formoli ta’ l-applikazzjoni meħieġa u l-informazzjoni relattiva dwar il-proċess biex nissottometti t-talba tiegħi? Jeżisti xi numru speċjali tat-telefon, jew xi Websajt, li nista’ nuża?

Kemm il-pulizija kif ukoll il-qorti għandhom l-obbligu li jagħtuk tagħrif dwar il-Liġi msemmija u l-assistenza li din toffri, meta jirċievu t-talba jew il-kwerela tiegħek.

2.19. Nista’ ningħata għajnuna legali b’xejn biex nagħmel it-talba tiegħi?

Dan m’huwiex meħtieġ, billi t-talba tista’ ssir mill-vittma direttament, mingħajr il-ħtieġa li tqabbad avukat jew prokuratur legali.

2.20. Fejn irrid nibgħat it-talba?

Għand il-Ministeru ta’ l-Ekonomija u tal-Finanzi.

2.21. Jeżistu assoċjazzjonijiet ta’ għajnuna għall-vittmi li jistgħu joffru xi assistenza oħra? 

Jeżistu ċentri ta’ għajnuna għall-vittmi ta’ reati, li jinstabu fis-sede tal-qrati u tat-tribunali (artiklu 16 tal-Liġi 35/1995, tal-11 ta’ Diċembru).

Aktar tagħrif

Jeżistu possibilitajiet oħra għall-għoti ta’ kumpens mingħand l-awtur tar-reat kriminali (“compensation ordersâ€�)?

Iva, teżisti l-possibilità li ssir talba quddiem il-qorti ċivili bl-għażla tal-proċess ċivili.

  • Tagħrif dwar l-għanuna li tingħata miċ-Ċentri ta’ Assistenza, kemm fl-ambitu nazzjonali kif ukoll minn xi Komunitajiet Awtonomi, tista’ tinkiseb minn dan l-indirizz elettroniku:
    • http://www.poderjudicial.es español

« Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Informazzjoni Ġenerali | Spanja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 02-08-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit