Kummissjoni Ewropea > NGE > Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità > Slovenja

L-aħħar aġġornament: 05-12-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Slovenja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Il-ksib ta’ kumpens f’għamla ta’ danni mill-awtur tar-reat 1.
1.1. Taħt liema kondizzjonijiet nista’ nagħmel talba għal danni fi proċeduri kriminali kontra l-awtur tar-reat? 1.1.
1.2. F’liema stadju tal-proċeduri għandi nressaq il-talba? 1.2.
1.3. Kif għandi nressaq it-talba u lil min? 1.3.
1.4. Kif għandi nippreżenta l-talba tiegħi (nindika ammont sħiħ jew nispeċifika telf partikulari)? 1.4.
1.5. Nista’ ningħata għajnuna legali qabel u/jew matul il-proċeduri? 1.5.
1.6. X’xhieda jkun jeħtieġli nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi? 1.6.
1.7. Jekk ningħata d-danni mill-qorti, hemm xi għajnuna speċjali li nista’ nikseb bħala vittma ta’ reat għall-eżekuzzjoni tas-sentenza kontra l-awtur tar-reat? 1.7.
2. Il-ksib ta’ kumpens mingħand l-Istat jew mingħand korp pubbliku 2.
2.1. Huwa possibbli li wieħed jiskeb kumpens mill-Istat jew minn korp pubbliku? 2.1.
2.2. Il-possibbiltà hija limitata għal vittmi li soffrew ċerti tipi ta’ reati? 2.2.
2.3. Il-possibbiltà hija limitata għal vittmi li jkunu ġarrbu ċerti tipi ta’ ħsara? 2.3.
2.4. Jistgħu qraba jew dipendenti ta’ vittmi li mietu minħabba r-reat jiksbu kumpens? 2.4.
2.5. Il-possibbiltà li jinkiseb kumpens hija limitata għal persuni ta’ ċerta nazzjonalità jew għal persuni residenti f’ċertu pajjiż? 2.5.
2.6. Nista’ napplika għall-kumpens mis-Slovenja jekk ir-reat ikun sar f’pajjiż ieħor? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet? 2.6.
2.7. Hemm bżonn li r-reat ikun ġie rrapportat lill-Pulizija? 2.7.
2.8. Hemm bżonn li nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjonijiet tal-pulizija jew ta’ xi proċeduri kriminali qabel ma nkun nista’ napplika? 2.8.
2.9. Jekk il-ħati jkun ġie identifikat, hemm bżonn li wieħed l-ewwel jipprova jikseb kumpens mill-awtur tar-reat? 2.9.
2.10. Jekk il-ħati ma jkunx ġie identifikat jew misjub ħati, ikun għadu possibbli li wieħed jikkwalifika għal kumpens? Jekk iva, xi provi nkun meħtieġ nipprovdi sabiex insostni l-applikazzjoni tiegħi? 2.10.
2.11. Hemm xi terminu ta’ żmien biex issir l-applikazzjoni għal kumpens? 2.11.
2.12. Għal-liema xorta ta’ telf nista niġi kkumpensat? 2.12.
2.13. Kif ikun kkalkulat il-kumpens? 2.13.
2.14. Hemm minimu u/jew massimu ta’ kumpens li jista’ jingħata? 2.14.
2.15. Jista’ l-kumpens li nkun irċevejt, jew li nkun nista’ nirċievi, għall-istess tip ta’ telf iżda minn sorsi oħra (bħal assigurazzjoni) jitnaqqas mill-kumpens mogħti mill-Istat? 2.15.
2.16. Hemm kriterji oħra li jistgħu jinfluwenzaw l-ammont ta’ kumpens? 2.16.
2.17. Nista' nieħu kumpens bil-quddiem? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet? 2.17.
2.18. Minn fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa u aktar tagħrif dwar kif għandi napplika? Hemm xi numru tat-telefon li jista’ jkun ta’ għajnuna jew sit web nista’ nuża? 2.18.
2.19. Jista’ jkolli għajnuna legali biex nagħmel l-applikazzjoni? 2.19.
2.20. Fejn għandi nibgħat l-applikazzjoni għal kumpens? 2.20.
2.21. Jeżistu organizzazzjonijiet ta’ sapport għal vittmi li jistgħu jagħtu aktar għajnuna? 2.21.

 

1. Il-ksib ta’ kumpens f’għamla ta’ danni mill-awtur tar-reat

1.1. Taħt liema kondizzjonijiet nista’ nagħmel talba għal danni fi proċeduri kriminali kontra l-awtur tar-reat?

Il-kondizzjonijiet biex wieħed jagħmel talbiet finanzjarji fi proċeduri kriminali huma stabbiliti fl-Artikoli 100 sa 112 tal-Kapitolu 10 ("Talbiet Finanzjarji") ta’ l-Att Sloven ta’ Proċedura Kriminali (ZKP) (Gazzeta Uffiċjali Nri 96/04 – verżjoni uffiċjali konsolidata – u 101/05). Talba finanzjarja fi proċeduri kriminali tista’ ssir minn kull persuna intitolata li tagħmel talba bħal din f’kawża fil-qorti. Talba finanzjarja li tirriżulta minħabba reat tinstema’ bħala parti mill-proċeduri kriminali, permezz ta’ rikors mill-persuna li tkun qed tagħmel il-talba, bil-kundizzjoni li din ma ttawwalx il-proċeduri b’mod eċċessiv. Talba finanzjarja tista’ tkun ukoll għal kumpens għal danni, ir-radd lura tal-proprjetà jew il-kanċellament ta’ operazzjoni speċifika legali.

1.2. F’liema stadju tal-proċeduri għandi nressaq il-talba?

It-talba finanzjarja tista’ tkun sottomessa f’kull stadju tal-proċess quddiem il-qorti ta’ l-ewwel istanza. Jekk il-persuna intitolata ma tkunx issottomettiet it-talba finanzjarja fil-proċeduri kriminali sal-preżentata ta’ l-att ta' akkuża, hija tkun mgħarrfa bil-possibbiltà li tissottomettiha sa tmiem il-kawża (Artikolu 102(2) ZKP).

1.3. Kif għandi nressaq it-talba u lil min?

Il-parti offiża tista’ tissottometti t-talba finanzjarja malli jkun irrapportat ir-reat (skond l-Artikolu 147(1) ZKP, dan jaqa’ taħt ir-responsabbiltá tal-Prosekutur ta’ l-Istat) jew mhux aktar tard minn meta l-proċeduri jkunu qed isiru, billi jiġi ppreżentat rikors speċjali jew issir dikjarazzjoni fil-qorti fejn ikunu qed jitmexxew il-proċeduri.

FuqFuq

1.4. Kif għandi nippreżenta l-talba tiegħi (nindika ammont sħiħ jew nispeċifika telf partikulari)?

Min jagħmel it-talba għandu jiddeskriviha fid-dettall u jġib ix-xhieda. Deskrizzjoni dettaljata ta’ talba finanzjarja tfisser illi min jagħmel it-talba għandu jiddefinixxi b’mod preċiż it-tip u l-ammont ta’ telf u x-xorta ta’ kumpens.

1.5. Nista’ ningħata għajnuna legali qabel u/jew matul il-proċeduri?

Matul il-proċeduri il-parti offiża għandha d-dritt li taħtar rappreżentant awtorizzat li m’hemmx għalfejn ikun avukat.

1.6. X’xhieda jkun jeħtieġli nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Il-qorti kompetenti tisma’ xi jkollu jgħid il-konvenut dwar il-fatti li jkun hemm fl-applikazzjoni u tinvestiga ċ-ċirkostanzi li jkunu rilevanti biex tiddeċiedi fuq it-talba finanzjarja. Jekk l-investigazzjoni tal-talba finanzjarja tkun se ttawwal il-proċeduri kriminali b’mod eċċessiv, il-qorti tista’ biss tiġbor kull informazzjoni li jkun impossibbli jew diffiċli li tkun stabbilita fi stadju aktar tard (Artikolu 104 ZKP).

1.7. Jekk ningħata d-danni mill-qorti, hemm xi għajnuna speċjali li nista’ nikseb bħala vittma ta’ reat għall-eżekuzzjoni tas-sentenza kontra l-awtur tar-reat?

B’rikors ta’ min ikun qed jagħmel il-talba, il-qorti li quddiemha jkunu għaddejjin il-proċeduri kriminali tista tordna li t-talba finanzjarja li tirriżulta mir-reat tkun garantita provviżorjamentt skond id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-proċedura ta’ infurzar.

FuqFuq

2. Il-ksib ta’ kumpens mingħand l-Istat jew mingħand korp pubbliku

2.1. Huwa possibbli li wieħed jiskeb kumpens mill-Istat jew minn korp pubbliku?

L-Artikolu 156 tal-Kodiċi ta’ Obbligazzjonijiet (Gazzetti Uffiċjali Nru 83/01 u 32/04) jistabbilixxi li r-responsabbiltà għal danni minħabba mewt jew ħsara fiżika li jirriżultaw minn att terroristiku jew waqt dimostrazzjoni pubblika hija ta’ l-Istat jew ta’ dawk li, skond ir-regolamenti applikabbli, kellhom jimpedixxu l-ħsara. L-Att dwar Kumpens għal Vittmi ta’ Reati (ZOZKD) (Gazzetta Uffiċjali Nru 101/05), li daħal fis-seħħ fis-Slovenja fl-1 ta’ Jannar, 2006, jgħid li vittmi ta’ atti vjolenti intenzjonati u d-dipendenti tagħhom, għandhom id-dritt għal kumpens għal danni. Jistabbilixxi wkoll il-proċedura kif isiru t-talbiet u jgħid liema korpi huma responsabbli għal deċiżjonijiet dwar dawk id-drittijiet u li jieħdu sehem fihom.

2.2. Il-possibbiltà hija limitata għal vittmi li soffrew ċerti tipi ta’ reati?

L-Artikolu 6 ZOZKD jistabbilixxi wkoll il-kondizzjonijiet materjali biex jingħata kumpens. Waħda mill-kondizzjonijiet hija li l-vittma tkun soffriet minn att vjolenti intenzjonat ta’ natura kriminali, li, skond il-Kodiċi Penali (Gazzeta Uffiċjali, verżjoni konsolidata), jista’ jkun att magħmul intenzjonalment, li jinvolvi l-użu tal-forza jew attakk sesswali u li jkun suġġett għal piena ta’ sentenza ta’ aktar minn sena priġunerija.

2.3. Il-possibbiltà hija limitata għal vittmi li jkunu ġarrbu ċerti tipi ta’ ħsara?

Iva. Il-vittma għandu jkun sofra minn ħsara fiżika, nuqqas ta’ saħħa jew tbatija mentali minħabba r-reat.

FuqFuq

2.4. Jistgħu qraba jew dipendenti ta’ vittmi li mietu minħabba r-reat jiksbu kumpens?

Iva. Jekk il-vittma tkun mietet, id-dipendenti tagħha (persuni mantnuti mill-mejjet u persuni li għandhom dritt ta’ manteniment skond il-liġi) jistgħu jitolbu kumpens.

2.5. Il-possibbiltà li jinkiseb kumpens hija limitata għal persuni ta’ ċerta nazzjonalità jew għal persuni residenti f’ċertu pajjiż?

L-għoti tal-kumpens huwa suġġett għall-kondizzjoni formali li l-vittma trid tkun ċittadina tas-Slovenja jew ċittadina ta’ Stat Membru ieħor ta’ l-UE.

2.6. Nista’ napplika għall-kumpens mis-Slovenja jekk ir-reat ikun sar f’pajjiż ieħor? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet?

Le. Jingħata kumpens biss jekk ir-reat ikun sar fit-territorju tar-Repubblika tas-Slovenja, jew fuq vapur jew ajruplan Sloven, irrispettivament mill-post fejn kienu meta sar ir-reat.

2.7. Hemm bżonn li r-reat ikun ġie rrapportat lill-Pulizija?

Iva. L-att għandu jiġi rrapportat lill-pulizija bħala reat kriminali u għandu, mbagħad, jiġi kkonfermat mill-pulizija fuq it-talba tal-persuna li tkun irrapportatu.

2.8. Hemm bżonn li nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjonijiet tal-pulizija jew ta’ xi proċeduri kriminali qabel ma nkun nista’ napplika?

Le. Il-vittma tista’ tagħmel talba kemm jekk il-proċeduri kriminali jkunu nbdew kif ukoll jekk le.

2.9. Jekk il-ħati jkun ġie identifikat, hemm bżonn li wieħed l-ewwel jipprova jikseb kumpens mill-awtur tar-reat?

Jekk jinġiebu proċeduri kontra l-awtur tar-reat, il-vittma għandha tissottometti talba finanzjarju skond il-liġi li tirregola l-proċeduri u jinforma lill-kummissjoni responsabbli mid-deċiżjonijiet dwar il-kumpens skond iż-ZOZKD.

FuqFuq

2.10. Jekk il-ħati ma jkunx ġie identifikat jew misjub ħati, ikun għadu possibbli li wieħed jikkwalifika għal kumpens? Jekk iva, xi provi nkun meħtieġ nipprovdi sabiex insostni l-applikazzjoni tiegħi?

Il-vittma għandha d-dritt għal kumpens kemm jekk l-awtur tar-reat ikun ġie identifikat kif ukoll jekk le, u kemm jekk ikunu nbdew proċeduri kriminali kif ukoll jekk le.

2.11. Hemm xi terminu ta’ żmien biex issir l-applikazzjoni għal kumpens?

Il-talba għandha tkun sottomessa mhux iżjed tard minn sitt xhur wara d-data li fih jkun twettaq ir-reat in kwistjoni. Jekk, minħabba ħsara fiżika, il-vittma ma tkunx tista’ tissottometti t-talba sa dak iż-żmien, hija għandha tagħmel it-talba mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data li fiha r-raġunijiet li minħabba fihom ma kinitx tista’ tissottomettiha ma jkunux għadhom japplikaw, u mhux aktar tard minn ħames snin mid-data li fiha jkun sar ir-reat.

2.12. Għal-liema xorta ta’ telf nista niġi kkumpensat?

Skond iż-ZOZKD, il-kumpens jista’ jintalab għat-tipi ta’ telf li ġejjin: ħsara fiżika jew nuqqas ta’ saħħa, tbatija mentali, telf tal-manteniment, spejjeż mediċi, spejjeż ta’ funeral u qerda ta’ propjretà.

2.13. Kif ikun kkalkulat il-kumpens?

Il-fatturi li jitqiesu biex jiġi kkalkulat l-ammont ta’ kumpens għal ħsara fiżika jew nuqqas ta’ saħħa huma: iċ-ċirkostanzi tal-każ partikolari, il-grad ta’ uġigħ ikkaġunat mill-ħsara jew min-nuqqas ta’ saħħa u kemm ikun dam l-uġigħ. Iż-ZOZKD jistabbilixxi skala għal dak it-tip ta’ kumpens. Biex jingħataw tipi oħra ta’ kumpens, iż-ZOZKD jirreferi għar-regolamenti ta’ implimentazzjoni li jirregolaw dawk id-drittijiet fis-Slovenja.

FuqFuq

2.14. Hemm minimu u/jew massimu ta’ kumpens li jista’ jingħata?

Skond iż-ZOZKD, ammont massimu ta’ kumpens huwa stabbilit għal tipi partikulari ta’ telf.

2.15. Jista’ l-kumpens li nkun irċevejt, jew li nkun nista’ nirċievi, għall-istess tip ta’ telf iżda minn sorsi oħra (bħal assigurazzjoni) jitnaqqas mill-kumpens mogħti mill-Istat?

Il-kumpens stabbilit għal tip partikulari ta’ telf skond iż-ZOZKD jitnaqqas bl-ammont ta’ kull kumpens, rimborżi jew forom oħra ta’ pagamenti li jkun irċieva min għamel il-talba għall-istess tip ta’ telf fuq kull bażi oħra.

2.16. Hemm kriterji oħra li jistgħu jinfluwenzaw l-ammont ta’ kumpens?

Biex ikun determinat l-ammont ta’ kumpens, titqies ukoll l-imġiba tal-vittma waqt u wara r-reat, is-sehem tagħha fit-twettiq tar-reat, u kemm ikun kbir it-telf. Jekk il-kondizzjonijiet japplikaw, il-kumpens għalhekk jitnaqqas jew jitħallas skond id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Obbligazzjonijiet (Gazzeta Uffiċjali Nri 83/01 u 32/04).

2.17. Nista' nieħu kumpens bil-quddiem? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet?

Le.

2.18. Minn fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa u aktar tagħrif dwar kif għandi napplika? Hemm xi numru tat-telefon li jista’ jkun ta’ għajnuna jew sit web nista’ nuża?

Il-Pulizija u l-Ministeru tal-Ġustizzja jagħtu lill-vittmi ta’ reati li jkollhom il-ħsieb jitolbu l-kumpens it-tagħrif kollu meħtieġ dwar l-iskop u l-kondizzjonijiet biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skond iż-ZOZKD.

FuqFuq

2.19. Jista’ jkolli għajnuna legali biex nagħmel l-applikazzjoni?

Iva. Il-vittma jista’ jkollha rappreżentant awtorizzat matul il-proċeduri.

2.20. Fejn għandi nibgħat l-applikazzjoni għal kumpens?

L-applikazzjonijiet għandhom tintbagħat bil-miktub fuq il-formola rilevanti lil:

Il-Ministeru tal-Ġustizzja English - slovenšcina

Župančičeva 3

1000 Ljubljana, Slovenja

Posta elettronika: gp.mp@gov.si

2.21. Jeżistu organizzazzjonijiet ta’ sapport għal vittmi li jistgħu jagħtu aktar għajnuna?

Il-partijiet offiżi jew vittmi ta' reati jistgħu jiksbu t-tagħrif li jkollhom bżonn fuq http://www.policija.si/ English - slovenšcina. Hemm ukoll għadd ta' Organizzazzjonijiet mhux Governattivi (NGOs) li joffru aktar għajnuna lil vittmi ta' reati - Beli obroč, Ključ, Društvo za nenasilno komuniciranje (Assoċjazzjoni għal Komunikazzjoni Mingħajr Vjolenza), Ženska svetovalnica (Servizz ta' Pariri għan-Nisa).

« Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Informazzjoni Ġenerali | Slovenja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 05-12-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit