Kummissjoni Ewropea > NGE > Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità > Portugall

L-aħħar aġġornament: 22-02-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Portugall

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Il-ksib ta’ kumpens f’forma ta’ danni mingħand il-persuna li tkun wettqet ir-reat 1.
1.1. Taħt liema kundizzjonijiet nista’ jiena nagħmel talba għad-danni fil-proċess kontra l-persuna li tkun wettqet ir-reat (il-proċeduri kriminali)? 1.1.
1.2. F’liema mument tal-proċedura għandi nressaq it-talba? 1.2.
1.3. Kif għandi nressaq it-talba, u lil min? 1.3.
1.4. Kif għandi nippreżenta t-talba tiegħi (nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali)? 1.4.
1.5. Jista’ jkolli assistenza legali qabel u/jew matul il-proċeduri? 1.5.
1.6. Liema evidenza se nkun mistenni li nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi? 1.6.
1.7. Jekk niġi mogħti d-danni mill-qorti, hemm xi assistenza speċjali disponibbli għalija bħala vittma tal-kriminalità għall-infurzar tas-sentenza kontra l-persuna li tkun wettqet ir-reat? 1.7.
2. Il-ksib ta’ kumpens mill-Istat jew minn organu pubbliku? 2.
2.1. Huwa possibbli li jinkiseb kumpens mill-Istat jew minn organu pubbliku? 2.1.
2.2. Il-possibilità hija limitata għall-vittmi li sofrew ċertu tipi ta’ reati? 2.2.
2.3. Il-possibilità hija limitata għall-vittmi li kellhom ċertu tipi ta’ dannu? 2.3.
2.4. Jistgħu l-qraba jew in-nies li huma dipendenti fuq il-vittmi li mietu b’riżultat tar-reat jiksbu kumpens? 2.4.
2.5. Il-possibilità li jinkiseb kumpens hija limitata għall-persuni ta’ ċertu nazzjonalità jew il-persuni li joqgħodu f’ċertu pajjiż? 2.5.
2.6. Nista’ napplika għall-kumpens fil-Portugall jekk ir-reat ġie mwettaq f’pajjiż ieħor? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet? 2.6.
2.7. Huwa neċessarju li r-reat ikun ġie rraportat lill-pulizija? 2.7.
2.8. Huwa neċessarju li nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjonijiet tal-pulizija jew ta’ proċeduri kriminali qabel ma nkun nista’ napplika? 2.8.
2.9. Jekk il-persuna li tkun wettqet ir-reat tkun ġiet identifikata, huwa neċessarju li l-ewwel nipprova nikseb kumpens mill-persuna li tkun wettqet ir-reat? 2.9.
2.10. Jekk il-persuna li tkun wettqet ir-reat ma tkunx ġiet identifikata jew ikkundannata, huwa possibbli xorta waħda li nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, liema evidenza għandi bżonn biex insostni l-applikazzjoni tiegħi? 2.10.
2.11. Hemm limitu ta’ żmien biex issir l-applikazzjoni għall-kumpens? 2.11.
2.12. Għal liema telf nista’ niġi kkumpensat? 2.12.
2.13. Kif se jiġi kkalkulat il-kumpens? 2.13.
2.14. Hemm ammont minimu u/jew massimu li jista’ jingħata? 2.14.
2.15. Il-kumpens li nkun irċevejt, jew li nista’ nirċievi, għall-istess telf imma minn sorsi oħra (bħall-assikurazzjoni) jiġi mnaqqas mill-kumpens mill-Istat? 2.15.
2.16. Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jinfluwenzaw il-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens, jew kif l-ammont ta’ kumpens jiġi kkalkulat, bħall-imġieba tiegħi fir-rigward ta’ l-avveniment li kkawża d-dannu? 2.16.
2.17. Nista’ nirċievi ħlas bil-quddiem fuq il-kumpens? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet? 2.17.
2.18. Min fejn nista’ nġib il-formoli neċessarji u aktar informazzjoni fuq kif napplika? Hemm xi helpline jew websajt speċjali li nista’ nuża? 2.18.
2.19. Nista’ nikseb assistenza legali biex nagħmel l-applikazzjoni? 2.19.
2.20. Fejn għandi nibgħat l-applikazzjoni? 2.20.
2.21. Hemm xi organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi li jistgħu jagħtu aktar assistenza? 2.21.

 

1. Il-ksib ta’ kumpens f’forma ta’ danni mingħand il-persuna li tkun wettqet ir-reat

1.1. Taħt liema kundizzjonijiet nista’ jiena nagħmel talba għad-danni fil-proċess kontra l-persuna li tkun wettqet ir-reat (il-proċeduri kriminali)?

Il-persuna leża, jiġifieri l-persuna li tkun sofriet dannu b’riżultat tar-reat, tista’ tressaq talba għal danni ċivili anke huwa jew hija ma jkunx/tkunx jew ma jistax/ma tistax jaġixxi/taġixxi bħala attur ċivili (rwol fil-proċeduri li jista’ jiġi assunt mill-vittma jew mill-eredi jew rappreżentanti legali tiegħu jew tagħha, jew minn kulħadd fil-każ ta’ ċertu tipi ta’ reati bħal reati kontra l-paċi u l-umanità, l-iffaċilitar jew iċ-ċaħda tal-ġustizzja, u li jinvolvi t-tgħaqqid ta’ l-azzjoni ċivili mal-proċeduri kriminali).

Hija r-responsabbiltà tas-Servizz tal-Prosekuzzjoni Pubblika li jressaq talba għad-danni ċivili f’isem l-Istat u l-persuni u l-interessi li huwa meħtieġ li jirrapreżenta skond il-liġi.

Ir-rwol tal-persuna leża fil-proċeduri huwa limitat għall-proviżjoni ta’ evidenza biex tiġi sostnuta t-talba għad-danni.

It-talbiet għad-danni biex jikkumpensaw għat-telf ikkawżat minn reat kriminali għandhom jitressqu bħala parti mill-proċeduri kriminali relevanti, u jistgħu jsiru separatament quddiem qorti ċivili biss meta:

  1. (a) ma jkun hemm l-ebda att ta’ l-akkuża fil-proċeduri kriminali fi żmien tmien xhur minn meta r-reat ikun ġie rrapportat, jew ma jkun hemm l-ebda żviluppi f’dak iż-żmien;
  2. (b) il-proċeduri kriminali jkunu ġew miċħuda jew sospiżi, jew ikunu ġew preskritti qabel ma waslu għall-proċess;
  3. il-proċeduri jkunu bbażati fuq kwerela jew akkuża privata;
  4. ma jkun hemm l-ebda dannu fiż-żmien meta nġiebu l-akkużi, jew id-dannu jew id-dimensjoni sħiħa tiegħu ma kinux magħrufa;
  5. is-sentenza kriminali ma kinitx tinkludi deċiżjoni fuq it-talba għad-danni minħabba n-natura tal-kwistjonijiet involuti u l-karatteristiċi inerenti tal-proċeduri kriminali f’każijiet fejn il-liġi tippermetti lill-qrati kriminali li ma jieħdux deċiżjoni fuq dawn it-talbiet;
  6. it-talba tkun inġiebet kontra l-konvenut u persuni oħra b’responsabbiltà purament ċivili, jew biss kontra dawn ta’ l-aħħar fejn il-konvenut huwa dak ikkonċernat mill-proċeduri prinċipali;
  7. il-valur tat-talba jfisser li tista’ titressaq quddiem qorti b’aktar minn membru wieħed, filwaqt li l-proċeduri kriminali jridu jitwettqu quddiem imħallef waħdu;
  8. il-proċeduri kriminali jkunu ħadu l-forma ta’ proċeduri qosra jew qosra ħafna;
  9. il-parti leża ma tkunx ġiet infurmata bil-possibbiltà li tinġieb talba ċivili fil-proċeduri kriminali jew ġiet notifikata biex tagħmel hekk.

Fuq dan is-suġġett, ara wkoll l-iskeda fuq L-bidu ta’ kawża l-qorti.

FuqFuq

1.2. F’liema mument tal-proċedura għandi nressaq it-talba?

Jekk inti ntitolat li tressaq talba għad-danni ċivili għandek turi l-intenzjoni tiegħek li tagħmel hekk qabel ma jingħalaq l-istadju ta’ l-investigazzjoni tal-proċeduri. Inti mbagħad tiġi nnotifikat bid-deċiżjoni li jitressqu l-akkużi jew l-att ta’ l-akkuża mill-qorti kif xieraq, sabiex tkun tista’, jekk tixtieq, tippreżenta talba strutturata b’mod xieraq fi żmien il-perjodu ta’ żmien ta’ 20 ġurnata. Jekk ma ddikjarajtx l-intenzjoni tiegħek li tippreżenta talba għad-danni, jew ma ġejtx innotifikat kif deskritt aktar ‘il fuq, tista’ tippreżenta t-talba sa 10 t’ijiem wara li l-konvenut ikun ġie nnotifikat bid-deċiżjoni li jitressqu l-akkużi jew bl-att ta’ l-akkuża mill-qorti.

Meta tiġi mressqa mis-Servizz tal-Prosekuzzjoni Pubblika jew mill-attur ċivili, it-talba tiġi ppreżentata ma’ l-att ta’ l-akkuża jew fi żmien il-perjodu stabbilit għaliha.

1.3. Kif għandi nressaq it-talba, u lil min?

Talba għad-danni m’għandhiex għalfejn tissodisfa xi rekwiżiti formali partikolari u tista’ tikkonsisti f’dikjarazzjoni fil-fajl, li tindika t-telf soffert u l-evidenza ta’ dan. It-talba hija normalment akkumpanjata minn kopji għall-konvenuti u għas-segretarju.

Għandha tiġi sottomessa lill-qorti responsabbli li tiddeċiedi fuq ir-reat kriminali.

1.4. Kif għandi nippreżenta t-talba tiegħi (nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali)?

Meta tapplika għad-danni ċivili, għandek telenka t-telf varju soffert flimkien mal-kawża tiegħu u mbagħad tindika l-valur totali tat-talba.

FuqFuq

1.5. Jista’ jkolli assistenza legali qabel u/jew matul il-proċeduri?

L-assistenza legali tista’ tingħata f’kull stadju tal-proċeduri sakemm jiġu ssodisfati r-rekwiżiti statutorji u jiġu osservati l-formalitajiet xierqa, kif deskritt fl-iskeda fuq dan is-suġġett.

1.6. Liema evidenza se nkun mistenni li nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Kull mezz adattat biex jiġu ppruvati l-fatti allegati u tiġi sostnuta d-deċiżjoni fil-każ huwa aċċetat, sakemm ikun legalment validu, relevanti, xieraq bħala prova u li jista’ jinkiseb. B’mod speċifiku, evidenza dokumentarja, konfessjoni mill-partijiet u dikjarazzjonijiet mill-esperti u mix-xiehda huma aċċetati.

1.7. Jekk niġi mogħti d-danni mill-qorti, hemm xi assistenza speċjali disponibbli għalija bħala vittma tal-kriminalità għall-infurzar tas-sentenza kontra l-persuna li tkun wettqet ir-reat?

M’hemm l-ebda assistenza speċjali ħlief il-ħatra ta’ avukat taħt l-arranġamenti ta’ assistenza legali. L-avukat maħtur ikollu l-kompetenza teknika speċifika u għandu jwettaq il-passi proċedurali meħtieġa sabiex jiżgura l-infurzar.

2. Il-ksib ta’ kumpens mill-Istat jew minn organu pubbliku?

2.1. Huwa possibbli li jinkiseb kumpens mill-Istat jew minn organu pubbliku?

Taħt il-liġi Portugiża, il-vittmi ta’ ċertu reati jistgħu jiksbu kumpens mill-Istat.

2.2. Il-possibilità hija limitata għall-vittmi li sofrew ċertu tipi ta’ reati?

Huma biss dawk il-vittmi ta’ reati li jinvolvu vjolenza intenzjonata li huma koperti mill-iskema ta’ kumpens.

FuqFuq

Ħlas bil-quddiem fuq il-kumpens jista’ jitħallas mill-Istat lill-vittmi ta’ vjolenza konjugali biss għar-reat kriminali ta’ maltrattament bejn il-miżżewġin jew persuni li jgħixu b’dan il-mod.

2.3. Il-possibilità hija limitata għall-vittmi li kellhom ċertu tipi ta’ dannu?

Huma biss il-vittmi li sofrew dannu gravi fuq il-persuna u persuni intitolati għall-manteniment f’każ tal-mewt tal-vittma li jistgħu jibbenefikaw mill-kumpens ta’ l-Istat. Biex id-dannu jkun kopert mill-iskema, għandu jwassal għal inkapaċità permanenti, inkapaċità totali temporanja għax-xogħol ta’ mill-inqas tletin ġurnata jew mewt.

Id-dannu soffert għandu jkun ikkawża deterjorament serju fil-livell ta’ l-għixien tal-vittma jew tal-persuni intitolati għall-manteniment.

Għall-vittmi ta’ vjolenza domestika, telf li jirriżulta minn abbuż fiżiku jew mentali huwa kopert mill-iskema.

2.4. Jistgħu l-qraba jew in-nies li huma dipendenti fuq il-vittmi li mietu b’riżultat tar-reat jiksbu kumpens?

Fil-każ tal-mewt tal-vittma, persuni intitolati għall-manteniment taħt il-liġi ċivili jistgħu japplikaw għall-kumpens mill-Istat.

Sabiex tingħata għajnuna biex jiġu identifikati min huma dawn il-persuni, għandu jiġi nnutat li dawn li ġejjin huma mistennija li jħallsu manteniment, f’dan l-ordni:

  1. il-konjuġi jew l-eks-konjuġi;
  2. id-dixxendenti;
  3. il-qraba fil-linja axxendenti;
  4. l-aħwa;
  5. iz-zijiet, waqt li l-persuna li tkun qiegħda tirċievi l-manteniment tkun minuri; u
  6. ir-raġel ta’ l-omm u l-mara tal-missier fir-rigward tat-tfal tal-mara jew tar-raġel taħt l-età li huma, jew kienu fil-ħin tal-mewt tal-konjuġi, taħt il-kura ta’ dan ta’ l-aħħar. Barra minn hekk, kull min ikun qiegħed jgħix ma’ persuna mhux miżżewġa jew legalment separata fil-ħin tal-mewt ta’ din ta’ l-aħħar għal aktar minn sentejn taħt kundizzjonijiet simili għal dawk ta’ konjuġi huwa intitolat li japplika għall-manteniment mill-eredità tal-mejjet.

2.5. Il-possibilità li jinkiseb kumpens hija limitata għall-persuni ta’ ċertu nazzjonalità jew il-persuni li joqgħodu f’ċertu pajjiż?

Le. Kull vittma ta’ dannu gravi fuq il-persuna li jirriżulta direttament minn att vjolenti intenzjonali mwettaq fit-territorju Portugiż jew fuq bastimenti jew ajruplani Portugiżi tista’ tibbenefika mill-iskema ta’ kumpens.

FuqFuq

L-istess ma japplikax għal reati mwettqa barra l-pajjiż, li għalihom l-iskema ta’ kumpens deskritt hawnhekk tapplika biss jekk il-parti danneġġjata tkun ċittadina Portugiża u mhijiex intitolata għal kumpens mill-Istat li fit-territorju tiegħu jkun ġie soffert it-telf.

2.6. Nista’ napplika għall-kumpens fil-Portugall jekk ir-reat ġie mwettaq f’pajjiż ieħor? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Iva, bil-kundizzjonijiet deskritti fir-risposta għall-mistoqsija preċedenti.

2.7. Huwa neċessarju li r-reat ikun ġie rraportat lill-pulizija?

Il-leġiżlazzjoni kurrenti ma fijiex espressament dan ir-rekwiżit.

Għall-vjolenza domestika, huwa neċessarju li jkun hemm kwerela jew rapport uffiċċjali.

2.8. Huwa neċessarju li nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjonijiet tal-pulizija jew ta’ proċeduri kriminali qabel ma nkun nista’ napplika?

Dan mhuwiex meħtieġ.

2.9. Jekk il-persuna li tkun wettqet ir-reat tkun ġiet identifikata, huwa neċessarju li l-ewwel nipprova nikseb kumpens mill-persuna li tkun wettqet ir-reat?

Għandek l-ewwel tipprova tieħu kumpens mingħand min ikun wettaq ir-reat, minħabba li l-vittmi jistgħu jiksbu kumpens mill-Istat biss jekk ma jkunux jistgħu jiksbu kumpens permezz ta’ l-infurzar tas-sentenza mogħtija wara talba għad-danni ċivili. Din il-kundizzjoni titneħħa jekk ikun jista’ raġonevolment jiġi mistenni li min ikun wettaq ir-reat u kull persuna oħra b’responsabbiltà ċivili ma tkunx se ssewwi t-telf u jekk ma jkunx possibbli li jinkiseb kumpens effettiv u suffiċjenti minn sors ieħor.

FuqFuq

2.10. Jekk il-persuna li tkun wettqet ir-reat ma tkunx ġiet identifikata jew ikkundannata, huwa possibbli xorta waħda li nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, liema evidenza għandi bżonn biex insostni l-applikazzjoni tiegħi?

Iva, huwa possibbli li ssir applikazzjoni għall-kumpens msemmi aktar ‘il fuq anke jekk min wettaq ir-reat ma jkunx ġie identifikat, akkużat jew ikkundannat.

Kumitat jeżamina l-applikazzjoni, filwaqt illi jieħu kull miżuri li jikkunsidra utli għal dak il-għan, inklużi:

  1. li jisma’ l-applikanti u lil dawk responsabbli li jħallsu l-kumpens;
  2. li jitlob kopji tal-kwereli u tan-notifikazzjonijiet relatati mal-fatti tar-reat; u
  3. li jitlob informazzjoni fuq is-sitwazzjoni professjonali, finanzjarja jew soċjali ta’ dawk responsabbli li jsewwu t-telf minn persuna naturali jew legali jew xi uffiċċju tal-gvern.

Fis-sitwazzjoni in kwistjoni, l-evidenza għandha tiffoka fuq l-eżistenza attwali ta’ reat kriminali.

2.11. Hemm limitu ta’ żmien biex issir l-applikazzjoni għall-kumpens?

Iva, hemm limitu ta’ żmien. L-applikazzjonijiet għandhom isiru fi żmien sena mid-data meta jkun twettaq ir-reat kriminali, inkella d-dritt għall-kumpens jiskadi. Jekk ikunu bdew il-proċeduri kriminali, il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż għal sena wara li d-deċiżjoni li twaqqaf il-proċeduri tingħata. F’kull każ, il-Ministru tal-Ġustizzja jista’ jaċċetta applikazzjonijiet wara għeluq iż-żmien jekk ċirkostanzi psikoloġiċi jew materjali ġustifikati kienu ta’ ostaklu biex l-applikazzjoni ssir fil-ħin.

FuqFuq

L-applikazzjonijiet għall-kumpens għat-telf ikkawżat minn vjolenza domestika għandu jsir fi żmien sitt xhur, imma applikazzjonijiet tardivi jistgħu jiġu aċċettati mill-Ministru tal-Ġustizzja taħt l-istess kundizzjonijiet msemmija aktar ‘l fuq.

2.12. Għal liema telf nista’ niġi kkumpensat?

It-telf ta’ flus ikkawżat mid-dannu biss huwa eliġibbli għall-kumpens.

2.13. Kif se jiġi kkalkulat il-kumpens?

Il-kumpens jiġi kkalkulat b’referenza għal kriterji bbażati fuq l-ekwità. Jiġu kkunsidrati, fost affarijiet oħra, l-ammont ta’ telf, il-grad ta’ deterjorament fil-livell ta’ l-għixien tal-vittma jew tal-persuni intitolati għall-manteniment, l-imġieba tal-vittma jew ta’ l-applikant u l-ammonti miksuba minn sorsi oħra.

2.14. Hemm ammont minimu u/jew massimu li jista’ jingħata?

Iva, hemm limiti fuq il-kumpens li jista’ jingħata mill-Istat.

2.15. Il-kumpens li nkun irċevejt, jew li nista’ nirċievi, għall-istess telf imma minn sorsi oħra (bħall-assikurazzjoni) jiġi mnaqqas mill-kumpens mill-Istat?

L-ammonti kollha riċevuti minn sorsi oħra, u b’mod speċifiku minn min ikun wettaq ir-reat jew mis-sigurtà soċjali, jiġu kkunsidrati. Madankollu, assigurazzjoni privata fuq il-ħajja jew assigurazzjoni għall-inċidenti personali jiġu mnaqqsa biss sakemm ikun meħtieġ skond il-prinċipju ta’ ekwità.

Jekk il-vittma tirċievi kumpens effettiv jew kumpens għat-telf minn kull sors wara li jkun tħallas il-kumpens mill-Istat, il-Ministru tal-Ġustizzja, skond l-opinjoni tal-kumitat imsemmi aktar ‘l fuq, għandu jitlob ħlas lura, b’mod sħiħ jew parzjali, ta’ l-ammonti riċevuti.

FuqFuq

2.16. Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jinfluwenzaw il-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens, jew kif l-ammont ta’ kumpens jiġi kkalkulat, bħall-imġieba tiegħi fir-rigward ta’ l-avveniment li kkawża d-dannu?

Iva. Il-kumpens ta’ l-Istat jista’ jiġi mnaqqas jew miżmum fid-dawl ta’ l-imġieba tal-vittma jew ta’ l-applikant qabel, matul jew wara l-fatti jew fid-dawl tar-relazzjonijiet tiegħu ma’ min ikun wettaq ir-reat jew l-ambjent tiegħu, jew jekk l-imġieba tiegħu tmur kontra s-sens ta’ ġustizzja jew ordni pubbliku.

2.17. Nista’ nirċievi ħlas bil-quddiem fuq il-kumpens? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

F’emerġenza tista’ titlob ħlas bil-quddiem fuq il-kumpens li għad irid jiġi ddeterminat; il-ħlas bil-quddiem ma jistax jaqbeż il-kwart ta’ l-ammont massimu.

Għal vittmi ta’ vjolenza domestika, l-ammont tal-ħlas bil-quddiem huwa ddeterminat billi tiġi kkunsidrata l-eżistenza ta’ faqar finanzjarju serju li jirriżulta mir-reat u ma jistax jaqbeż l-ekwivalenti tal-paga minima nazzjonali fix-xahar għal perjodu ta’ tliet xhur, li jista’ jiġi estiż bi tliet xhur oħra jew, f’sitwazzjonijiet ta’ faqar estrem, b’sitt xhur oħra.

2.18. Min fejn nista’ nġib il-formoli neċessarji u aktar informazzjoni fuq kif napplika? Hemm xi helpline jew websajt speċjali li nista’ nuża?

Il-kumpens jingħata mill-Istat fuq talba tal-persuni intitolati għalih u mhuwiex neċessarju li tintuża formola speċjali. Madankollu, il-formoli huma disponibbli mingħajr ħlas mill-Comissão para a Instrução dos Pedidos de Indemnização às Vítimas de Crimes Violentos (il-Kumitat għall-eżaminazzjoni tat-talbiet għall-kumpens għall-vittmi ta’ reat vjolenti) f’Escadinhas de S. Crispim, n.º  7, 1149-049 ; l-indirizz ta’ l-e-mail huwa: josé.duarte@tac.mj.pt.

FuqFuq

Liżbona

Aktar assistenza tista’ tinkiseb mill-Assoċjazzjoni Portugiża għall-Appoġġ tal-Vittmi: websajt http://www.apav.pt/ português; e‑mail apav.sede@apav.pt; tel. +351 707 2000 77 (matul il-ġimgħa mill-10.00 sas-13.00 u mis-14.00 sal-17.00).

Aktar informazzjoni tinstab fuq il-web:

http://www.portaldocidadao.pt/PORTAL/entidades/MJ/MJU/ português

Għall-vittmi ta’ vjolenza domestika hemm helpline 24 siegħa kuljum. Huwa servizz anonimu u kunfidenzjali li jipprovdi lill-vittmi bl-għoti ta’ pariri, b’informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom u b’informazzjoni dwar fejn jistgħu jiksbu l-appoġġ.

In-numru huwa +351 800 202 148.

Il-vittmi ta’ vjolenza domestika jistgħu ukoll jiksbu l-informazzjoni mill-websajt li ġejja:

http://www.portaldocidadao.pt/PORTAL/entidades/PCM/CIDM/ português

2.19. Nista’ nikseb assistenza legali biex nagħmel l-applikazzjoni?

L-assistenza legali hija disponibbli għall-proċeduri tal-qrati kollha, tkun xi tkun il-forma li jieħdu. Tapplika ukoll, bl-adattamenti neċessarji, għall-proċeduri li jinvolvu reati amministrattivi.

Peress li l-applikazzjoni għall-kumpens mill-Istat ma titressaqx quddiem qorti jew ma ssirx fil-kuntest ta’ proċeduri li jikkonċernaw reat amministrattiv, l-assistenza legali ma tkunx disponibbli biex issir l-applikazzjoni.

Madankollu, għandu jiġi nnutat li m’hemm l-ebda spejjeż involuti biex issir l-applikazzjoni peress li d-dokumenti (ċertifikati) meħtieġa huma b’xejn.

Għal aktar informazzjoni, ara l-iskeda ta’ l-Assistenza Legali.

2.20. Fejn għandi nibgħat l-applikazzjoni?

L-applikazzjonijiet għall-kumpens mill-Istat għandhom jintbagħtu lill-Kumitat għall-eżaminazzjoni tat-talbiet għall-kumpens għall-vittmi ta’ reat vjolenti, imma indirizzati lill-Ministru tal-Ġustizzja. Il-Kumitat huwa bbażat f’Liżbona fl-indirizz mogħti f’2.18 f’bini pprovdut mis-Segretarjat-Ġenerali tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

2.21. Hemm xi organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi li jistgħu jagħtu aktar assistenza?

Iva. Hemm l-Assoċjazzjoni Portugiża għall-Appoġġ tal-Vittmi (APAV) msemmija aktar 'il fuq.

Aktar tagħrif

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-websajts li ġejjin.

http://www.apav.pt português- L-Assoċjazzjoni Portugiża għall-Appoġġ tal-Vittmi

http://www.iacrianca.pt português - L-Istitut għall-Appoġġ tat-Tfal

http://www.cidm.pt português - Il-Kummissjoni għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet tan-Nisa

http://www.portaldocidadao.pt/PORTAL/entidades/PCM/ CIDM/ português - Il-vjolenza domestika

http://mulher.sapo.pt/J92/276923.html português - L-Assoċjazzjoni tan-Nisa kontra l-Vjolenza

http://www.mj.gov.pt/ English - português - Il-Ministeru tal-Ġustizzja

http://www.dgsi.pt português - Id-databases legali

http://www.dgaj.mj.pt português - Id-Direttorat-Ġenerali għall-Ammistrazzjoni tal-Ġustizzja (jipprovdi, fost affarijiet oħra, informazzjoni fuq id-dettalji ta’ kuntatt għall-qrati u l-ġurisdizzjoni territorjali tagħhom)

http://www.oa.pt/ português - L-Assoċjazzjoni ta’ l-Avukatura

http://dre.pt/ português - Database online tal-leġiżlazzjoni (fiha leġiżlazzjoni ppubblikata f’Serje I tal-Gazzetta Uffiċċjali mill-1962)

http://www.gnr.pt português - Il-Gwardja Repubblikana Nazzjonali (pulizija militari)

http://www.psp.pt português - Il-Pulizija

http://www.policiajudiciaria.pt English - português - Il-Pulizija ta’ l-Investigazzjoni Kriminali

« Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Informazzjoni Ġenerali | Portugall - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 22-02-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit