Kummissjoni Ewropea > NGE > Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità > Olanda

L-aħħar aġġornament: 10-10-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Olanda

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Il-kisba tal-kumpens f’forma ta’ danni mingħand min iwettaq ir-reat 1.
1.1. Skond liema kondizzjonijiet nista’ nagħmel talba għad-danni fil-proċess kontra min wettaq ir-reat (il-proċeduri kriminali)? 1.1.
1.2. F’liema mument tal-proċedura għandi nagħmel it-talba? 1.2.
1.3. Kif għandi nagħmel it-talba, u lil min? 1.3.
1.4. Kif għandi nippreżenta t-talba tiegħi, u lil min (indika ammont totali u/jew isspeċifika t-telf individwali) ? 1.4.
1.5. Nista’ nikseb l-assistenza legali qabel u/jew matul il-proċeduri? 1.5.
1.6. X’evidenza ser inkun meħtieġ nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi? 1.6.
1.7. Jekk ningħata d-danni mill-qorti, hemm xi għajnuna speċjali għalija bħala vittma ta’ reat għall-eżekuzzjoni tas-sentenza kontra min iwettaq ir-reat? 1.7.
2. Il-kisba ta’ kumpens mill-istat jew minn korp pubbliku 2.
2.1. Huwa possibbli li jinkiseb il-kumpens mill-istat jew minn korp pubbliku? 2.1.
2.2. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li sofrew ċerti tipi ta’ reati? 2.2.
2.3. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li sofrew ċerti tipi ta' dannu? 2.3.
2.4. Jistgħu l-qraba jew id-dipendenti tal-vittmi li mietu bħala r-riżultat tar-reat jiksbu l-kumpens? 2.4.
2.5. Il-possibbiltà tal-kisba tal-kumpens hija limitata għall-persuni ta’ ċerta nazzjonalità jew persuni li joqgħodu f’ċertu pajjiż? 2.5.
2.6. Nista’ napplika għall-kumpens mill-Olanda jekk ir-reat twettaq f’pajjiż ieħor? Jekk iva, f’liema kondizzjonijiet? 2.6.
2.7. Huwa meħtieġ li r-reat ikun ġie rrappurtat lill-pulizija? 2.7.
2.8. Huwa meħtieġ li nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjonijiet tal-pulizija jew il-proċeduri kriminali qabel nista’ napplika? 2.8.
2.9. Jekk min wettaq ir-reat kien identifikat, huwa meħtieġ li, fl-ewwel lok , wieħed jipprova jikseb il-kumpens mingħand min wettaq ir-reat? 2.9.
2.10. Jekk min wettaq ir-reat ma kienx identifikat jew misjub ħati, għadu possibbli li wieħed jikkwalifika għall-kumpens? Jekk hu hekk, x’evidenza għandi bżonn inġib biex insostni l-applikazzjoni tiegħi? 2.10.
2.11. Hemm terminu biex issir l-applikazzjoni għall-kumpens? 2.11.
2.12. Għal liema telf nista’ nkun ikkumpensat? 2.12.
2.13. Kif ikun ikkalkolat il-kumpens? 2.13.
2.14. Hemm ammont minimu u/jew massimu li jista’ jingħata? 2.14.
2.15. Il-kumpens li rċevejt, jew li nista’ nirċievi, għall-istess telf imma minn sorsi oħra (bħall-assigurazzjoni) jista’ jitnaqqas mill-kumpens mill-istat? 2.15.
2.16. Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jinfluwenzaw il-possibbiltà tiegħi li nirċievi l-kumpens, jew kif ikun ikkalkolat l-ammont tal-kumpens, bħall-imġiba tiegħi fir-rigward ta’ l-inċident li kkawża d-dannu? 2.16.
2.17. Nista’ ningħata ħlas minn qabel tal-kumpens? Jekk iva, f’liema kondizzjonijiet? 2.17.
2.18. Fejn nista’ nakkwista l-formuli meħtieġa u aktar informazzjoni fuq kif napplika? Hemm xi numru telefoniku speċjali għall-għajnuna jew websajt li nista’ nuża? 2.18.
2.19. Nista’ nikseb l-assistenza legali biex nagħmel l-applikazzjoni? 2.19.
2.20. Fejn nibgħatha l-applikazzjoni? 2.20.
2.21. Hemm xi organizzazzjonijiet li jappoġġaw lill-vittmi li jistgħu jagħtu aktar assitenza? 2.21.

 

1. Il-kisba tal-kumpens f’forma ta’ danni mingħand min iwettaq ir-reat

Hemm diversi possibilitajiet biex jinkiseb il-kumpens mingħand min iwettaq reat:

1.1. Skond liema kondizzjonijiet nista’ nagħmel talba għad-danni fil-proċess kontra min wettaq ir-reat (il-proċeduri kriminali)?

It-talba tal-vittma għandha tkun sempliċi. Dan ifisser li l-imħallef għandu jkun lest jaċċerta t-telf, u d-daqs tiegħu, mingħajr ħafna riċerka. It-telf għandu jiġi wkoll direttament minn att kriminali kommess kontra l-vittma. Min iwettaq ir-reat għandu jkun mixli b’dak l-att mill-Prosekutur Pubbliku (u l-imħallef irid jiddeċiedi li l-akkuża hi ppruvata). M’għandux jaqsam jekk kienx delitt jew kontravenzjoni.

Biex tkun eliġibbli għal deċiżjoni favorevoli minn imħallef tal-qorti kriminali, it-talba għandha għalhekk tkun sempliċi (li tista’ tkun ppruvata malajr). Il-vittma jew il-qorti jistgħu jaqsmu t-talba f’parti sempliċi u f’parti kumplessa. L-imħallef tal-qorti kriminali jista’ jieħu ħsieb il-parti sempliċi. Il-vittma għandha tiddefendi l-aktar parti kumplessa tat-talba quddiem imħallef f’qorti ċivili. Il-kumpens jista’ jintalab kemm għat-telf materjali u t-tbatija mentali; fil-prinċipju l-ammont mhux limitat. It-telf mġarrab għandu jkun ippruvat b’evidenza bil-miktub. L-Uffiċċju ta’ l-Appoġġ lill-Vittimi (ara 2. 21) jista’ jgħin biex tintbagħat talba bħal din.

FuqFuq

1.2. F’liema mument tal-proċedura għandi nagħmel it-talba? 

L-applikazzjoni għandha tintbagħat lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku qabel ma jibda s-smigħ fil-qorti ta’ l-ewwel istanza (f’kull każ qabel l-att ta’ l-akkuża formali tal-Prosekutur Pubbliku). Il-vittmi li jkunu qalu lill-pulizija li jridu l-kumpens tintbagħtilhom minnufih formola tat-talba mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, li għandhom jibagħtuha lura lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku.

1.3. Kif għandi nagħmel it-talba, u lil min?

Billi timla formola tat-talba – ara t-tweġiba 1.2. Il-parti li tkun ġarrbet id-dannu mhix obbligata tidher fis-seduta.

1.4. Kif għandi nippreżenta t-talba tiegħi, u lil min (indika ammont totali u/jew isspeċifika t-telf individwali) ?

L-imħallef għandu jkun jista’ jara, mid-dokument miktub ta’ min jagħmel it-talba, li t-talba hija ġġustifikata u x’ammont qed jitlob min qed jagħmel it-talba. L-imħallef għandu jkun jista’ jivvaluta jekk l-ammont hux raġonevoli

1.5. Nista’ nikseb l-assistenza legali qabel u/jew matul il-proċeduri?

Il-parti li ġarrbet id-dannu għandha l-għażla li tkun irrappreżentata minn avukat. “L-għajnuna legali - l-Olanda” tagħti aktar informazzjoni.

FuqFuq

1.6. X’evidenza ser inkun meħtieġ nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Wieħed jiġih f’moħħu l-evidenza dokumentarja li ġejja: fatturi/vawċers tax-xiri, dikjarazzjonijiet ta’ min iħaddem, ċertifikati mediċi eċċ. Meta d-daqs ta’ l-ammont li qed jintalab mhux sostnut minn evidenza dokumentarja, l-imħallef għandu jivvalutah skond il-liġi.

1.7. Jekk ningħata d-danni mill-qorti, hemm xi għajnuna speċjali għalija bħala vittma ta’ reat għall-eżekuzzjoni tas-sentenza kontra min iwettaq ir-reat?

Meta mħallef jirrikonoxxi talba, l-attur jingħata sentenza. Din is-sentenza tista’ tkun eżegwita bl-għajnuna ta’ marixxall. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ara n-nota dwar l-eżekuzzjoni ta’ l-ordnijiet tal-qorti.

Possibilitajiet oħra huma kif ġej.

  • L-Artikolu 36f tal-Kodiċi Kriminali jippermetti li l-imħallef ikun jeħtieġ li ssuspettat misjub ħati ta’ reat kriminali jħallas lill-istat somma ta’ flus. Skond dan l-artikolu tal-Kodiċi, il-vittma għandha dritt għal dawn il-flus. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku huwa meħtieġ li jeżegwixxi din il-miżura. L-Uffiċċju Ċentral Ġudizzjarju tal-Ġbir (CJIB) f’Leeuwarden jiġbor il-flus mingħand min iwettaq ir-reat f’isem l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku.
  • Il-vittma titħallas il-kumpens f’forma ta’ kondizzjoni speċjali imposta fuq min iwettaq ir-reat mill-Imħallef.

2. Il-kisba ta’ kumpens mill-istat jew minn korp pubbliku

2.1. Huwa possibbli li jinkiseb il-kumpens mill-istat jew minn korp pubbliku?

Dan huwa possibbli biss f’każijiet ta’ reati mwettqa deliberatament, reati vjolenti li jirriżultaw f’offiża serja jew il-mewt. Il-vittmi (jew qrabathom) jistgħu japplikaw għall-ħlas lill-Fond għall-Kumpens ta’ Reati Vjolenti.

FuqFuq

2.2. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li sofrew ċerti tipi ta’ reati?

Il-Fond għall-Kumpens ta’ Reati Vjolenti jista’ jagħmel il-ħlas biss fil-każ ta’ reat vjolenti mwettaq deliberatament, li minħabba fih vittma ġarrbet il-mewt jew dannu fiżiku serju u/jew tbatija mentali. Applikazzjoni għall-ħlas tista’ tintbagħat mill-vittma, jew, fil-każ tal-mewt, il-qraba tal-vittma. Min ikollu prokura, jew rappreżentant legali (ġenitur jew kuratur) jista’ jibgħat applikazzjoni f’isem il-vittma. L-Uffiċċju ta’ l-Għajnuna għall-Vittmi jista’ jikseb aktar informazzjoni u joffri l-appoġġ meta tintbagħat l-applikazzjoni.

2.3. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li sofrew ċerti tipi ta' dannu?

Iva, hekk hu. Id-dannu magħmul mir-reat għandu jkun ta’ natura serja, b’konsegwenzi serji. Dan japplika kemm għad-dannu fiżiku u t-tbatija mentali. Dawn li ġejjin huma kkonsidrati bħala danni serji: offiżi li jdumu aktar minn sitt ġimgħat, li jirriżultaw f’inkapaċità għax-xogħol jew inkapaċità li jsiru l-ħidmiet ta’ kuljum; offiżi b’konsegwenzi fit-tul jew permanenti viżibbli jew b’konsegwenzi funzjonali (eż trawma mentali, biża’ li wieħed joħroġ, jew farretti gravi li jisfiguraw; offiżi li oġġettivament poġġew il-ħajja fil-perikolu.

2.4. Jistgħu l-qraba jew id-dipendenti tal-vittmi li mietu bħala r-riżultat tar-reat jiksbu l-kumpens?

Iva, jistgħu. Iżda, kumpens għal telf materjali tal-qraba huwa limitat għat-telf li jirriżulta mill-mewt. Dan ifisser li t-telf minħabba l-ispejjeż tal-funeral u t-telf tal-manteniment jistgħu jkunu kkumpensati. F’ċerti kondizzjonijiet, qraba superstiti li raw ir-reat jistgħu jkunu eliġibbli għall-kumpens minħabba t-trawma.

FuqFuq

2.5. Il-possibbiltà tal-kisba tal-kumpens hija limitata għall-persuni ta’ ċerta nazzjonalità jew persuni li joqgħodu f’ċertu pajjiż? 

In-nazzjonalità tal-vittma ma tagħmilx differenza. Iżda, il-liġi tgħid li applikazzjoni hija ammissibbli biss jekk ir-reat sar fl-Olanda.

2.6. Nista’ napplika għall-kumpens mill-Olanda jekk ir-reat twettaq f’pajjiż ieħor? Jekk iva, f’liema kondizzjonijiet?

Jekk inti biss vittma ta’ reat vjolenti mwettaq deliberatament abbord bastiment Olandiż jew inġenju ta’ l-ajru barra l-Olanda. F’dak il-każ, il-post ta' residenza tiegħek għandu jkun fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej. Għalhekk il-Fond għall-Kumpens ma jieħux ħsieb it-telf li jiġi minn reati li ċittadin Olandiż jagħmel barra l-Olanda.

2.7. Huwa meħtieġ li r-reat ikun ġie rrappurtat lill-pulizija?

Mhux meħtieġ li jkun sar rapport, għalkemm ta’ min jagħmel hekk, billi jintwera li twettaq reat vjolenti.

2.8. Huwa meħtieġ li nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjonijiet tal-pulizija jew il-proċeduri kriminali qabel nista’ napplika? 

Mhux meħtieġ li tistenna l-konklużjonijiet ta’ l-investigazzjoni tal-pulizija jew il-proċeduri kriminali. Dan għaliex hemm ir-riskju li jinqabeż it-terminu biex tintbagħat l-applikazzjoni lill-Fond għall-Kumpens ta’ Reati Vjolenti.

FuqFuq

2.9. Jekk min wettaq ir-reat kien identifikat, huwa meħtieġ li, fl-ewwel lok , wieħed jipprova jikseb il-kumpens mingħand min wettaq ir-reat?

Fil-prinċipju, il-vittma għandha tfittex il-kumpens għat-telf mġarrab mingħand min wettaq ir-reat. Iżda, ma jkunx prattiku u ġust jekk il-Fond għall-Kumpens ta’ Reati Vjolenti iħallas biss jekk ir-riżultat għal dan ikun magħruf. Meta jintwera li l-vittma ftit għandha possibbilità ta’ kumpens, huwa jaqbad u jħallas.

2.10. Jekk min wettaq ir-reat ma kienx identifikat jew misjub ħati, għadu possibbli li wieħed jikkwalifika għall-kumpens? Jekk hu hekk, x’evidenza għandi bżonn inġib biex insostni l-applikazzjoni tiegħi?

Il-vittma għandha turi li jeżisti dannu u li d-dannu seħħ minħabba reat vjolenti mwettaq deliberatament. Meta ssir applikazzjoni, il-vittmi jintbagħtu formula ta’ informazzjoni fejn jgħidu xi ġralhom u x’danni sofrew Dak li jingħad għandu jkun sostnut kemm jista’ jkun b’dokumenti, stqarrijiet (tax-xhieda) eċċ

2.11. Hemm terminu biex issir l-applikazzjoni għall-kumpens? 

Applikazzjoni għall-ħlas għandha tintbagħat fi żmien tliet snin mid-data tar-reat vjolenti. Jekk il-parti li ġarrbet id-dannu ma tistax tkun mistennija b’mod raġonevoli li tapplika f’dak iż-żmien, l-applikazzjoni xorta tkun ipproċessata.

Iżda, jekk il-parti li ġarrbet id-dannu tkun ikkonsultat avukat jew provditur espert ieħor ta’ l-għajnuna legali qabel ma jiskadi t-terminu, f’dak il-każ terminu skadut ma jkunx skużat daqshekk malajr .

FuqFuq

2.12. Għal liema telf nista’ nkun ikkumpensat?

Mhux kull telf li jiġġarrab mir-reat huwa eliġibbli għal ħlas: telf biss li jiġġarrab minħabba dannu jew il-mewt. Barra minn dan, il-Fond għall-Kumpens ta’ Reati Vjolenti ma jikkompensax it-telf sħiħ, imma jħallas biss skond il-prinċipji tar-raġonevolezza u l-ġustizzja. Jista’ jħallas biss jekk jintwerew it-telf, id-daqs tiegħu u r-rabta tiegħu mad-dannu. Hemm żewġ livelli ta’ telf: it-telf materjali u t-tbatija. Telf materjali jikkawża detriment finanzjarju, jiġifieri l-ispejjeż li jsiru jew li ser isiru, id-dħul mitluf jew li ser jintilef. Xi eżempji huma: l-ispejjeż tat-tobba, ħwejjeġ irrovinati, l-ispejjeż ta’ l-isptar, telf ta’ kapaċità għax-xogħol, eċċ. It-tbatija tfisser it-telf jew it-telfien temporanju tat-tgawdija tal-ħajja.

2.13. Kif ikun ikkalkolat il-kumpens?

Ara t-tweġibiet għal 2. 12 u 2. 14

2.14. Hemm ammont minimu u/jew massimu li jista’ jingħata? 

Mill-1 ta’ Jannar 2003, ir-regoli huma kif ġej. Il-ogħla ħlasijiet huma €22,700 għal telf materjali u €9100 għat-tbatija. Il-ħlas minimu għat-tbatija huwa €454. Il-massimu rari jitħallas. Il-ħlas medju huwa €2723 (mogħti għad-dritt bħala €908 għal telf materjali u €1815 għat-tbatija).

2.15. Il-kumpens li rċevejt, jew li nista’ nirċievi, għall-istess telf imma minn sorsi oħra (bħall-assigurazzjoni) jista’ jitnaqqas mill-kumpens mill-istat?

Il-Fond għall-Kumpens ta’ Reati Vjolenti huwa dispożizzjoni supplimentari. Il-ħlasijiet skond il-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali jitnaqqsu mit-telf. Ukoll jekk skema partikolari ta’ l-assigurazzjoni tħallas benefiċċju, dan l-ammont (ġeneralment) jitnaqqas minn kull ammont li jitħallas mill-Fond għall-Kumpens ta’ Reati Vjolenti.

FuqFuq

2.16. Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jinfluwenzaw il-possibbiltà tiegħi li nirċievi l-kumpens, jew kif ikun ikkalkolat l-ammont tal-kumpens, bħall-imġiba tiegħi fir-rigward ta’ l-inċident li kkawża d-dannu?

Il-ħlas jista’ jkun miċħud fuq il-bażi tal-ko-responsabilità tal-vittma. L-ammont tal-kumpens kemm għal telf materjali u t-tbatija jista’ jitnaqqas ukoll. Il-kwistjoni hija jekk il-vittmi esponewx ruħhom bla bżonn għal sitwazzjonijiet fejn setgħu u kellhom jistennew li min wettaq ir-reat kien ser jaġixxi vjolentement kontrihom (ħtija kontributorja).

2.17. Nista’ ningħata ħlas minn qabel tal-kumpens? Jekk iva, f’liema kondizzjonijiet?

Ħlas minn qabel (ħlas proviżorju) jista’ jkun permess. Ħlas minn qabel huwa permess biss meta parti li ġarrbet dannu tkun applikat għalih u wriet li għandha bżonn urġenti.

2.18. Fejn nista’ nakkwista l-formuli meħtieġa u aktar informazzjoni fuq kif napplika? Hemm xi numru telefoniku speċjali għall-għajnuna jew websajt li nista’ nuża?

Formola ta’ applikazzjoni/formola ta’ rapport (u aktar informazzjoni) jinkisbu mill-Fond għall-Kumpens ta’ Reati Vjolenti (telefown: +31 70 4142000). Hemm informazzjoni wkoll fil-websajt: www.schadefonds.nl Nederlands li tista’ tintuża biex tintbagħat applikazzjoni għall-ħlas. Jistgħu jintalbu formuli bl-e-mail ukoll: info@schadefonds.nl. Uffiċjali ta’ l-Uffiċċju għall-Għajnuna tal-Vittmi (ara 2. 21) jistgħu jgħinu wkoll biex timtela u tintbagħat il-formula ta’ applikazzjoni/ta’ rapport.

FuqFuq

2.19. Nista’ nikseb l-assistenza legali biex nagħmel l-applikazzjoni? 

Fil-prinċipju l-parti li ġarrbet id-dannu tintbagħat formula ta’ rapport wara talba. Jekk il-parti li ġarrbet id-dannu għandha konsulent legali (eż avukat), il-kuntatti kollha jgħaddu permezz tal-konsulent legali.

2.20. Fejn nibgħatha l-applikazzjoni?

Il-Fond għall-Kumpens ta’ Reati Vjolenti,

Kaxxa Postali 1947,

2280 DX Rijswijk,

the Netherlands.

2.21. Hemm xi organizzazzjonijiet li jappoġġaw lill-vittmi li jistgħu jagħtu aktar assitenza?

Vittmi ta‘ reati u l-inċidenti tat-traffiku jistgħu jiksbu informazzjoni u appoġġ mill-Fondazzjoni Olandiża għall-Appoġġ lill-Vittmi, li għandha madwar 75 uffiċċju lokali mxerrdin ma’ 13-il reġjun. L-appoġġ lill-vittmi huwa l-ewwel punt ta’ kuntatt tal-vittmi. L-għajnuna offerta tikkonsisti minn appoġġ prattiku, legali u emozzjonali. Jekk il-kwistjonijiet huma kumplessi legalment, jew tenħtieġ aktar kura psiko-soċjali, l-Appoġġ lill-Vittmi jirriferi l-każ lill-korpi oħra (uffiċċji ta’ għajnuna legali, xogħol soċjali, kura għas-saħħa mentali eċċ). Is-servizz ta’ l-Appoġġ lill-Vittmi huwa mingħajr ħlas.

Tista’ ssib aktar informazzjoni (inkluż l-indirizzi) fil-websajt “L-Appoġġ lill-Vittmi Olanda” Nederlands 

Għall-informazzjoni fuq xi każ kriminali, il-vittmi għandhom jirriferu lill-Bord ta’ Informazzjoni għall-Vittmi. Kull distrett għandu punt ta’ informazzjoni bħal dan (kultant b’isem ieħor), fejn l-informazzjoni tinkiseb kemm mill-Pulizija u mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku. F’xi distretti, jista’ jsir kuntatt permezz ta’ Punt ta’ Informazzjoni ma’ l-Appoġġ lill-Vittmi u l-Uffiċċju ta’ l-Għajnuna Legali. Aktar informazzjoni tinsab fil-websajt “L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku” English - Nederlands

Aktar tagħrif

  • Jekk il-każ tal-kumpens huwa kopert mill-assigurazzjoni, il-kumpens jista’ jintalab mill-kumpanija ta’ l-assigurazzjoni rilevanti.

    Għar-residenti fl-Olanda, l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jistgħu joffru possibbilità oħra għall-kumpens ta’ parti mit-telf.

  • Websajts rilevanti:

    - Fond għall-Kumpens ta’ Reati Vjolenti Nederlands

    - Uffiċċju Olandiż Nazzjonali ta’ Appoġġ lill-Vittmi Nederlands

    - L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku English - Nederlands.

« Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Informazzjoni Ġenerali | Olanda - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 10-10-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit