Kummissjoni Ewropea > NGE > Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità > Lussemburgu

L-aħħar aġġornament: 11-01-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Lussemburgu

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Il-ksib tal-kumpens fil-forma ta’ danni mill-ħati 1.
1.1. Taħt liema kondizzjonijiet nista’ nagħmel talba għal danni fil-kawża kontra l-persuna li wettqet ir-reat (il-proċeduri kriminali)? 1.1.
1.2. F’liema mument tal-proċeduri għandi nressaq it-talba? 1.2.
1.3. Kif għandi nressaq it-talba, u lil min? 1.3.
1.4. Kif għandi nippreżenta t-talba (nindika ammont totali u / jew nispeċifika t-telf individwali)? 1.4.
1.5. Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew wara l-proċeduri? 1.5.
1.6. Liema evidenza nkun meħtieġ nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi? 1.6.
1.7. Jekk il-qorti tagħtini d-danni, hemm xi għajnuna speċjali li jiena, bħala vittma ta’ att kriminali, nista’ nagħmel użu minnha biex tiġi infurzata s-sentenza kontra min wettaq ir-reat? 1.7.
2. Il-ksib tal-kumpens mill-istat jew minn istituzzjoni pubblika 2.
2.1. Huwa possibbli li nikseb il-kumpens mill-istat jew minn istituzzjoni pubblika? 2.1.
2.2. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li sofrew minn ċerti tipi ta’ atti kriminali? 2.2.
2.3. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li sofrew ċerti tipi ta’ danni? 2.3.
2.4. Il-qraba jew dixxendenti ta’ vittmi li mietu b’riżultat ta’ l-att kriminali jistgħu jiksbu kumpens? 2.4.
2.5. Il-possibbiltà li jinkiseb il-kumpens hija limitata għal persuni ta’ xi nazzjonalità jew għal persuni li jgħixu f’xi pajjiż partikolari? 2.5.
2.6. Nista’ napplika għall-kumpens mil-Lussemburgu jekk l-att kriminali sar f’pajjiż ieħor? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet? 2.6.
2.7. Huwa meħtieġ li nkun irrapportajt l-att kriminali lill-pulizija? 2.7.
2.8. Huwa meħtieġ li nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew xi proċeduri kriminali qabel ma nkun nista’ napplika? 2.8.
2.9. Jekk dak li wettaq ir-reat ġie identifikat, huwa meħtieġ li l-ewwel nipprova nikseb kumpens mingħand min wettaq ir-reat? 2.9.
2.10. Jekk dak li wettaq ir-reat ma ġiex identifikat jew ma nstabx ħati, xorta jkun possibbli li nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, liema evidenza rrid nipprovdi b’sostenn għall-applikazzjoni tiegħi? 2.10.
2.11. Hemm terminu ta’ żmien biex nagħmel l-applikazzjoni għall-kumpens? 2.11.
2.12. Għal liema telf nista’ niġi kkumpensat? 2.12.
2.13. Il-kumpens kif jiġi kkalkolat? 2.13.
2.14. Hemm ammont minimu u/jew massimu li jista’ jingħata? 2.14.
2.15. Il-kumpens li nkun irċevejt, jew li nista’ nirċievi, għall-istess telf iżda minn għejun oħrajn (bħall-assikurazzjoni) jitnaqqas mill-kumpens mill-istat? 2.15.
2.16. Hemm xi kriterji oħrajn li jistgħu jinfluwenzaw il-possibbiltà li nieħu kumpens, jew kif jiġi kkalkolat l-ammont tal-kumpens, bħall-imġieba tiegħi stess fir-rigward tal-fatt li kkaġuna l-ħsara? 2.16.
2.17. Taħt liem kondizzjonijiet nista’ nagħmel talba għal danni fis-smigħ kontra l-ħati (il-proċeduri kriminali? 2.17.
2.18. Fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa u aktar informazzjoni dwar kif napplika? Hemm xi telefon speċjali jew xi websajt li nista’ nuża? 2.18.
2.19. Nista’ nikseb għajnuna legali biex nagħmel l-applikazzjoni? 2.19.
2.20. Fejn nibgħat l-applikazzjoni? 2.20.

 

1. Il-ksib tal-kumpens fil-forma ta’ danni mill-ħati

  • Dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita meta ssir applikazzjoni għal danni barra mill-qrati kriminali, ara l-paġna dwar “Kif tressaq każ fil-qorti”.
  • F’sitwazzjonijiet transkonfinali, per eżempju, fejn ir-reat seħħ fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru fejn tgħix il-vittma, il-vittma tista’ titlob id-danni kontra dak li wettaq ir-reat kull fejn tippermetti l-liġi nazzjonali.
1.1. Taħt liema kondizzjonijiet nista’ nagħmel talba għal danni fil-kawża kontra l-persuna li wettqet ir-reat (il-proċeduri kriminali)?

Il-proċeduri ċivili jistgħu jitressqu minn kull min ikun sofra minħabba xi reat. Il-vittma għandha l-għażla li jew iżid azzjoni ċivili għad-danni mal-proċedura kriminali, jew li tistenna r–riżultat tal-proċeduri kriminali u wara, tressaq azzjoni għall-kumpens fil-qorti ċivili.

L-azzjoni għad-danni fil-proċeduri kriminali hija magħrufa bil-Franċiż bħala l-azzjoni “partie civile”.

1.2. F’liema mument tal-proċeduri għandi nressaq it-talba?

Vittma ta’ reat li tkun sofriet telf tista’ tressaq azzjoni ċivili għal danni fi kwalunkwe stadju ta’ l-investigazzjoni jew ukoll meta l-każ ikun fil-fatt qed jinstema’, sakemm jitlestew il-proċeduri ta’ l-ewwel istanza.

Il-Kodiċi ta’ l-Investigazzjoni Kriminali jippermetti wkoll lill-vittma ta’ reat tiftaħ prosekuzzjoni billi tirreġistra taħrika diretta fil-qorti kriminali xierqa. Il-qrati ddeċidew li “Sabiex persuna tkun eliġibbli biex tressaq taħrika diretta fil-qrati kriminali, huwa meħtieġ u suffiċjenti li l-persuna li tressaq l-azzjoni tkun sofriet personalment mir-reat li qed jiġi prosegwit, jiġifieri trid turi li kienet il-vittma tar-reat, u din hija kwistjoni li trid tevalwaha l-qorti bħala punt ta’ fatt”.

FuqFuq

Inċidentalment, mhuwiex possibbli li tinbeda l-prosekuzzjoni u jinbdew proċeduri partie civile jekk ir-reat huwa fil-kategorija l-aktar serja. Kwerela lanqas ma jista’ jkollha l-effett li tiftaħ prosekuzzjoni jekk hemm xi ostakolu ieħor (eż., perjodi ta’ limitazzjoni).

1.3. Kif għandi nressaq it-talba, u lil min?

Vittma li tixtieq tiftaħ prosekuzzjoni għandha tippreżenta kwerela quddiem l-imħallef li qed jinvestiga u torbot azzjoni ċivili magħha. L-imħallef li qed jinvestiga jirreġistra l-preżentata ta’ kwerela f’ordni li tiddetermina wkoll l-ammont ta’ garanzija li għandha tkun preżentata mill-persuna li tagħmel l-azzjoni ċivili biex tkopri l-ispejjeż ta’ l-azzjoni. Kwerela li għandha azzjoni ċivili marbuta magħha hija ammissibbli biss wara l-ammont determinat mill-imħallef li qed jinvestiga jkun tħallas lill-qorti.

Jekk il-prosekuzzjoni nbdiet fuq l-inizjattiva tas-servizz tal-prosekuzzjoni (jew persuna oħra li tagħmel azzjoni ċivili), il-vittma tar-reat tista’ żżid azzjoni ċivili fi kwalunkwe stadju ta’ l-investigazzjoni, anki meta s-smigħ ikun diġà nbeda. Ma hemm ebda formoli speċjali li għandhom jiġu mħarsa, għalkemm normalment issir applikazzjoni bil-miktub, Vittma li żżid azzjoni ċivili mal-prosekuzzjoni li diġà nbdiet m’għandhiex għalfejn tagħmel ħlas fil-qorti.

1.4. Kif għandi nippreżenta t-talba (nindika ammont totali u / jew nispeċifika t-telf individwali)?

L-għan li tiżdied azzjoni ċivili hija li jinkiseb kumpens għad-dannu soffert mill-vittma. Il-vittma għandha għalhekk tippreżenta l-elementi tad-dannu soffert u tipprovdi lill-qorti bil-provi kollha meħtieġa.

FuqFuq

1.5. Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew wara l-proċeduri?

Vittma li tissodisfa r-rekwiżiti statutarji hija eliġibbli għall-għajnuna legali.

1.6. Liema evidenza nkun meħtieġ nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Vittma għandha tipprovdi lill-qorti l-provi kollha meħtieġa biex turi l-miżura tad-dannu soffert. Skond iċ-ċirkostanzi, tista’ wkoll ikollha turi n-ness kawżali bejn ir-reat u d-dannu soffert.

1.7. Jekk il-qorti tagħtini d-danni, hemm xi għajnuna speċjali li jiena, bħala vittma ta’ att kriminali, nista’ nagħmel użu minnha biex tiġi infurzata s-sentenza kontra min wettaq ir-reat?

L-awtoritajiet ġudizzjarji ma jgħinux lill-vittma tinforza l-ordnijiet li saru fil-proċeduri ċivili anċillarji għas-sentenza ċivili. Għandhom ikunu nfurzati mill-vittma permezz ta’ marixxall.

Iżda l-qorti li tagħti s-sentenza xi kultant timponi sentenza sospiża, u l-konformità ma’ l-ordni għall-kumpens tal-vittmi tista’ tkun kondizzjoni tas-sentenza sospiża. F’dawn il-kondizzjonijiet, is-sentenza tal-persuna li wettqet ir-reat tista’ tkun konvertita f’sentenza definittiva jekk il-ħati ma jikkumpensax kompletament lill-vittmi.

2. Il-ksib tal-kumpens mill-istat jew minn istituzzjoni pubblika

2.1. Huwa possibbli li nikseb il-kumpens mill-istat jew minn istituzzjoni pubblika?

Skema ta’ kumpens mill-Istat ġiet stabbilita permezz ta’ l-Att tat-12 ta’ Marzu 1984 dwar il-kumpens għal xi vittmi ta’ l-inġurja personali bħala riżultat ta’ reat.

FuqFuq

2.2. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li sofrew minn ċerti tipi ta’ atti kriminali?

L-Att tat-12 ta’ Marzu 1984 japplika biss jekk il-vittma sofriet inġurja personali bħala riżultat ta’ reat intenzjonali. Id-dannu soffert bħala riżultat ta’ reati mwettqa b’mod negliġenti għaldaqstant mhux kopert.

2.3. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li sofrew ċerti tipi ta’ danni?

Biex tkun eliġibbli għall-kumpens, ir-reat għandu jkun ikkawża “il-mewt jew inkapaċità permanenti tal-vittma, jew l-inkapaċità totali għax-xogħol għal xahar jew aktar” u l-inġurja personali għandha timplika “tfixkil serju tal-kondizzjonijiet ta’ l-għajxien; dan jista’ jkun ir-riżultat ta’ telf jew tnaqqis ta’ introjtu, jew spejjeż addizzjonali, jew l-inabilità li jeżerċita okkupazzjoni, jew f’diżordni fiżika jew mentali”.

2.4. Il-qraba jew dixxendenti ta’ vittmi li mietu b’riżultat ta’ l-att kriminali jistgħu jiksbu kumpens?

Il-kumpens jista’ jkun disponibbli għall-qraba fil-qrib jekk jistgħu jitqiesu bħala vittmi tar-reat. L-Att jirreferi b’mod speċifiku għall-każijiet fejn ir-reat ikun ikkawża l-mewt tal-vittma u tfixkil serju tal-kondizzjonijiet ta’ l-għajxien tagħha.

Iżda d-dannu għandu jkun soffert mill-ġenitur jew mill-qraba fil-qrib b’mod personali. L-Att ma japplikax jekk, per eżempju, il-ġenitur jiret id-drittijiet tal-vittma.

2.5. Il-possibbiltà li jinkiseb il-kumpens hija limitata għal persuni ta’ xi nazzjonalità jew għal persuni li jgħixu f’xi pajjiż partikolari?

Il-vittma hija eliġibbli għall-iskema tal-kumpens jekk 1) tkun legalment jew abitwalment residenti fil-Gran Dukat, jew 2) ikollha nazzjonalità ta’ Stat Membru tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, jew 3) kienet f’sitwazzjoni legali fil-Gran Dukat fil-ħin tar-reat u għandha n-nazzjonalità ta’ Stat li kien ikkumpensa lil ċittadin tal-Lussemburgu kieku kien vittma ta’ l-istess reat fl-istess ħin u fl-istess ċirkostanza f’dak l-istess Stat.

FuqFuq

2.6. Nista’ napplika għall-kumpens mil-Lussemburgu jekk l-att kriminali sar f’pajjiż ieħor? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet?

L-Att japplika biss jekk id-dannu kien soffert fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

2.7. Huwa meħtieġ li nkun irrapportajt l-att kriminali lill-pulizija?

L-Att ma jimponix kondizzjoni bħal din.

2.8. Huwa meħtieġ li nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew xi proċeduri kriminali qabel ma nkun nista’ napplika?

Id-deċiżjoni tal-Ministru tal-Ġustizzja ma tistax tittieħed qabel ma l-qorti kriminali tkun waslet għas-sentenza finali tagħha.

Jekk każ ikun riferit lilu qabel ma tingħata s-sentenza, il-Ministru jista’ jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu sakemm il-qorti tkun waslet għas-sentenza finali tagħha.

2.9. Jekk dak li wettaq ir-reat ġie identifikat, huwa meħtieġ li l-ewwel nipprova nikseb kumpens mingħand min wettaq ir-reat?

Il-kumpens jista’ jitħallas taħt l-Att tat-12 ta’ Marzu 1984 biss jekk il-vittma ma setgħetx tikseb kumpens sħiħ u xieraq minn xi sors ieħor.

2.10. Jekk dak li wettaq ir-reat ma ġiex identifikat jew ma nstabx ħati, xorta jkun possibbli li nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, liema evidenza rrid nipprovdi b’sostenn għall-applikazzjoni tiegħi?

L-identifikazzjoni tal-persuna li wettqet ir-reat mhijiex kondizzjoni għall-applikazzjoni ta’ l-iskema statutarja. Iżda l-applikant għandu jippreżenta evidenza li r-reat kien attwalment imwettaq u li ma jistax jikseb kumpens minn sors ieħor.

FuqFuq

2.11. Hemm terminu ta’ żmien biex nagħmel l-applikazzjoni għall-kumpens?

Sabiex ikunu validi, l-applikazzjonijiet għandhom isiru fi żmien sena mir-reat, Jekk il-persuna li twettaq ir-reat tiġi mħarrka, it-terminu għandu jkun estiż biex jiskadi sena wara s-sentenza finali tal-qorti kriminali li tisma’ l-każ. Iżda, il-Ministru tal-Ġustizzja għandu jagħti eżenzjoni mit-terminu ta’ żmien jekk l-applikant jista’ juri li hemm ċirkostanzi personali jew materjali li ma jippermettulux jagħmel l-applikazzjoni tiegħu fi ħdan it-terminu ta’ żmien (eż, minħabba li ġiet ordnata evalwazzjoni ta’ espert biex ikun aċċertat il-livell ta’ ħsara sofferta mill-vittma).

2.12. Għal liema telf nista’ niġi kkumpensat?

L-inġurji personali biss huma eliġibbli għall-kumpens.

2.13. Il-kumpens kif jiġi kkalkolat?

Kull applikazzjoni hija eżaminata minn kumitat li jikkonsisti fi mħallef, impjegat ċivili anzjan fil-Ministeru tal-Ġustizzja u membru ta’ l-Ordni ta’ l-Avukati. Il-Kumitat isejjaħ lill-applikant jidher u jippermettih jiddikjara l-fehma tiegħu. Il-kumitat jagħti opinjoni dwar l-eliġibilità ta’ l-applikazzjoni u l-ammont tal-kumpens li ser jingħata, skond kemm ikun serju l-isfrattu tal-kundizzjonijiet ta’ l-għajxien ta’ l-applikant, bla ħsara għall-aħħar paragrafi tat-Taqsima 1.

2.14. Hemm ammont minimu u/jew massimu li jista’ jingħata?

L-ammont ma jistax jeċċedi l-massimu stabbilit kull sena permezz ta’ Regolament tal-Gran Dukat.

FuqFuq

2.15. Il-kumpens li nkun irċevejt, jew li nista’ nirċievi, għall-istess telf iżda minn għejun oħrajn (bħall-assikurazzjoni) jitnaqqas mill-kumpens mill-istat?

Fejn, wara li jitħallas il-kumpens jew il-ħlas akkont il-vittma tikseb kumpens attwali ta’ kwalunkwe tip għall-inġurja li sostniet, il-Ministru tal-Ġustizzja jista’, wara li jirċievi l-opinjoni tal-kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 2 u skond it-termini hemm stabbiliti, jordna li l-kumpens jew il-ħlas akkont jitħallas lura kollu jew parti minnu.

2.16. Hemm xi kriterji oħrajn li jistgħu jinfluwenzaw il-possibbiltà li nieħu kumpens, jew kif jiġi kkalkolat l-ammont tal-kumpens, bħall-imġieba tiegħi stess fir-rigward tal-fatt li kkaġuna l-ħsara?

L-Att jipprovdi li l-kumpens jista’ ma jingħatax jew jiġi mnaqqas fuq il-bażi ta’ l-imġieba tal-vittma fil-ħin tar-reat jew tar-relazzjoni tagħha mal-persuna li wettqet ir-reat.

2.17. Taħt liem kondizzjonijiet nista’ nagħmel talba għal danni fis-smigħ kontra l-ħati (il-proċeduri kriminali?

Jista’ jsir ħlas bil-quddiem.

2.18. Fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa u aktar informazzjoni dwar kif napplika? Hemm xi telefon speċjali jew xi websajt li nista’ nuża?

Il-websajt tal-Ministeru tal-Ġustizzja français

2.19. Nista’ nikseb għajnuna legali biex nagħmel l-applikazzjoni?

Iva. L-applikanti li m’għandhomx riżorsi finanzjarji xierqa jistgħu japplikaw għall-għajnuna legali fil-każ ta’ proċeduri kemm kontenzjużi kif ukoll mhux kontenzjużi.

2.20. Fejn nibgħat l-applikazzjoni?

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-President ta’ l-Ordni ta’ l-Avukati għall-post tar-residenza (Lussemburgu jew Diekirch). Il-formoli jistgħu jinkisbu mingħand l-Ordni Deutsch - English - français.

« Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Informazzjoni Ġenerali | Lussemburgu - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 11-01-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit