Ordni Legali
Organizzazzjoni tal-Ġustizzja
Professjonijiet legali
Għajnuna legali
Jurisdizzjoni tal-qrati
Ftuħ ta’ kawża fil-qorti
Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura
Liġi applikabbli
Servizz tad-dokumenti
Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza
Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet
Infurzar tas-sentenzi
Proċeduri simplifikati u maġġla
Divorzju
Risponsabilità tal-ġenituri
Talbiet ta’manteniment
Falliment
Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni
Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità
Proċessar Awtomatiku
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Persuna li sofriet telf materjali jew ħsara morali bħala riżultat ta’ att kriminali hija intitolata sabiex tissottometti talba ċivili waqt il-proċeduri kriminali kontra l-persuna ssuspettata, l-akkużat jew il-persuni li għandhom responsabbiltà finanzjarja għall-azzjonijiet tal-persuna ssuspettata jew tal-akkużat. Dawn it-talbiet għandhom ikunu eżaminati mill-qorti flimkien mal-kawża kriminali.
Persuna li sofriet telf materjali jew ħsara morali bħala riżultat ta’ att kriminali iżda li ma tissottomettix talba ċivili waqt il-proċeduri kriminali hija intitolata biex tissottometti talba taħt proċeduri ċivili.
Talba ċivili tista’ tkun sottomessa waqt investigazzjoni ta’ qabel il-kawża jew waqt li l-qorti qed tisma’ l-każ, iżda biss sakemm tibda l-eżaminazzjoni tal-evidenza.
Talbiet ċivili għandhom ikunu sottomessi permezz ta’ applikazzjoni lill-prosekutur ġenerali, jew jekk il-każ ikun qed jinstema’ fil-qorti , lill-qorti nnifisha.
Talbiet għal kumpens ta’ danni għandhom ikunu komprensivi kemm jista’ jkun, jistabbilixxu danni speċifiċi (telf ta’ jew dannu ta’ assi, spejjeż mediċi jew spejjeż oħra mġarrba, kwalunkwe dħul li l-persuna kkonċernata kienet taqla li kieku hu jew hi ma sofriex bħala riżultat tal-att kriminali) u l-ammont konkret ta’ danni morali li qed jiġu mitluba, espressi fit-termini monetarji (għal uġigħ fiżiku personali, tbatija emozzjonali, skonfort, xokk emozjonali, dipressjoni, degradazzjoni, ħsara lir-reputazzjoni, tnaqqis fil-kapaċità li persuna tkun soċjalment attiva).
Fil-każijiet ta’ kumpens li jirriżultaw minn atti kriminali, inkluż każijiet fejn il-kwistjoni ta’ kumpens għal danni hija arbitrata bħala parti minn kawża kriminali, il-partijiet danneġġjati huma intitolati li jirċievu għajnuna legali rrilevanti mill-assi jew dħul tagħom (sitwazzjoni finanzjarja). F’każijiet oħra għajnuna legali tista’ tkun mogħtija jekk l-assi u d-dħul tal-persuna li sofriet bħala riżultat tal-att kriminali ma jeċċedux ammont stabbilit.
Evidenza bil-miktub biex issostni l-ammont ta’ danni mitluba għandha tkun provduta (dokumenti minn istituzzjoni medika li jiddikjaraw dannu lis-saħħa, kontijiet u rċevuti li juri spejjeż, dokumenti li jagħtu prova tal-livell ta’ diżabilità jew inkapaċità ta’ xogħol, ċertifikat ta’ min iħaddem li jiddikjara l-livell ta’ dħul eċċ.). Il-qorti tista’ tikkummissjona analiżi forensika sabiex tistabbilixxi l-estensjoni ta’ ħsara lis-saħħa.
Sentenza tal-qorti dwar kumpens għal danni li daħlet fis-seħħ tista’ tkun infurzata minn uffiċjal tal-qorti.
Iva. Danni mġarrba bħala riżultat ta’ delitt vjolenti jistgħu jkunu kompensati minn fondi tal-Istat.
Iva. Danni li jiġġarbu biss bħala riżultat ta’ delitt vjolenti jistgħu jkunu kumpensati. Delitt vjolenti huwa kkunsidrat kwalunkwe att stabbilit fil-Kodiċi Kriminali li bħala riżultat tiegħu persuna kienet intenzjonalment maqtula, dannu serju jew moderat impost fuq is-saħħa ta’ persuna, jew id-dritt ta’ persuna għal awto-determinazzjoni jew invjolabbiltà sesswali tiegħu kien miksur.
Kumpens għal danni jista’ tkun mogħti fejn persuna kienet intenzjonalment maqtula jew ħsara serja jew moderata kienet imposta fuq is-saħħa tagħha. Kumpens għal danni mhux pagabbli meta ħsara minuri kienet imposta fuq is-saħħa ta’ persuna. Meta d-dritt ta’ persuna għal awto-determinazzjoni jew invjolabbiltà sesswali tiegħu kien miksur, kumpens jista’ jkun mogħti rrilevanti mil-livell ta’ ħsara lis-saħħa.
Iva. Konjuġi u dipendenti ta’ vittmi li mietu bħala riżultat ta’ delitt vjolenti huma intitolati għal kumpens ta’ danni.
Dipendenti huma kkunsidrati li huma tfal minuri tal-vittmi, ġenituri invalidi, u dipendenti oħra inkapaċitati li kienu appoġġjati mill-vittmi jew kienu intitolati biex jirċievu appoġġ fil-ħin tal-mewt tal-vittma, u t-tfal tal-vittma li jitwieldu wara l-mewt tagħhom.
Jekk delitt vjolenti kien imwettaq fil-Litwanja, ċittadini tar-Repubblika tal-Litwanja jew ta’ Stati Membri tal-UE oħra, residenti legali permanenti tal-Litwanja jew ta’ Stati Membri tal-UE oħra, u persuni minn pajjiżi li mhumiex fl-UE li magħhom il-Litwanja kkonkludiet ftehim internazzjonali huma intitolati biex jirċievu kumpens għal danni.
Le. Madankollu, danni jistgħu jkunu kumpensati meta delitt vjolenti kien imwettaq fuq vapur jew ajruplan bil-bandiera jew emblema uffiċjali tal-Litwanja.
Iva, minbarra f’każijiet fejn proċeduri kriminali jistgħu jkunu mibdija mingħajr talba mill-vittma jew dikjarazzjoni mir-rappreżentant tagħhom u l-pulizijia jew awtorità investigattiva ta’ qabel seduta oħra rċeviet informazzjoni dwar id-delitt u bdiet investigazzjoni ta’ qabel seduta.
Iva, minbarra fil-każ ta’ ħlas bil-quddiem għal telf materjali fejn il-vittma mietet jew sofriet danni serji lis-saħħa bħala riżultat tad-delitt.
Iva, minbarra fil-każ ta’ ħlas bil-quddiem għal telf materjali fejn il-vittma mietet jew sofriet danni serji lis-saħħa bħal riżultat tad-delitt.
Jekk inbdew proċeduri kriminali li jirrigwardaw delitt vjolenti li bħala riżultat tiegħu persuna mietet jew sofriet danni serji għas-saħħa (fejn l-awtur ma kienx identifikat u l-investigazzjoni ta’ qabel seduta ma kinitx sospiża), kumpens għal danni li jirriżultaw mid-delitt vjolenti jista’ jkun mogħti (bħala ħlas bil-quddiem). Applikazzjoni għandha tispeċifika l-istituzzjoni li twettaq l-investigazzjoni ta’ qabel seduta jew il-qorti li qed tisma l-kawża kriminali. Applikazzjoni għandha tinkludi wkoll dokumenti li jikkonfermaw l-ammont ta’ danni materjali.
Talbiet għal kumpens ta’ danni li jirriżultaw minn delitti vjolenti għandhom ikunu sottomessi fi żmien tliet snin minn meta twettaq id-delitt, minbarra meta dan it-terminu kien maqbuż minħabba ċirkustanzi speċjali.
Kumpens jista’ jkun mogħti għal telf materjali – telf ta’ jew danni lill-assi, spejjeż mediċi jew oħra imġarrba, telf ta’ dħul li l-persuna kkonċernata kienet taqla li kieku ma sofrietx bħala riżultat tal-att kriminali – kif ukoll għal danni morali – uġigħ, tbatija emozjonali, skonfort, xokk emozjonali, dipressjoni, degradazzjoni, ħsara lir-reputazzjoni, tnaqqis fil-kapaċità li persuna tkun soċjalment attiva.
Kumpens huwa mħallas għal danni mogħtija mill-qorti li għadhom ma tħallsux, li ma jeċċedux l-ammont massimu stabbilit. Wara deċiżjoni li jkun mogħti pagament ta’ kumpens minn qabel (fejn proċeduri kriminali għandhom ma kinux kompletati), l-ammont ta’ kumpens pagabbli għal telf materjali huwa kkalkulat fuq il-bażi tad-dokumenti sottomessi bħala appoġġ tal-ammont ta’ danni li qed ikunu mitluba (kontijiet u rċevuti li juru l-ispiża).
M'hemmx ammont minimu jew ammont massimu ta' kumpens għal danni li l-qorti tista' tordna li jkunu mħallsa minn min iwettaq delitt.
L-ammonti massimi ta' kumpens għal danni pagabbli mill-Istat huma stabbiliti kif ġej:
Kumpens għal telf materjali ma jeċċedix:
Kumpens mogħti mill-qorti għal ħsara morali ma jeċċedix:
Iva. L-ammont ta’ kumpens għal danni pagabbli huwa mnaqqas jekk l-applikant irċieva jew huwa intitolat biex jirċievi kumpens ieħor mill-baġit ta’ l-Istat, il-fond ta’ sigurtà soċjali tal-Istat, il-fond ta’ assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorju, jew minn assiguratur.
Kumpens għal danni mhux pagabbli jekk:
L-individwi li ġejjin ukoll m'humiex intitolati għal kumpens għal danni:
Ħlas bil-quddiem ta’ kumpens jista’ jkun imħallas filwaqt li proċeduri kriminali huma għaddejjin għal telf materjali li jirriżultaw minn delitt vjolenti li kkważa l-mewt ta’ persuna jew ħsara serja.
Informazzjoni u formuli ta' applikazzjoni huma disponibbli mis-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja:
http://www.tm.lt/default.aspx?item=smurt
- ![]()
Tel: (+370 5) 266 2949
Faks: (+370 5) 262 5940
Indirizz elettroniku: tminfo@tic.lt
F’każijiet ta’ kumpens li jirriżultaw minn atti kriminali, inkluż każijiet fejn il-kwistjoni ta’ kumpens għal danni hija arbitrata bħala parti minn każ kriminali, il-partijiet offiżi huma intitolati li jirċievu għajnuna legali rrilevanti mill-assi jew id-dħul tagħhom (sitwazzjoni finanzjarja). F’każijiet oħra għajnuna legali tista’ tkun mogħtija jekk l-assi u d-dħul tal-persuna li sofriet bħala riżultat tal-att kriminali ma jeċċedux ammont stabbilit. Il-Ministeru tal-Ġustizzja jista’ jassisti fil-kitba ta’ applikazzjoni għal kumpens ta’ danni li jirriżultaw minn delitt vjolenti.
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħatu lill-Ministeru ta’ Ġustizzja:
Ministeru tal-Ġustizja tar-Repubblika tal-Litwanja
Gedimino pr. 30/1
LT-01104, Vilnus
Litwanja
Tel: (+370 5) 266 2980
Faks:(+370 5) 262 5940
Indirizz elettroniku: tminfo@tic.lt
Jeżistu organizzazzjonijiet mhux governamentali li l-għan tagħhom huwa li jipprovdu informazzjoni u appoġġ għall-vittmi ta’ delitt.
« Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Informazzjoni Ġenerali | Litwanja - Informazzjoni Ġenerali »
L-aħħar aġġornament: 24-04-2009

