Kummissjoni Ewropea > NGE > Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità > Latvja

L-aħħar aġġornament: 19-05-2009
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Latvja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Il-ksib tal-kumpens fil-forma ta’ danni mill-ħati 1.
1.1. X’inhuma l-kondizzjonijiet biex issir talba għal danni fil-kawża kontra l-persuna li wettqet ir-reat? 1.1.
1.2. F’liema mument tal-proċeduri għandi nressaq it-talba? 1.2.
1.3. Kif għandi nressaq it-talba, u lil min? 1.3.
1.4. Kif għandi nippreżenta t-talba (nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali)? 1.4.
1.5. Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew wara l-proċeduri? 1.5.
1.6. Liema evidenza nkun meħtieġ nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi? 1.6.
1.7. Jekk il-qorti tagħtini d-danni, hemm xi għajnuna speċjali li jiena, bħala vittma ta’ att kriminali, nista’ nagħmel użu minnha biex tiġi infurzata s-sentenza kontra min wettaq ir-reat? 1.7.
2. Il-ksib tal-kumpens mill-istat jew istituzzjoni pubblika 2.
2.1. Huwa possibbli li nikseb il-kumpens mill-istat jew minn istituzzjoni pubblika? 2.1.
2.2. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li sofrew minn ċerti tipi ta’ atti kriminali? 2.2.
2.3. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li sofrew ċerti tipi ta’ danni? 2.3.
2.4. Il-qraba jew dixxendenti ta’ vittmi li mietu b’riżultat ta’ l-att kriminali jistgħu jiksbu kumpens? 2.4.
2.5. Il-possibbiltà li jinkseb il-kumpens hija limitata għal persuni ta’ xi nazzjonalità jew għal persuni li jgħixu f’xi pajjiż partikolari? 2.5.
2.6. Nista’ napplika għall-kumpens fi Stat Membru differenti jekk l-att kriminali sar f’pajjiż ieħor? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet? 2.6.
2.7. Huwa meħtieġ li nkun irrapportajt l-att kriminali lill-pulizija? 2.7.
2.8. Huwa meħtieġ li nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew xi proċeduri kriminali qabel ma nkun nista’ napplika? 2.8.
2.9. Jekk dak li wettaq ir-reat ġie identifikat, huwa meħtieġ li l-ewwel nipprova nikseb kumpens mingħand min wettaq ir-reat? 2.9.
2.10. Jekk dak li wettaq ir-reat ma ġiex identifikat jew ma nstabx ħati, xorta jkun possibbli li nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, liema evidenza rrid nipprovdi b’sostenn għall-applikazzjoni tiegħi? 2.10.
2.11. Hemm terminu ta’ żmien biex nagħmel l-applikazzjoni għall-kumpens? 2.11.
2.12. Għal liema telf nista’ niġi kkumpensat? 2.12.
2.13. Il-kumpens kif jiġi kkalkolat? 2.13.
2.14. Hemm ammont minimu u/jew massimu li jista’ jingħata? 2.14.
2.15. Il-kumpens li nkun irċevejt, jew li nista’ nirċievi, għall-istess telf iżda minn għejun oħrajn (bħall-assikurazzjoni) jitnaqqas mill-kumpens mill-istat? 2.15.
2.16. Hemm xi kriterji oħrajn li jistgħu jinfluwenzaw il-possibbiltà li nieħu kumpens, jew kif jiġi kkalkolat l-ammont tal-kumpens, bħall-imġieba tiegħi stess fir-rigward tal-fatt li kkaġuna l-ħsara? 2.16.
2.17. Nista’ nieħu ħlas bil-quddiem mill-kumpens? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet? 2.17.
2.18. Fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa u aktar informazzjoni dwar kif napplika? Hemm xi telefon speċjali jew xi websajt li nista’ nuża? 2.18.
2.19. Nista’ nikseb għajnuna legali biex nagħmel l-applikazzjoni? 2.19.
2.20. Fejn nibgħat l-applikazzjoni? 2.20.
2.21. Hemm organizzazzjonijiet tas-sapport għall-vittmi li jistgħu jagħtu aktar għajnuna? 2.21.

 

1. Il-ksib tal-kumpens fil-forma ta’ danni mill-ħati

1.1. X’inhuma l-kondizzjonijiet biex issir talba għal danni fil-kawża kontra l-persuna li wettqet ir-reat?

L-Att dwar il-Proċeduri Kriminali jistabbilixxi regoli għas-sottomissjoni ta' talbiet għal danni minn vittmi ta' reati. Il-kumpens huwa element proċedurali tal-liġi kriminali u jitħallas mill-konvenut fuq bażi volontarja jew b'ordni tal-qorti. Jekk il-vittma temmen li l-kumpens mogħti ma jkoprix id-dannu kollu soffert, hija intitolata li tissottometti talba għad-danni taħt proċeduri stabbiliti fl-Att dwar il-Proċeduri Kriminali. Id-danni mogħtija jqisu l-ammont ta' kwalunkwe kumpens mogħti matul il-proċeduri kriminali. Jekk talba għal danni ma tiġix sottomessa jew ma tinstemax matul il-kors tal-proċeduri kriminali tista' ssir talba taħt il-proċeduri kriminali. Il-vittmi li jippreżentaw it-talbiet għad-danni taħt dawn il-proċeduri huma eżenti mit-tariffi ta' l-Istat.

Fejn id-danni ġew sofferti minn minorenni, il-vittma tiġi rrapreżentata minn:

  1. l-omm, missier jew gwardjan;
  2. wieħed min-nanniet jew ħu/oħt adult tal-minorenni fejn dan ta' l-aħħar kien qed jgħix ma' xi ħadd minn dawn il-qraba u l-qarib kien qed jieħu ħsieb il-minorenni;
  3. rappreżentant ta' istituzzjoni għall-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal;
  4. rappreżentant ta' NGO li għandu r-rwol li jiddefendi d-drittijiet tat-tfal.
1.2. F’liema mument tal-proċeduri għandi nressaq it-talba?

Il-vittmi huma intitolati jissottomettu talbiet għall-kumpens ta’ danni fi kwalunkwe stadju matul il-proċeduri kriminali sal-bidu ta’ l-inkjesta ġudizzjarja.

FuqFuq

Jekk talba għal danni ma tiġix sottomessa jew ma tinstemax matul il-kors tal-proċeduri kriminali tista’ ssir talba permezz ta’ applikazzjoni lill-qorti bil-miktub.

1.3. Kif għandi nressaq it-talba, u lil min?

Il-vittmi huma intitolati jissottomettu talbiet għall-kumpens għal danni ta' kwalunkwe dannu fi kwalunkwe stadju matul il-proċeduri kriminali sal-bidu ta' l-inkjesta ġudizzjarja. L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru bil-miktub jew bil-fomm lill-awtorità li qed tmexxi l-proċeduri - l-istituzzjoni/uffiċjal ta' l-Istat inkarigat mill-istituzzjoni u t-tmexxija tal-proċeduri u l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-progress tal-proċeduri, u responsabbli għal-prosegwiment tal-proċeduri u r-riżultat tagħhom (il-qorti, imħallef, prosekutur jew awtorità li tinvestiga). L-applikazzjonijiet imressqa bil-fomm jiddaħlu fir-rekords tal-każ mill-uffiċjal li jmexxi l-proċeduri. Il-prosekutur jirrekordja l-applikazzjonijiet magħmula matul l-investigazzjoni qabel is-smigħ flimkien ma' l-ammont tal-kumpens mitlub f'dokument dwar il-kompletazzjoni tal-proċeduri ta' qabel is-smigħ.

Jekk talba għal danni ma tiġix sottomessa jew ma tinstemax matul il-kors tal-proċeduri kriminali tista' ssir talba permezz ta' applikazzjoni lill-qorti bil-miktub. L-applikazzjonijiet għandhom iħarsu d-dispożizzjonijiet ġenerali ta' l-Att dwar il-Proċeduri Ċivili dwar is-sottomissjoni tat-talbiet.

1.4. Kif għandi nippreżenta t-talba (nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali)?

F’applikazzjoni għall-kumpens għal dannu l-vittma għandha tgħid l-ammont totali tal-kumpens mitlub u tissostanzja dan l-ammont (ara l-mistoqsija 1.3.).

FuqFuq

1.5. Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew wara l-proċeduri?

L-Istat jiżgura l-provvista ta' għajnuna legali fejn il-vittma ta' reat teħtieġ l-għajnuna legali biex tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tagħha, biex tfassal talba u biex tapplika għall-kumpens matul il-proċeduri.

L-Istat ukoll jipprovdi l-Għajnuna Legali lil persuni li jressqu azzjoni għall-kumpens għal danni taħt proċeduri ċivili (ara s-suġġett L-Għajnuna Legali).

(ara t-Taqsima 2).

1.6. Liema evidenza nkun meħtieġ nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Applikazzjoni minn vittma għall-kumpens jew talba minn vittma taħt proċeduri ċivili għandha tinkludi l-provi kollha li jissostanzjaw it-talba.

1.7. Jekk il-qorti tagħtini d-danni, hemm xi għajnuna speċjali li jiena, bħala vittma ta’ att kriminali, nista’ nagħmel użu minnha biex tiġi infurzata s-sentenza kontra min wettaq ir-reat?

Il-parti li tinforza sentenza hija eżenti milli tħallas lill-marixxal l-ispejjeż dwar l-infurzar fejn talba hija dwar diżabilità jew dannu ieħor lill-benessri fiżiku li jirriżulta minn inġurja personali jew fejn il-persuna kkonċernata tkun mietet. Hawn l-Istat ikopri l-ispejjeż biex tiġi infurzata s-sentenza.

Fil-każijiet ċivili l-vittmi jistgħu jitolbu l-għajnuna legali mill-Istat sal-ħin ta’ l-infurzar tas-sentenza.

2. Il-ksib tal-kumpens mill-istat jew istituzzjoni pubblika

2.1. Huwa possibbli li nikseb il-kumpens mill-istat jew minn istituzzjoni pubblika?

L-Att dwar il-Kumpens mill-Istat lill-Vittmi jistabbilixxi l-possibbiltà li wieħed jirċievi l-kumpens mill-Istat. Taħt dan l-Att, il-persuni naturali li huma rikonoxxuti bħala vittmi taħt l-Att dwar il-Proċeduri Kriminali huma intitolati jirċievu l-kumpens mill-Istat għall-inġurja morali li tirriżulta minn atti kriminali intenzjonali, sofferenza fiżika jew telf materjali, fejn ir-reat in kwistjoni mmira l-ħajja jew il-benessri fiżiku tal-persuna jew kien reat sesswali.

FuqFuq

Persuna magħrufa bħala żvantaġġjata jew fqira, jew li, minħabba ċ-ċirkostanzi personali, l-istat ta' proprjetà u l-livell ta' dħul tagħha ma tistax tipprovdi għad-difiża tagħha stess, hija intitolata għall-għajnuna legali mill-Istat.

Biex tirċievi l-kumpens mill-istat, vittma għandha tissottometti lill-Amministrazzjoni ta' l-Għajnuna Legali talba għall-kumpens permezz ta' formola ta' applikazzjoni għall-kumpens mill-Istat mimlija, li l-forma tagħha hija approvata mill-Kabinett tal-Ministri.

Jekk il-proċeduri kriminali huma għaddejjin meta tiġi sottomessa talba għall-kumpens mill-Istat il-vittma għandha tehmeż mal-formola ta' applikazzjoni għall-kumpens mill-Istat rapport mill-uffiċjal li jmexxi l-proċeduri, li jagħti:

  1. il-ħin li ġie kommess ir-reat vjolenti u l-post fejn seħħ;
  2. il-klassifika tar-reat vjolenti, id-data meta nbdew il-proċeduri kriminali u n-numru tal-każ;
  3. informazzjoni dwar il-persuna magħrufa bħala l-vittma fil-każ (l-ewwel isem, kunjom, numru ta' identifikazzjoni personali, indirizz, informazzjoni ta' kuntatt);
  4. deskrizzjoni ta' l-inġurji sofferti b'riżultat tar-reat vjolenti (grad ta' inġurja fiżika jew indikazzjonijiet li jattestaw it-twettiq ta' reat sesswali);
  5. data u numru tal-kodiċi tar-rapport ta' l-ispeċjalist u l-isem ta' l-ispeċjalist li jeżamina;
  6. informazzjoni dwar il-persuna suspettata jew il-konvenut fil-proċeduri kriminali, jekk ir-rilaxx ta' din l-informazzjoni ma xxekkilx l-istabbiliment tal-fatti tal-każ.
2.2. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li sofrew minn ċerti tipi ta’ atti kriminali?

Il-kumpens mill-Istat jitħallas biss lill-vittmi ta' reati vjolenti jekk:

FuqFuq

  • ir-reat immira l-ħajja jew il-benessri fiżiku tal-persuna u l-persuna kkonċernata mietet;
  • ir-reat immira l-ħajja jew il-benessri fiżiku tal-persuna u l-vittma sofriet inġurja fiżika gravi;
  • ir-reat immira l-ħajja jew il-benessri fiżiku tal-persuna u l-vittma sofriet inġurja fiżika moderata (jgħodd għall-vittmi magħrufa bħala tali wara l-1 ta' Lulju 2007);
  • ir-reat kien ta' natura sesswali.
2.3. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li sofrew ċerti tipi ta’ danni?

L-intitolament għall-kumpens mill-Istat jgħodd għall-persuni naturali li huma vittmi ta’ reati (għandha tkun adottata deċiżjoni mill-uffiċjal li jmexxi l-proċeduri li tirrikonoxxi l-istat tal-persuna bħala vittma) u li jkunu sofrew dannu b’riżultat ta’ att kriminali intenzjonali. Id-dannu jinkludi tbatija fiżika, telf materjali kif ukoll inġurja morali.

2.4. Il-qraba jew dixxendenti ta’ vittmi li mietu b’riżultat ta’ l-att kriminali jistgħu jiksbu kumpens?

Jekk reat immira l-ħajja jew il-benessri fiżiku tal-persuna u l-persuna kkonċernata mietet, il-konjuġi sopravviventi, qraba fil-linja axxendenti jew dixxendenti diretta, ġenitur adottiv jew kollateral ta’ l-ewwel grad jista’ jkun rikonoxxut bħala l-vittma fil-proċeduri kriminali.

2.5. Il-possibbiltà li jinkseb il-kumpens hija limitata għal persuni ta’ xi nazzjonalità jew għal persuni li jgħixu f’xi pajjiż partikolari?

Kwalunkwe persuna rikonoxxuta bħala vittma permezz ta' deċiżjoni adottata mill-uffiċjal li jmexxi l-proċeduri tista' tirċievi l-kumpens mill-Istat.

FuqFuq

Għat-talbiet għall-kumpens fil-każijiet transkonfinali ara 2.6.

2.6. Nista’ napplika għall-kumpens fi Stat Membru differenti jekk l-att kriminali sar f’pajjiż ieħor? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet?

Il-persuni li għandhom residenza permanenti fi Stat Membru ieħor ta’ l-UE jistgħu biss japplikaw għall-kumpens għal danni sofferti b’riżultat ta’ reat vjolenti perpetrat fit-territorju Latvjan. Vittma li tirresjedi b’mod permanenti fil-Latvja u li sofriet danni b’riżultat ta’ reat vjolenti mwettaq fi Stat Membru ieħor ta’ l-UE hija intitolata li titlob kumpens mill-Istat billi tressaq applikazzjoni lil awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta’ l-UE kkonċernat direttament jew bil-medjazzjoni ta’ l-Amministrazzjoni ta’ l-Għajnuna Legali.

2.7. Huwa meħtieġ li nkun irrapportajt l-att kriminali lill-pulizija?

L-istat ta' vittma jingħata permezz ta' deċiżjoni adottata mill-uffiċjal li jmexxi l-proċeduri jew membru tat-tim li jagħmel l-inkjesta.

Biex wieħed jikkwalifika għall-kumpens mill-Istat dawn l-oġġetti għandhom ikunu mehmuża mal-formola ta' applikazzjoni:

  1. rapport mill-uffiċjal li jmexxi l-proċeduri jekk ma tlestewx il-proċeduri kriminali fil-ħin meta ssir l-applikazzjoni;
  2. deċiżjoni finali mill-uffiċjal li jmexxi l-proċeduri jekk, fil-ħin meta ssir l-applikazzjoni, tlestew il-proċeduri kriminali jew deċiżjoni mill-uffiċjal li jmexxi l-proċeduri tkun daħlet fis-seħħ biex jintemmu l-proċeduri kriminali minħabba raġunijiet li ma jeżonerawx lill-persuna kkonċernata.

Għalhekk, jekk tixtieq tirċievi kumpens mill-Istat ir-reat għandu jkun ġie rrapportat lill-pulizija.

FuqFuq

2.8. Huwa meħtieġ li nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew xi proċeduri kriminali qabel ma nkun nista’ napplika?

Le, vittma ta’ reat vjolenti hija intitolata wkoll jekk il-persuna li wettqet ir-reat jew kompliċi ma tkunx ġiet identifikata jew jekk mhumiex kriminalment responsabbli taħt il-Kodiċi Kriminali. Il-kumpens mill-Istat jista’ wkoll jinkiseb matul il-kors tal-proċeduri kriminali.

2.9. Jekk dak li wettaq ir-reat ġie identifikat, huwa meħtieġ li l-ewwel nipprova nikseb kumpens mingħand min wettaq ir-reat?

Le, il-kumpens mill-Istat jista’ jiġi rċevut irrispettivament minn jekk il-vittma ta’ reat tkunx irċeviet kumpens mill-persuna li wettqet ir-reat jew minn kompliċi. Fejn il-vittma ta’ reat vjolenti tkun irċeviet kumpens mill-persuna li wettqet ir-reat jew minn kompliċi u dan huwa ppruvat permezz ta’ dokument li jiċċertifika l-ħlas, l-ammont tal-kumpens mill-Istat pagabbli huwa mnaqqas bl-ammont ta’ kumpens diġà rċevut.

2.10. Jekk dak li wettaq ir-reat ma ġiex identifikat jew ma nstabx ħati, xorta jkun possibbli li nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, liema evidenza rrid nipprovdi b’sostenn għall-applikazzjoni tiegħi?

Iva, vittma ta’ reat vjolenti hija intitolata hija intitolata għall-kumpens mill-Istat jekk persuna li wettqet ir-reat jew kompliċi ma ġewx identifikati jew, jekk mhumiex kriminalment responsabbli taħt il-Kodiċi Kriminali. F’dan il-każ, ir-rapport mill-uffiċjal li jmexxi l-proċeduri jew id-deċiżjoni dwar ir-rilaxx tal-persuna mir-responsabbiltà għandha tkunu mehmuż ma’ l-applikazzjoni għall-kumpens mill-Istat.

FuqFuq

2.11. Hemm terminu ta’ żmien biex nagħmel l-applikazzjoni għall-kumpens?

L-applikazzjonijiet għall-kumpens mill-Istat għandhom jiġu ppreżentati lill-Amministrazzjoni ta’ l-Għajnuna Legali fi żmien sena mid-data minn meta l-persuna kkonċernata ġiet rikonoxxuta bħala vittma.

Meta reat jimmira l-benessri fiżiku ta’ persuna u l-vittma soffriet inġurja fiżika moderata, huma biss il-persuni rikonoxxuti bħala vittmi ta’ dawn ir-reati wara l-ewwel ta’ Lulju 2007 li huma intitolati li japplikaw quddiem l-Amministrazzjoni ta’ l-Għajnuna Legali għall-kumpens mill-Istat.

2.12. Għal liema telf nista’ niġi kkumpensat?

Il-kumpens mill-Istat jitħallas fejn ir-reat immira l-ħajja jew il-benessri fiżiku tal-persuna u l-persuna kkonċernata mietet, il-vittma sofriet inġurji fiżiċi gravi jew moderati, jew ir-reat kien att kriminali sesswali.

2.13. Il-kumpens kif jiġi kkalkolat?

Il-kumpens jitħallas:

  1. b'rata ta' 100% fejn il-persuna kkonċernata mietet;
  2. b'rata ta' 70% fejn il-vittma sofriet inġurji fiżiċi gravi jew twettaq reat sesswali kontra l-vittma;
  3. b'rata ta' 50% l-vittma sofriet inġurji fiżiċi moderati.

Persuna rikonoxxuta bħala vittma ta' att kriminali titħallas kumpens mill-Istat b'rata ta' 50% ta' l-ammont ta' kumpens mill-Istat stabbilit hawn fuq fit-Taqsima 7(2) ta' l-Att dwar il-Kumpens mill-Istat lill-Vittmi.

Fejn vittma ta' reat vjolenti tkun irċeviet kumpens mill-persuna li wettqet ir-reat jew kompliċi u dan huwa ppruvat permezz ta' dokument li jiċċertifikat l-ħlas, l-ammont ta' kumpens mill-Istat pagabbli jitnaqqas mill-ammont ta' kumpens mill-Istat diġà rċevut.

FuqFuq

2.14. Hemm ammont minimu u/jew massimu li jista’ jingħata?

Sa l-1 ta’ Jannar 2008 l-ammont massimu ta’ kumpens mill-Istat lil vittma waħda ta’ reat vjolenti huwa l-ekwivalenti ta’ ħames darbiet il-paga minima fix-xahar. Wara l-1 ta’ Jannar 2008 l-ammont massimu ta’ kumpens mill-Istat pagabbli lil l vittma waħda ta’ reat vjolenti huwa l-ekwivalenti ta’ għaxar darbiet il-paga minima fix-xahar kif stabbilit fir-Repubblika tal-Latvja.

2.15. Il-kumpens li nkun irċevejt, jew li nista’ nirċievi, għall-istess telf iżda minn għejun oħrajn (bħall-assikurazzjoni) jitnaqqas mill-kumpens mill-istat?

Il-kumpens mill-Istat lill-vittmi jitħallas skond l-għanijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni; il-ħlasijiet ta’ l-assikurazzjoni li tkun irċeviet persuna mingħand kumpannija ta’ l-assikurazzjoni ma jaffettwawx l-ammont ta’ kumpens mill-Istat pagabbli.

2.16. Hemm xi kriterji oħrajn li jistgħu jinfluwenzaw il-possibbiltà li nieħu kumpens, jew kif jiġi kkalkolat l-ammont tal-kumpens, bħall-imġieba tiegħi stess fir-rigward tal-fatt li kkaġuna l-ħsara?

Il-proporzjon ta' kumpens mill-Istat pagabbli kif stabbilit f'2.13 hawn fuq huwa mnaqqas b'50% fejn persuna hija rikonoxxuta bħala vittma ta' att kriminali li bih:

  • twettaq omiċidu fi stat ta' aġitazzjoni mentali f'daqqa b'reazzjoni għal att vjolenti jew malafama serja mill-vittma;
  • twettaq omiċidu b'riżultat ta' att li jeċċedi l-limitu ta' difiża neċessarja tal-persuna stess;
  • twettaq omiċidu b'riżultat ta' att li jeċċedi l-kondizzjonijiet għar-restrizzjoni;
  • twettqet inġurja fiżika gravi jew moderata malizzjuża fi stat ta' aġitazzjoni mentali f'daqqa b'reazzjoni għal att vjolenti jew malafama serja mill-vittma;
  • twettqet inġurja fiżika gravi jew moderata malizzjuża b'riżultat ta' att li jeċċedi l-limitu ta' difiża neċessarja tal-persuna stess, fejn l-inġurja ma kinitx riżultat ta' att ta' difiża tal-persuna stesss kontra theddida għall-ħajja fiżika tal-vittma jew vjolazzjoni sesswali;
  • twettqet inġurja fiżika b'riżultat ta' att li jeċċedi l-kondizzjonijiet għar-restrizzjoni.
2.17. Nista’ nieħu ħlas bil-quddiem mill-kumpens? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet?

Fil-Latvja ma jsiru ebda ħlasijiet bil-quddiem fuq il-kumpens mill-Istat.

FuqFuq

2.18. Fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa u aktar informazzjoni dwar kif napplika? Hemm xi telefon speċjali jew xi websajt li nista’ nuża?

Il-formoli ta' applikazzjoni u l-informazzjoni dwar kif timlihom huwa disponibbli mingħajr ħlas:

  • għand l- Amministrazzjoni ta' l-Għajnuna Legali;
  • fl-uffiċju tal-gvern lokali tar-reġjun amministrattiv fejn tgħix jew hija residenti legalment il-persuna konċernata;
  • fuq is-sit web ta' l-Amministrazzjoni ta' l-Għajnuna Legali (Juridiskās palīdzības administrācija) www.jpa.gov.lv latviešu valoda. In-numru tat-telefon mingħajr ħlas għar-residenti huwa 8001801.
2.19. Nista’ nikseb għajnuna legali biex nagħmel l-applikazzjoni?

Minħabba li l-formola ta’ applikazzjoni għall-kumpens hija ddiżinjata biex timtela’ minn persuni mingħajr għajnuna legali, l-għajnuna legali biex timtela l-formola mhijiex disponibbli.

L-għajnuna prattika (informazzjoni) biex timtela l-formola hija disponibbli billi wieħed iċempel fuq in-numru tat-telefon mingħajr ħlas għar-residenti 8001801, jew imur personalment għand l-Amministrazzjoni ta’ l-Għajnuna Legali.

2.20. Fejn nibgħat l-applikazzjoni?

Il-formoli ta’ applikazzjoni mimlija u d-dokumenti mehmuża jistgħu jintbagħtu bil-posta lill-Amministrazzjoni ta’ l-Għajnuna Legali jew ippreżentati personalment.

L-Amministrazzjoni ta’ l-Għajnuna Legali tinsab f’Brīvības gatve 214, Riga LV 1039.

Persuni li jmorru personalment jistgħu jippreżentaw l-applikazzjonijiet matul il-ġimgħa mid-9am sal-5pm.

2.21. Hemm organizzazzjonijiet tas-sapport għall-vittmi li jistgħu jagħtu aktar għajnuna?

Organizzazzjonijiet mhux governamentali:

  • iċ-Ċentru għas-Sapport tal-Vittmi;
  • iċ-Ċentru ta' riżorsi "Marta” għan-nisa.

« Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Informazzjoni Ġenerali | Latvja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 19-05-2009

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit