Kummissjoni Ewropea > NGE > Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità > Italja

L-aħħar aġġornament: 02-04-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Italja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Il-kisba ta’ kumpens f’forma ta’ danni mingħand min iwettaq ir-reat 1.
1.1. Taħt liema kondizzjonijiet nista’ nagħmel talba għad-danni fil-proċess kontra min iwettaq ir-reat (il-proċeduri kriminali)? 1.1.
1.2. F’liema waqt tal-proċedura għandi nippreżenta t-talba? 1.2.
1.3. Kif għandi nippreżenta t-talba, u lil min? 1.3.
1.4. Kif għandi nippreżenta t-talba tiegħi (nindika ammont globali u/jew nispeċifika t-telf individwali)? 1.4.
1.5. Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċeduri? 1.5.
1.6. Liema provi nintalab nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi? 1.6.
1.7. Jekk ningħata kumpens għad-danni mill-qorti, hemm xi assistenza speċjali li jiena, bħala vittma ta’ delitt, nista’ nagħmel użu minnha għall-infurzar tas-sentenza kontra min iwettaq ir-reat? 1.7.
2. Il-kisba ta’ kumpens mingħand l-istat jew mingħand istituzzjoni pubblika 2.
2.1. Huwa possibbli li jinkiseb kumpens mingħand l-istat jew mingħand istituzzjoni pubblika? 2.1.
2.2. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li jkunu soffrew ċerti tipi ta’ delitti? 2.2.
2.3. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li jkunu sofrew ċerti tipi ta’ danni? 2.3.
2.4. Jistgħu qraba jew dipendenti tal-vittmi li jkunu mietu kawża tad-delitt jiksbu kumpens? 2.4.
2.5. Il-possibbilità tal-kisba ta’ kumpens hija limitata għall-persuni ta’ ċerta nazzjonalità jew għall-persuni li jgħixu f’ċertu pajjiż? 2.5.
2.6. Nista’ napplika għall-kumpens mill-Italja jekk id-delitt ikun twettaq f’pajjiż ieħor? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet? 2.6.
2.7. Huwa neċessarju li wieħed ikun irrapporta d-delitt lill-pulizija? 2.7.
2.8. Huwa neċessarju li noqgħod nistenna r-riżultat ta’ l-investigazzjonijiet tal-pulizija jew tal-proċeduri kriminali qabel ma napplika? 2.8.
2.9. Jekk min wettaq ir-reat ikun ġie identifikat, huwa neċessarju li l-ewwel nipprova nikseb kumpens mingħand min wettaq ir-reat? 2.9.
2.10. Jekk min wettaq ir-reat ma jkunx ġie identifikat jew ma jkunx instab ħati, ikun għadu possibbli li wieħed jikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, xi provi neħtieġ nipproduċi biex insostni l-applikazzjoni tiegħi? 2.10.
2.11. Hemm xi terminu li matulu trid issir l-applikazzjoni għall-kumpens? 2.11.
2.12. Għal liema danni nista’ niġi kkumpensat? 2.12.
2.13. Kif jiġi kkalkulat il-kumpens? 2.13.
2.14. Hemm ammont minimu u/jew massimu li jista’ jingħata? 2.14.
2.15. Il-kumpens li nkun irċevejt, jew li nista’ nirċievi, għall-istess telf imma minn sorsi oħrajn (bħall-assigurazzjoni), jitnaqqas mill-kumpens li nirċievi mill-istat? 2.15.
2.16. Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jinfluwenzaw il-possibbiltà li nirċievi kumpens, jew kif jiġi kkalkulat l-ammont tal-kumpens, bħall-imġiba tiegħi stess fir-rigward ta’ l-inċident li kkawża d-dannu? 2.16.
2.17. Nista’ nirċievi ħlas antiċipat tal-kumpens? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet? 2.17.
2.18. Minn fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa kif ukoll aktar tagħrif dwar kif għandi napplika? Hemm xi help line jew sit web speċjali li nista’ nuża? 2.18.
2.19. Nista’ nikseb għajnuna legali biex nagħmel l-applikazzjoni? 2.19.
2.20. Fejn nibgħatha l-applikazzjoni? 2.20.
2.21. Hemm xi organizzazzjonijiet li jgħinu lill-vittmi minn fejn nista’ nirċievi iktar

assistenza? 2.21.

 

1. Il-kisba ta’ kumpens f’forma ta’ danni mingħand min iwettaq ir-reat

1.1. Taħt liema kondizzjonijiet nista’ nagħmel talba għad-danni fil-proċess kontra min iwettaq ir-reat (il-proċeduri kriminali)?

Billi tippreżenta azzjoni ċivili: skond il-liġi Taljana, il-preżentata ta’ proċeduri ċivili magħquda mal-prosekuzzjoni kriminali hija koperta mit-Titolu V tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali (taqsimiet 74 u 75) ta’ Volum I, li jkopri l-partijiet involuti f’kawżi.

Artikolu 74 tal-Kodiċi b’mod partikolari jawtorizza l-preżentata ta’ azzjoni ċivili għall-kumpens u d-danni għal vittmi li jkunu soffrew danni, jew il-werrieta u s-suċċessuri tagħhom, fi proċeduri kontra l-akkużat jew il-parti responsabbli ċivilment (il-persuna li, taħt il-liġi ċivili, tkun responsabbli għall-azzjonijet tal-parti l-oħra).

Persuni awtorizzati biex jipproponu azzjonijiet ċivili fi prosekuzzjonijiet kriminali skond l-artikolu 74 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali huma persuni naturali jew legali.

Dan id-dritt jista’ jkun eżerċitat b’mod indipendenti minn kwalunkwe azzjoni għal kumpens fil-qrati ċivili.

Id-dritt li tipproponi proċeduri ċivili magħquda ma’ prosekuzzjoni kriminali, abbażi ta’ dispożizzjonijiet legali speċifiċi, jkun konċess ukoll lil persuni li ma jkunux sofrew direttament id-danni li jirriżultaw mill-offiża; dan id-dritt ikun konċess minħabba l-interessi tagħhom (eżempji jistgħu jinkludu per eżempju tutur speċjali, kummissarju tal-qorti, riċevitur uffiċjali u diversi tipi ta’ assoċjazzjonijiet u konsorzji).

FuqFuq

Azzjoni ċivili m’hijiex ammissibbli fi proċeduri kriminali kontra delinkwenti minorenni kif definit fl-artikolu 10 tad-Digriet Presidenzjali 448 /98.

Il-kondizzjonijiet li taħthom proċeduri ċivili jistgħu jkunu magħquda ma’ prosekuzzjoni kriminali huma koperti mit-Titolu V tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali (artikolu 76-82) ta’ Volum I, li jkopri l-partijiet involuti f’kawżi.

Proċeduri ċivili jistgħu jittieħdu minn persuni li jgawdu l-eżerċizzju liberu tad-drittijiet ċiviċi tagħhom u jkollhom kapaċità legali sħiħa.

Fin-nuqqas ta’ dawn ir-rekwiżiti, il-partijiet interessati jistgħu jibdew proċeduri ċivili permezz ta’ persuni li jkunu awtorizzati kif għandu jkun abbażi tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, kif espressament mitlub mill-artikolu 77 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali.

1.2. F’liema waqt tal-proċedura għandi nippreżenta t-talba?

Biex ikunu ammissibbli, l-proċeduri ċivili għandhom jiġu ppreżentati qabel ma l-qorti tkun iddeċidiet dwar il-proċeduri kriminali (jiġifieri qabel is-smigħ preliminari jew il-kawża). Jekk l-azzjoni tiġi ppreżentata wara dik id-data, il-parti ċivili ma tkunx tista’ tagħmel użu mill-possibbiltà li tippreżenta xhieda, esperti jew konsulenti tekniċi.

Jekk l-azzjoni tkun ġiet ippreżentata quddiem il-qorti ċivili, il-proċeduri jistgħu jiġu ttrasferiti lill-proċeduri kriminali, sakemm tkun għadha ma ngħatatx sentenza fl-azzjoni ċivili, f’liema każ il-parti interessata twaqqaf l-azzjoni ċivili u l-qorti kriminali tiddeċiedi dwar l-ispejjeż ċivili. L-introduzzjoni ta’ azzjoni ċivili fi proċeduri kriminali tissospendi l-proċeduri kriminali li mbagħad isegwu wara li tkun ingħatat sentenza mill-qorti kriminali (artikolu 75 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali).

FuqFuq

1.3. Kif għandi nippreżenta t-talba, u lil min?

Biex tkun ammissibbli, in-notifika tal-proċeduri ċivili għandu jkun fiha indikazzjoni formali tar-rekwiżiti kollha suġġettivi u oġġettivi tal-każ in kwistjoni, kif elenkati kollha fl-artikolu 78 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, u tista’ tkun depożitata kemm fir-reġistru ta’ l-imħallef li jkollu l-ġurisdizzjoni jew direttament fil-qorti. Jekk tkun ippreżentata barra l-qorti, in-notifika ta’ proċeduri ċivili għandha tkun notifikata mill-parti ċivili lill-partijiet l-oħra, u jkollha effett għal kull parti mill-ġurnata li fiha ssir in-notifika.

1.4. Kif għandi nippreżenta t-talba tiegħi (nindika ammont globali u/jew nispeċifika t-telf individwali)?

Id-dikjarazzjoni tan-notifika ta’ proċeduri ċivili tkun depożitata fir-reġistru ta’ l-imħallef li jkollu l-ġurisdizzjoni jew fil-qorti u, biex tkun valida, irid ikun fiha:

  1. id-dettalji tal-persuna naturali jew l-isem ta’ l-assoċjazzjoni jew ta’ l-istituzzjoni li tikkostitwixxi l-parti ċivili u d-dettalji tar-rappreżentant legali tagħha;
  2. id-dettalji ta’ l-akkużat fl-azzjoni ċivili jew dettalji oħra personali li jservu biex ikun identifikat;
  3. l-isem sħiħ tar-rappreżentant u l-prokura mogħtija lilu;
  4. spjegazzjoni tar-raġunijiet għat-talba;
  5. il-firma tar-rappreżentant.
1.5. Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċeduri?

Iva. Skond l-Att il-ġdid numru 206 tat-3 t’Awissu 2004, vittmi tat-terroriżmu jew atti simili u l-familji tagħhom jikkwalifikaw għal għajnuna mill-istat fi proċeduri kriminali, ċivili, amministrattivi u tal-kontabilità.

FuqFuq

1.6. Liema provi nintalab nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Kwalunkwe evidenza li sservi biex turi d-danni li ġew sofferti bħala riżultat ta’ l-imġiba ta’ l-akkużat.

1.7. Jekk ningħata kumpens għad-danni mill-qorti, hemm xi assistenza speċjali li jiena, bħala vittma ta’ delitt, nista’ nagħmel użu minnha għall-infurzar tas-sentenza kontra min iwettaq ir-reat?

Le.

2. Il-kisba ta’ kumpens mingħand l-istat jew mingħand istituzzjoni pubblika

2.1. Huwa possibbli li jinkiseb kumpens mingħand l-istat jew mingħand istituzzjoni pubblika?

Iva.

2.2. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li jkunu soffrew ċerti tipi ta’ delitti?

F’ċerti offiżi partikolarment serji (eż. it-terroriżmu jew atti simili, il-kriminalità organizzata, l-użura, it-traffikar ta’ persuni). B’mod partikolari, fir-rigward ta’ vittmi ta’ atti terroristi, skond l-Att il-ġdid numru 206 tat-3 t’Awissu 2004, li mela lakuna fil-leġiżlazzjoni, il-miżuri l-ġodda huma applikabbli għall-vittmi kollha tat-terroriżmu jew atti simili mwettqa fl-Italja jew barra mill-pajjiż, jekk ikunu involuti ċittadini Taljani, kif ukoll il-familji superstiti tagħhom, permezz ta’ dan l-iskop tal-leġiżlazzjoni jkun estiż għal vittmi superstiti tat-terroriżmu anke barra mill-Italja.

2.3. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li jkunu sofrew ċerti tipi ta’ danni?

Iva, p.e. għal vittmi ta’ atti terroristiċi, kull min ikun sofra diżabilità permanenti ta’ inqas minn 80% tal-kapaċità tiegħu għax-xogħol bħala riżultat tat-terroriżmu jew atti simili, huwa intitolat għal għaxar snin kontribuzzjonijiet li jitħallsu fil-fond ta’ pensjoni tiegħu biex iżidu l-livell tal-pensjoni tiegħu bl-istess ammont meta din timmatura, u l-fond ta’ pagamenti fil-każ ta’ sensji jew skema simili bl-istess ammont.Kull min ikun sofra diżabilità permanenti ekwivalenti għal 80% jew aktar tal-kapaċità tiegħu għax-xogħol bħala riżultat ta’ att ta’ terroriżmu jew att simili ikun meqjus għall-finijiet kollha tal-liġi bħala veteran tal-gwerra b’diżabilità gravi fit-tifsira ta’ l-artikolu 14 tad-Digriet Presidenzjali Nru 915 tat-23 ta’ Diċembru 1978.

FuqFuq

Kull min ikun sofra diżabilità permanenti ekwivalenti għal 80% jew aktar tal-kapacità tiegħu għax-xogħol bħala riżultat ta’ att terroristiku jew att simili jkun ukoll intitolat immedjatament għal pensjoni diretta, ikkalkolata abbażi ta’ l-aħħar salarju li tkun irċeviet il-persuna intitolata għall-ħlas u kkalkolata mill-ġdid skond l-artikolu 2(2). L-istess kriterji ta’ l-artikolu 2(2) jintużaw biex tkun stabbilita l-pensjoni tas-superstiti jew il-pensjoni indiretta li titħallas lis-superstiti jekk il-vittma tmut bħala riżultat ta’ att terroristiku jew okkorrenza simili, u barra dan tali pensjonijiet ma jistgħux ikunu soġġetti għal xi tnaqqis statutorju.

Kull min, bħala riżultat ta’ ġrieħi jew danni kkawżati minn azzjoni terroristika jew atti simili, isofri jew ikun sofra invalidità permanenti ta’ mhux inqas minn kwart tal-kapaċità tiegħu għax-xogħol, jew is-superstiti ta’ tali vittmi, inklużi tfal li jkunu saru maġġorenni, issa huwa intitolat li jirċievi, b’effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni, barra l-benefiċċji t’hawn fuq, allowance speċjali għall-għixien ta’ EUR 1033 kull xahar li ma tistax tkun irtirata, soġġetta għal reviżjoni awtomatika fit-tifsira ta’ l-artikolu 11 tad-Digriet Leġislattiv Nru 503 tat-30 ta’ Diċembru 1992 kif emendat. Meta l-vittma tkun mietet, is-superstiti intitolati għall-pensjoni tas-superstiti jirċievu l-pagamenti ta’ sentejn, li jkunu jinkludu wkoll it-tlettax-il xahar, tal-pensjoni fuq imsemmija; din hija ristretta għall-konjuġi superstiti, minorenni, ulied li jkunu saru maġġorenni, u ġenituri u aħwa, sakemm kienu jgħixu mal-persuna konċernata u kienu dipendenti fuqha. Perċentwali ta’ invalidità rikonoxxuti li jkunu ġew kumpensati abbażi tal-kriterji u d-dispożizzjonijiet applikabbli meta l-liġi daħlet fis-seħħ jistgħu jiġu riveduti f’każ ta’ deterjorament fiżiku jew rikonoxximent ta’ kwalunkwe danni bioloġiċi jew mentali sofferti.

FuqFuq

Il-vittmi kollha tat-terroriżmu jew atti simili u l-familji tagħhom huma wkoll eliġibbli biex jirċievu pariri psikoloġiċi a spejjeż ta’ l-istat. Pensjonanti li jkunu vittmi ta’ terroriżmu jew atti simili u s-superstiti tagħhom ikunu intitolati għal żieda regolari fil-pensjoni tagħhom skond l-għoli tal-ħajja komparat mal-livelli ekwivalenti applikabbli għall-impjiegi li kellhom u t-tul tas-servizz tagħhom.

2.4. Jistgħu qraba jew dipendenti tal-vittmi li jkunu mietu kawża tad-delitt jiksbu kumpens?

Iva. Ara r-risposta preċedenti.

2.5. Il-possibbilità tal-kisba ta’ kumpens hija limitata għall-persuni ta’ ċerta nazzjonalità jew għall-persuni li jgħixu f’ċertu pajjiż?

Ċittadini Taljani, ċittadini barranin u persuni mingħajr ċittadinanza huma kollha intitolati li jiksbu kumpens.

2.6. Nista’ napplika għall-kumpens mill-Italja jekk id-delitt ikun twettaq f’pajjiż ieħor? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet?

Skond il-Liġi l-ġdida tat-3 t’Awissu 2004, Nru 206, li mliet lakuna fil-leġiżlazzjoni f’dak il-qasam, il-miżuri l-ġodda huma applikabbli għall-vittmi kollha tat-terroriżmu jew atti simili mwettqa fl-Italja jew barra mill-pajjiż, jekk ikunu involuti ċittadini Taljani, kif ukoll il-familji superstiti tagħhom, permezz ta’ dan l-iskop tal-leġiżlazzjoni jkun estiż għall-vittmi superstiti anke barra l-Italja.

2.7. Huwa neċessarju li wieħed ikun irrapporta d-delitt lill-pulizija?

Iva.

FuqFuq

2.8. Huwa neċessarju li noqgħod nistenna r-riżultat ta’ l-investigazzjonijiet tal-pulizija jew tal-proċeduri kriminali qabel ma napplika?

Le.

2.9. Jekk min wettaq ir-reat ikun ġie identifikat, huwa neċessarju li l-ewwel nipprova nikseb kumpens mingħand min wettaq ir-reat?

Le.

2.10. Jekk min wettaq ir-reat ma jkunx ġie identifikat jew ma jkunx instab ħati, ikun għadu possibbli li wieħed jikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, xi provi neħtieġ nipproduċi biex insostni l-applikazzjoni tiegħi?

Iva, sakemm id-delitti jkunu koperti minn din il-leġiżlazzjoni. Ikunu meħtieġa provi li juru li l-applikazzjoni għall-kumpens hija ġustifikata.

2.11. Hemm xi terminu li matulu trid issir l-applikazzjoni għall-kumpens?

Jekk l-applikazzjoni ssir bħala parti minn proċeduri ċivili magħquda ma’ prosekuzzjoni kriminali, it-termini taż-żmien ikunu dawk li japplikaw għal tali proċeduri, kif spjegat hawn fuq. Jekk l-applikazzjoni ssir barra l-proċeduri tal-qorti, japplikaw it-termini taż-żmien legali normali.

2.12. Għal liema danni nista’ niġi kkumpensat?

Il-mewt u l-invalidità permanenti, ikkalkolati bl-użu tal-perċentwali inklużi fil-liġi.

2.13. Kif jiġi kkalkulat il-kumpens?

Ara 2.3 fuq.

2.14. Hemm ammont minimu u/jew massimu li jista’ jingħata?

Iva, iżda jvarjaw skond in-natura tad-delitt.

FuqFuq

Skond l-Att il-ġdid numru 206 tat-3 t’Awissu 2004, li mela l-lakuna fil-leġiżlazzjoni f’dak il-qasam, il-miżuri l-ġodda japplikaw għall-vittmi kollha tat-terroriżmu jew atti simili mwettqa fl-Italja jew barra mill-pajjiż, jekk ikunu involuti ċittadini Taljani jew il-familji superstiti tagħhom, permezz ta’ dan l-iskop tal-leġiżlazzjoni jkun estiż għall-vittmi superstiti tat-terroriżmu anke barra l-Italja.

Il-liġi aġġornat ukoll il-miżura ta’ benefiċċju preċedenti li kien hemm għall-vittmi tat-terroriżmu.

Il-benefiċċji, li kienu introdotti mill-artikolu 1(1) ta’ l-Att 302 tat-20 t’Ottubru 1990 kif kien emendat, issa jinkludu pagamenti sa EUR 200 000 li jitħallsu fi proporzjon mal-perċentwali ta’ invalidità (jiġifieri EUR 2 000 kull punt perċentwali).

Id-dipartiment governattiv kompetenti jista’, anke qabel jinbdew proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi, bl-awtorità tiegħu stess jew wara l-applikazzjoni ta’ parti, joffri lill-vittma ta’ att terroristiku jew inċident simili jew lill-werrieta u s-suċċessuri ta’ tali persuna, somma għas-saldu li, jekk tkun aċċettata, tneħħi d-dritt għal kwalunkwe att ieħor u tikkostitwixxi ħlas finali f’kull sens.

2.15. Il-kumpens li nkun irċevejt, jew li nista’ nirċievi, għall-istess telf imma minn sorsi oħrajn (bħall-assigurazzjoni), jitnaqqas mill-kumpens li nirċievi mill-istat?

Iva.

2.16. Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jinfluwenzaw il-possibbiltà li nirċievi kumpens, jew kif jiġi kkalkulat l-ammont tal-kumpens, bħall-imġiba tiegħi stess fir-rigward ta’ l-inċident li kkawża d-dannu?

Vittmi ta’ delitti terroristiċi m’għandhomx jirrikorru għall-"Kummissjoni għal atti li jagħmlu ħsara jew delitti" [commissione degli atti lesivi o dei reati] f’dan ir-rigward.

FuqFuq

2.17. Nista’ nirċievi ħlas antiċipat tal-kumpens? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet?

Fir-rigward ta’ vittmi ta’ delitti terroristiċi, wara l-emendi fid-Digriet Leġiżlattiv Nru 13 ta’ l-4 ta’ Frar 2003 li sarulu tibdiliet bl-Att 56 tat-2 t’April 2003, il-pagament ta’ allowance għall-għixien lil persuni intitolati (skond id-Digriet Presidenzjali Nru 510 tat-28 ta’ Lulju 1999), huwa kkontemplat anke jekk ma tkun ingħatat ebda sentenza, sakemm il-kondizzjonijiet li fuqhom tingħata d-deċiżjoni jkunu ċari u jirriżultaw inekwivokabilment u b’mod indisputabbli minn azzjoni terroristika jew sovversiva, jew konnessjoni fattwali mal-kriminalità organizzata, u li jkun hemm konnessjoni ċara bejn l-azzjoni nfisha u l-każ li kkawża l-mewt jew l-invalidità.

Il-leġiżlazzjoni żiedet ukoll il-benefiċċju provviżorju dovut lil vittmi tat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata għal 90%, u kkontemplat il-possibbiltà li testendi l-allowance għall-għixien diġà kkontemplata fil-leġiżlazzjoni eżistenti għal Taljani u ċittadini barranin u persuni mingħajr ċittadinanza u l-werrieta tagħhom qabel kwalunkwe deċiżjoni tal-qorti, jekk ikun jidher ċar li d-danni jkunu riżultat ta’ azzjoni terroristika jew sovversiva jew tal-kriminalità organizzata.

2.18. Minn fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa kif ukoll aktar tagħrif dwar kif għandi napplika? Hemm xi help line jew sit web speċjali li nista’ nuża?

Mill-Ministeru ta’ l-Intern.

2.19. Nista’ nikseb għajnuna legali biex nagħmel l-applikazzjoni?

Iva, iżda l-applikanti jridu jħallsu l-ispejjeż tagħhom stess.

2.20. Fejn nibgħatha l-applikazzjoni?

Lill-Ministeru ta’ l-Intern.

2.21. Hemm xi organizzazzjonijiet li jgħinu lill-vittmi minn fejn nista’ nirċievi iktar

assistenza?

Vittmi tat-terroriżmu jew atti simili u l-familji tagħhom ikunu intitolati għal pariri psikoloġiċi ffinanzjati mill-istat.

Aktar tagħrif

Hemm xi għażliet oħra biex jinkiseb kumpens mingħand min iwettaq ir-reat (ordnijiet għall-kumpens)?

Le.

« Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Informazzjoni Ġenerali | Italja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 02-04-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit