Kummissjoni Ewropea > NGE > Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità > Irlanda

L-aħħar aġġornament: 14-03-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Irlanda

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Ksib ta’ kumpens għad-danni mingħand dak li jagħmel ir-reat  1.
1.1. Taħt liema kondizzjonijiet nista’ nitlob kumpens għad-danni fil-ġuri kontra dak li jagħmel ir-reat (il-proċeduri kriminali) ? 1.1.
1.2. F’liema waqt tal-proċedura għandi nressaq it-talba? 1.2.
1.3. Kif għandi nippreżenta t-talba tiegħi, u lil min? 1.3.
1.4. Kif għandi nippreżenta t-talba tiegħi (nindika ammont globali u/jew nispeċifika d-danni wieħed wieħed) 1.4.
1.5. Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċeduri? 1.5.
1.6. Liema provi nintalab nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi? 1.6.
1.7. Jekk ningħata kumpens għad-danni mill-qorti, hemm xi assistenza speċjali li jiena, bħala vittma ta’ att kriminali, nista’ nagħmel użu minnha biex tiġi infurzata s-sentenza kontra dak li jagħmel ir-reat? 1.7.
2. Ksib ta’ kumpens mingħand l-istat jew minn istituzzjoni pubblika 2.
2.1. Huwa possibbli li jinkiseb kumpens mingħand l-istat jew mingħand istituzzjoni pubblika? 2.1.
2.2. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li jkunu sofrew ċerti tipi ta’ atti kriminali? 2.2.
2.3. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li jkunu sofrew ċerti tipi ta’ ħsara? 2.3.
2.4. Jistgħu qraba jew dipendenti tal-vittmi li jkunu mietu kawża tad-delitt jiksbu kumpens? 2.4.
2.5. Il-possibbilità tal-ksib ta’ kumpens hija limitata għall-persuni ta’ ċerta nazzjonalità jew għall-persuni li jgħixu f’ċertu pajjiż? 2.5.
2.6. Nista’ napplika għall-kumpens mill-Irlanda jekk id-delitt twettaq f’pajjiż ieħor? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet? 2.6.
2.7. Huwa neċessarju li wieħed ikun irrapporta d-delitt lill-pulizija? 2.7.
2.8. Huwa neċessarju li noqgħod nistenna r-riżultat ta’ l-investigazzjonijiet tal-pulizija jew tal-proċeduri kriminal qabel ma napplika? 2.8.
2.9. Jekk dak li jagħmel ir-reat ikun ġie identifikat, huwa neċessarju li l-ewwel nipprova nikseb kumpens mingħand dak li jagħmel ir-reat? 2.9.
2.10. Jekk dak li għamel ir-reat ma jkunx ġie identifikat jew ma jkunx instab ħati, ikun għadu possibbli li wieħed jikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, xi provi jkun hemm bżonn nipproduċi biex insostni l-applikazzjoni tiegħi għall-kumpens? 2.10.
2.11. Hemm xi terminu ta’ żmien li matulu trid issir l-applikazzjoni għall-kumpens? 2.11.
2.12. Għal liema ħsarat nista’ niġi kkumpensat? 2.12.
2.13. Kif jiġi kkalkulat il-kumpens ? 2.13.
2.14. Jeżisti ammont minimu u/jew massimu li jista’ jiġi mogħti? 2.14.
2.15. Il-kumpens li nkun irċevejt, jew li nista’ nirċievi, għall-istess ħsarat imma minn sorsi oħrajn (bħall-assigurazzjoni) jitnaqqas mill-kumpens li nirċievi mill-Istat? 2.15.
2.16. Hemm xi kriterji oħrajn li jistgħu jinfluwenzaw l-opportunità li nirċievi kumpens, jew kif jiġi ikkalkulat l-ammont tal-kumpens, bħall-imġiba tiegħi stess fir-rigward tal-fatt li kkaġuna l-ħsara? 2.16.
2.17. Nista’ nirċievi ħlas antiċipat tal-kumpens? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet? 2.17.
2.18. Minn fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa kif ukoll aktar tagħrif dwar kif għandi napplika? Hemm xi help line jew sit ta’ l-internet speċjali li nista’ nuża? 2.18.
2.19. Nista’ nikseb għajnuna legali biex nagħmel l-applikazzjoni? 2.19.
2.20. Fejn għandi nibgħat l-applikazzjoni? 2.20.
2.21. Hemm xi organizzazzjonijiet li jgħinu lill-vittmi minn fejn nista’ nirċievi iktar assistenza? 2.21.

 

1. Ksib ta’ kumpens għad-danni mingħand dak li jagħmel ir-reat 

Jekk jogħġbok żur il-paġna ta’ l-internet Kif nista’ nressaq każ il-qorti – l-Irlanda’ biex issir taf aktar dwar kif titlob kumpens barra mill-proċeduri kriminali.

Safejn jikkonċerna l-każijiet li jinvolvu aktar minn pajjiż wieħed, eż. meta l-att kriminali jkun sar f’pajjiż li ma jkunx l-Istat Membru fejn tkun domiċiljata l-vittma, jekk jogħġbok kun af li l-vittma tista’ tressaq lil dak li jkun għamel ir-reat quddiem l-istess qorti li tkun qegħda tittratta l-aspett kriminali tal-każ jekk dan huwa permess mil-liġi nazzjonali.

1.1. Taħt liema kondizzjonijiet nista’ nitlob kumpens għad-danni fil-ġuri kontra dak li jagħmel ir-reat (il-proċeduri kriminali) ?

Skond l-Att dwar il-Ġustizzja Kriminali, 1993 tista’ ssir ordni għal kumpens mill-qorti (b’applikazzjoni jew mod ieħor) meta dak li jagħmel ir-reat jinstab ħati ta’ xi reat.

1.2. F’liema waqt tal-proċedura għandi nressaq it-talba?

Il-leġiżlazzjoni Irlandiża m’hijiex speċifika f’dan ir-rigward. B’mod ġenerali, l-awtorità li tieħu ħsieb il-prosekuzzjoni għandha tiġi infurmata bit-talba fil-bidu tal-proċeduri kriminali.

1.3. Kif għandi nippreżenta t-talba tiegħi, u lil min?

L-awtorità li tieħu ħsieb il-prosekuzzjoni għandha tiġi infurmata bit-talba.

FuqFuq

1.4. Kif għandi nippreżenta t-talba tiegħi (nindika ammont globali u/jew nispeċifika d-danni wieħed wieħed)

Billi ma teżisti l-ebda formola fissa biex tiġi ppreżentata t-talba, għandu jingħata rendikont dettaljat.

1.5. Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċeduri?

Ma teżisti l-ebda dispożizzjoni fil-Liġi Irlandiża għar-rappreżentanza tal-parti li tkun sofriet id-danni, imma l-awtorità li tieħu ħsieb il-prosekuzzjoni tassisti f’isem min jagħmel it-talba.

1.6. Liema provi nintalab nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Fir-rigward ta’ ħsara kriminali, normalment tkun meħtieġa xhieda dokumentata. Il-Qorti tiddeċiedi dwar x’kumpens għandu jingħata għad-danni sofruti minn assalt.

1.7. Jekk ningħata kumpens għad-danni mill-qorti, hemm xi assistenza speċjali li jiena, bħala vittma ta’ att kriminali, nista’ nagħmel użu minnha biex tiġi infurzata s-sentenza kontra dak li jagħmel ir-reat?

Il-Qorti tiffissa perjodu ta’ żmien li fih għandu jitħallas il-kumpens. Jekk il-ħlas ma jsirx, jinħareġ mandat jew ordni ta’ arrest kontra dak li jagħmel ir-reat.

2. Ksib ta’ kumpens mingħand l-istat jew minn istituzzjoni pubblika

2.1. Huwa possibbli li jinkiseb kumpens mingħand l-istat jew mingħand istituzzjoni pubblika?

Iva. Jekk tkun vittma ta’ att kriminali vjolenti tista’ tapplika għand :

FuqFuq

Criminal Injuries Compensation Tribunal,

13 Lower Hatch Street,

Dublin 2.

Numru tat-telefon +353-1-6610604.

2.2. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li jkunu sofrew ċerti tipi ta’ atti kriminali?

L-Iskema hija intiża biex tipprovdi kumpens ex-gratia ta’ spejjeż u ħsarat li wieħed ikun sofra imħabba ħsara personali u li huma attribwiti direttament għal atti kriminali vjolenti jew li wieħed ikun sofra waqt li jkun qiegħed jgħin (jew jipprova jgħin) biex ma jsirx att vjolenti jew biex isalva ħajja ta’ bniedem. L-Iskema ma tkoprix ħsara jekk tkun ir-riżultat ta’ offiża ta’ traffiku, sakemm it-Tribunal ma jkunx sodisfatt li kien hemm attentat apposta biex il-vittma tiġi milquta b’karozza. L-Iskema ma tkoprix sitwazzjonijiet fejn il-vittma u dak li jwettaq l-assalt kienu qed jgħixu flimkien taħt l-istess saqaf meta ġġarrbet il-ħsara.

2.3. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li jkunu sofrew ċerti tipi ta’ ħsara?

L-Iskema tkopri ħsarat personali kaġunati b’mod kriminali.

2.4. Jistgħu qraba jew dipendenti tal-vittmi li jkunu mietu kawża tad-delitt jiksbu kumpens?

Fejn il-vittma tkun mietet, il-persuni li huma membri stretti tal-familja tal-vittma (strettament, id-dipendenti tal-vittma skond it-tifsira ta’ l-Att dwar ir-Responsabbiltà Ċivili) jistgħu japplikaw għall-kumpens.

2.5. Il-possibbilità tal-ksib ta’ kumpens hija limitata għall-persuni ta’ ċerta nazzjonalità jew għall-persuni li jgħixu f’ċertu pajjiż?

Le. Ladarba kont vittma ta’ att kriminali vjolenti fl-Irlanda u tkun sofrejt ħsarat, tista’ tapplika għall-kumpens.

FuqFuq

2.6. Nista’ napplika għall-kumpens mill-Irlanda jekk id-delitt twettaq f’pajjiż ieħor? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet?

Le. L-Iskema tapplika biss għal ħsarat li wieħed ikun sofra ġewwa l-Istat jew abbord bastiment jew ajruplan Irlandiż wara t-30 ta’ Settembru, 1972.

2.7. Huwa neċessarju li wieħed ikun irrapporta d-delitt lill-pulizija?

L-inċident għandu jiġi rrapportat lill-pulizija malajr kemm hu possibbli. Fil-fatt, jekk il-każ ma jkunx ġie rrapportat lill-pulizija mingħajr telf inulti ta’ żmien allura inti tista’ ma tkunx eliġibbli għall-kumpens.

Dan ir-rekwiżit jista’ jitwaqqa’ jekk it-Tribunal ikun sodisfatt bil-livell ta’ kooperazzjoni mogħtija lill-pulizija waqt li din tkun qegħda tinvestiga l-każ.

2.8. Huwa neċessarju li noqgħod nistenna r-riżultat ta’ l-investigazzjonijiet tal-pulizija jew tal-proċeduri kriminal qabel ma napplika?

Hemm limitu ta’ tliet xhur biex tkun tista’ ssir l-applikazzjoni. Madankollu, it-Tribunal jista’ jiddispensa minn dan ir-rekwiżit f’ċerti ċirkustanzi fejn l-Applikant ikun jista’ joffri spjegazzjoni raġonevoli għad-dewmien.

2.9. Jekk dak li jagħmel ir-reat ikun ġie identifikat, huwa neċessarju li l-ewwel nipprova nikseb kumpens mingħand dak li jagħmel ir-reat?

Le. Madankollu jekk il-vittma tiddeċiedi li tibda proċeduri ċivili kontra dak li jagħmel ir-reat, it-Tribunal jista’ jistenna sakemm dawn il-proċeduri jaslu fit-tmiem peress li kull kumpens li l-vittma tirċievi permezz ta’ dawn il-proċeduri jiġi kkunsidrat. L-istess jgħodd jekk il-vittma tirċievi kumpens bħala parti mill-proċeduri kriminali. It-Tribunal jikkunsidra dan ukoll.

FuqFuq

2.10. Jekk dak li għamel ir-reat ma jkunx ġie identifikat jew ma jkunx instab ħati, ikun għadu possibbli li wieħed jikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, xi provi jkun hemm bżonn nipproduċi biex insostni l-applikazzjoni tiegħi għall-kumpens?

It-Tribunal jikseb rapport mill-pulizija dwar l-inċident u dan għandu jkun biżżejjed biex juri li int kont vittma.

2.11. Hemm xi terminu ta’ żmien li matulu trid issir l-applikazzjoni għall-kumpens?

Bħal 2.8 hawn fuq.

2.12. Għal liema ħsarat nista’ niġi kkumpensat?

Telf reali ta’ dħul, spejjeż attwali tal-kura medika (inkluża d-dentistrija), spejjeż raġonevoli ta’ l-ivjaġġar (għal għand u lura mingħand it-tabib, l-isptar eċċ.), medikazzjoni, nuċċalijiet u uġigħ u sofferenza (jekk il-ħsara tkun ġrat qabel l-1 ta’ April, 1986). Wara dik id-data ma jistax jingħata kumpens għall-uġigħ u s-sofferenza. Fir-rigward ta’ ħsarat personali li jħallu effett fit-tul tista’ titlob għal dak li ssemma’ qabel, kif ukoll għat-telf stmat ta’ dħul fil-futur, spejjeż tal-kura medika fil-futur (inkluża d-dentistrija), spejjeż futuri stmati minħabba diżabilità eż kura fil-futur, tagħmir speċjali eċċ. u telf fil-potenzjal tad-dħul futur.

2.13. Kif jiġi kkalkulat il-kumpens ?

Billi l-Iskema ma tikkumpensax l-uġigħ u s-sofferenza, it-Tribunal ikun jeħtieġ xhieda dokumentata dwar il-ħsarat li sofrejt biex jikkalkula l-kumpens. Fil-biċċa l-kbira tal-każi, it-Tribunal jikkuntattja lill-korpi rilevanti biex jissostanzja l-applikazzjoni tiegħek.

FuqFuq

2.14. Jeżisti ammont minimu u/jew massimu li jista’ jiġi mogħti?

Ma jingħata l-ebda kumpens meta l-ħsara li għaliha jkun qed jintalab kumpens tkun tammonta għal inqas minn €63.49.

2.15. Il-kumpens li nkun irċevejt, jew li nista’ nirċievi, għall-istess ħsarat imma minn sorsi oħrajn (bħall-assigurazzjoni) jitnaqqas mill-kumpens li nirċievi mill-Istat?

Jiġi kkunsidrat il-kumpens mogħti minn sorsi oħrajn fid-deċiżjoni ta’ l-għoti tal-kumpens.

2.16. Hemm xi kriterji oħrajn li jistgħu jinfluwenzaw l-opportunità li nirċievi kumpens, jew kif jiġi ikkalkulat l-ammont tal-kumpens, bħall-imġiba tiegħi stess fir-rigward tal-fatt li kkaġuna l-ħsara?

Jeżisti numru ta’ limitazzjonijiet u restrizzjonijiet dwar iċ-ċirkustanzi li fihom jista’ jitħallas kumpens.

L-ewwelnett, jeżistu ċirkustanzi li fihom ma jitħallas l-ebda kumpens:

  • Fejn il-ħsara li għaliha jista’ jitħallas kumpens tammonta għal inqas minn €63.49.
  • Fejn il-vittma u min jassalta kienu qed jgħixu flimkien taħt l-istess saqaf meta ġġarrbet il-ħsara.
  • Meta l-ħsara tkun ir-riżultat ta’ offiża ta’ traffiku, sakemm it-Tribunal ma jkunx sodisfatt li kien hemm attentat apposta biex il-vittma tiġi milquta b’karozza.
  • Fejn l-applikant ma jkunx ta kull assistenza raġonevoli lit-Tribunal.

It-tieninett, it-Tribunal jista’ jnaqqas l-għotja jew ma jagħmel l-ebda għotja fiċ-ċirkustanzi li ġejjin.

  • Jekk it-Tribunal ikun sodisfatt li l-vittma kellha parti mit-tort jew it-tort kollu fl-inċident jew minħabba provokazzjoni jew imħabba xi raġuni oħra.
  • Fejn dan ikun xieraq li jsir imħabba l-kondotta, il-karattru u l-mod ta’ kif tgħix il-vittma. Hawnhekk, ir-rekord kriminali tal-vittma, jekk ikun il-każ, jiġi wkoll ikkunsidrat.
2.17. Nista’ nirċievi ħlas antiċipat tal-kumpens? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet?

Il-kumpens normalment jitħallas f’pagament wieħed. F’xi każi t-Tribunal jista’ jagħmel pagament proviżorju u jipposponi l-għotja finali sakemm ikun aktar ċar x’jista’ jkun l-effett fit-tul tal-ħsara.

2.18. Minn fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa kif ukoll aktar tagħrif dwar kif għandi napplika? Hemm xi help line jew sit ta’ l-internet speċjali li nista’ nuża?

Tista’ tapplika għand it-Tribunal għall-Kumpens ta’ Ħsarat Kriminali għal formola ta’ applikazzjoni jew billi tiktbilhom fl-indirizz: 13 Lower Hatch Street Dublin 2, Ireland jew billi ċċempel fuq in-numru 00353-1-6610604. Ma jeżistu l-ebda help line speċjali jew sit ta’ l-internet.

2.19. Nista’ nikseb għajnuna legali biex nagħmel l-applikazzjoni?

It-Tribunal ma jħallasx għall-ispejjeż legali. Huwa f’idejk biex tiddeċiedi jekk tħoss li teħtieġ rappreżentanza legali. L-istaff tat-Tribunal ikun lest jagħtik parir, mill-aħjar li jista’, dwar kif tmexxi t-talba tiegħek.

2.20. Fejn għandi nibgħat l-applikazzjoni?

Bħal 2.18 hawn fuq.

2.21. Hemm xi organizzazzjonijiet li jgħinu lill-vittmi minn fejn nista’ nirċievi iktar assistenza?

L-‘Assistenza lill-Vittmi’ jistgħu jiġu kkuntattjati fl-indirizz ta’ hawn taħt:

Haliday House,

32 Arran Quay,

Dublin 7.

Telefon: +353-1-8780870.

e-mail: info@victimsupport.ie

Aktar tagħrif

Oasis – Informazzjoni dwar is-Servizz Pubbliku English

« Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Informazzjoni Ġenerali | Irlanda - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 14-03-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit