Kummissjoni Ewropea > NGE > Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità > Liġi Internazzjonali

L-aħħar aġġornament: 09-07-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Liġi Internazzjonali

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Inizjattivi mill-Kunsill ta’ l-Ewropa u min-Nazzjonijiet Uniti

Il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-kumpens lil vittmi tal-kriminalità vjolenti

Din il-Konvenzjoni English - français tħejjiet mill-Kunsill ta’ l-Ewropa fl-1983. Fiha standard minimu għall-kumpens mill-istat lil vittmi tal-kriminalità. Il-Konvenzjoni ġiet ratifikata minn disa’ Stati Membri (id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Portugall, Spanja, l-Iżvezja, u r-Renju Unit).

Ir-rakkomandazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-vittmi fil-kuntest tal-liġi u l-proċedura kriminali

Din ir-rakkomandazzjoni English - français PDF File (PDF File 205 KB) ġiet adottata mill-Kunsill ta’ l-Ewropa fl-1985. Fiha numru ta’ linji ta’ gwida u rakkomandazzjonijiet relatati ma’, fost ħwejjeġ oħra, il-possibbiltà li l-vittma tikseb kumpens mingħand min jikkommetti d-delitt.

Id-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta’ prinċipji bażiċi tal-ġustizzja għal vittmi tal-kriminalità u l-abbuż tal-poter

Id-Dikjarazzjoni English ġiet adottata fl-1985 u tirrakkomanda l-miżuri li għandhom jittieħdu għan-nom ta’ vittmi tal-kriminalità fil-livelli internazzjonali, reġjonali, u nazzjonali, sabiex jittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja u għat-trattament ġust, għar-restituzzjoni, għall-kumpens u għall-assistenza.

Dokumenti ta’ referenza

  • Il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-kumpens lil vittmi tal-kriminalità vjolenti English - français
  • Il-Protokoll Nru 7 English - français għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (Kunsill ta’ l-Ewropa)
  • Ir-Rakkomandazzjoni English - français PDF File (PDF File 205 KB) nru r (85) 11 tal-kumitat tal-ministri lill-istati membri dwar il-pożizzjoni tal-vittma fil-kuntest tal-liġi u l-proċedura kriminali (il-Kunsill ta’ l-Ewropa)
  • Id-Dikjarazzjoni English ta’ prinċipji bażiċi tal-ġustizzja għal vittmi tal-kriminalità u l-abbuż tal-poter (l-Assemblea Ġenerali – in-Nazzjonijiet Uniti)

« Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Internazzjonali - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 09-07-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit