Kummissjoni Ewropea > NGE > Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità > Ungerija

L-aħħar aġġornament: 07-03-2008
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Ungerija

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Il-ksib ta’ kumpens f’forma ta’ danni mingħand min iwettaq ir-reat 1.
1.1. Taħt liema kondizzjonijiet nista’ nagħmel talba għad-danni fil-kawża kontra min iwettaq ir-reat (il-proċeduri kriminali)? 1.1.
1.2. F’liema punt tal-proċedura għandi nressaq 'il quddiem it-talba? 1.2.
1.3. Kif għandi nressaq 'il quddiem it-talba, u lil min? 1.3.
1.4. Kif għandi nippreżenta t-talba tiegħi (nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali)? 1.4.
1.5. Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew matul il-proċeduri? 1.5.
1.6. Xi provi jkolli bżonn nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi? 1.6.
1.7. Jekk ningħata d-danni mill-qorti, hemm xi għajnuna speċjali disponibbli għalija bħala vittma tal-kriminalità għall-infurzar tas-sentenza kontra min ikun wettaq ir-reat? 1.7.
2. Il-ksib ta’ kumpens mingħand l-istat jew mingħand korp pubbliku 2.
2.1. Huwa possibbli li jinkiseb kumpens mingħand l-istat jew mingħand korp pubbliku? 2.1.
2.2. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li jkunu sofrew ċerti tipi ta’ reati? 2.2.
2.3. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li jkunu sofrew ċertu tip ta’ danni? 2.3.
2.4. Jistgħu l-familjari tal-vittmi jew il-persuni li jiddependu mill-vittmi li jkunu mietu bħala riżultat tar-reat jiksbu kumpens? 2.4.
2.5. Il-possibbiltà li jinkiseb kumpens hija limitata għal persuni ta’ ċertu nazzjonalità jew persuni li joqogħdu f’ċertu pajjiż? 2.5.
2.6. Nista’ napplika għall-kumpens mill-Ungerija jekk ir-reat twettaq f’pajjiż ieħor? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet? 2.6.
2.7. Huwa neċessarju li r-reat ikun ġie rrappurtat lill-pulizija? 2.7.
2.8. Huwa neċessarju li nistenna r-riżultat ta’ kwalunkwe investigazzjonijiet tal-pulizija jew ta’ proċeduri kriminali qabel ma nkun nista’ nagħmel ir-rikors? 2.8.
2.9. Jekk min iwettaq ir-reat ikun ġie identifikat, huwa neċessarju li l-ewwel jipprova jinkiseb kumpens mingħand min ikun wettaq ir-reat? 2.9.
2.10. Jekk min ikun wettaq ir-reat ma jkunx ġie identifikat jew ikkundannat, huwa xorta possibbli li nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, xi prova għandi bżonn inġib biex insostni r-rikors tiegħi? 2.10.
2.11. Hemm limitu ta’ żmien biex isir ir-rikors għall-kumpens? 2.11.
2.12. Għal liema telf nista’ niġi kkumpensat? 2.12.
2.13. Il-kumpens kif jiġi kkalkulat? 2.13.
2.14. Hemm ammont minimu u/jew massimu li jista’ jingħata? 2.14.
2.15. Il-kumpens li nkun irċevejt, jew li nkun nista’ nirċievi, għall-istess telf imma minn sorsi oħra (bħall-assigurazzjoni) jiġi mnaqqas mill-kumpens imħallas mill-istat? 2.15.
2.16. Hemm kriterji oħra li jistgħu jinfluwenzaw il-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens, jew kif l-ammont ta’ kumpens jiġi kkalkulat, bħall-imġieba tiegħi stess fir-rigward ta’ l-avveniment li jkun ikkawża d-danni? 2.16.
2.17. Jista’ jkolli ħlas minn qabel fuq il-kumpens? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet? 2.17.
2.18. Minn fejn nista’ nġib il-formoli neċessarji u aktar informazzjoni fuq kif għandi napplika? Hemm linja speċjali għall-għajnuna jew sit web li nista’ nuża? 2.18.
2.19. Nista’ nikseb għajnuna legali biex nagħmel ir-rikors? 2.19.
2.20. Fejn għandi nibgħat il-petizzjoni? 2.20.
2.21. Hemm xi organizzazzjonijiet ta’ għajnuna għall-vittmi li jistgħu joffru aktar għajnuna? 2.21.

 

1. Il-ksib ta’ kumpens f’forma ta’ danni mingħand min iwettaq ir-reat

1.1. Taħt liema kondizzjonijiet nista’ nagħmel talba għad-danni fil-kawża kontra min iwettaq ir-reat (il-proċeduri kriminali)?

Taħt l-Att XIX ta’ l-1998 dwar il-proċeduri kriminali, il-vittma (bħala parti privata) tista’ tinforza talba ċivili kontra min iwettaq ir-reat għad-danni li jirriżultaw direttament mill-att li jifforma l-bażi ta’ l-att ta’ l-akkuża – fi kliem ieħor, fil-proċeduri kriminali l-akkużat huwa responsabbli għad-danni kkawżati mir-reat kriminali biss.

1.2. F’liema punt tal-proċedura għandi nressaq 'il quddiem it-talba?

Talba ċivili tista’ tiġi ppreżentata mid-data tal-bidu tal-proċeduri kriminali sa (l-aktar tard) id-data tal-laqgħa tal-kunsill għas-sentenza ta’ l-ewwel istanza.

1.3. Kif għandi nressaq 'il quddiem it-talba, u lil min?

Talba ċivili tista’ tiġi ppreżentata mill-parti li tkun sofriet id-danni jew, jekk huwa/hija jmut/tmut, mill-eredi. F’ċerti każijiet tista’ tiġi infurzata mill-prosekutur.

Il-parti li tkun sofriet id-danni tista’ tippreżenta t-talba ċivili quddiem l-awtorità investigattiva jew l-uffiċċju tal-prosekutur qabel ma jiġi sottomess l-att ta’ l-akkuża, u quddiem il-qorti wara li jkun ġie sottomess.

1.4. Kif għandi nippreżenta t-talba tiegħi (nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali)?

M’hemm l-ebda dispożizzjoni legali dwar kif it-talba għandha tiġi ppreżentata jew l-ammont tagħha. Barra d-danni attwali, parti privata tista’ titlob kumpens għat-telf ta’ profitt, interessi, spejjeż magħmula u t-tariffa tar-rappreżentant.

FuqFuq

1.5. Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew matul il-proċeduri?

Fil-kors tas-smigħ ta’ talba ċivili, il-parti privata għandha tkun infurmata dwar il-konsegwenzi ta’ dik it-talba.

L-Uffiċċju tal-Ġustizzja (sorveljat mill-Ministeru tal-Ġustizzja) joffri għajnuna lill-vittmi, billi jipprovdi informazzjoni u parir lill-parti li tkun sofriet id-danni fuq talba tiegħu/tagħha qabel ma jibdew il-proċeduri kriminali.

1.6. Xi provi jkolli bżonn nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Il-prova tad-danni li għalihom issir it-talba trid tingħata mill-parti privata. Għal dan il-għan il-parti għandha tipproduċi l-biċċiet ta’ prova korrispondenti. Fil-kors tal-proċeduri l-parti privata tista’, bil-permess tal-qorti, issaqsi direttament lill-akkużat u lix-xhud.

1.7. Jekk ningħata d-danni mill-qorti, hemm xi għajnuna speċjali disponibbli għalija bħala vittma tal-kriminalità għall-infurzar tas-sentenza kontra min ikun wettaq ir-reat?

Fuq talba tal-parti privata, jista’ jinħareġ sekwestru sabiex tiġi żgurata t-talba ċivili. Is-sekwestru jista’ jestendi wkoll għall-assi li mhumiex relatati mar-reat kriminali. Ir-regoli dettaljati għall-infurzar tat-talba ċivili mogħtija mill-qorti huma stabbiliti fl-Att LIII ta’ l-1994 dwar l-infurzar ġudizzjarju.

2. Il-ksib ta’ kumpens mingħand l-istat jew mingħand korp pubbliku

2.1. Huwa possibbli li jinkiseb kumpens mingħand l-istat jew mingħand korp pubbliku?

Iva. Taħt l-Att CXXXV ta’ l-2005 dwar is-sostenn tal-vittmi tal-kriminalità u l-kumpens mill-istat, il-kumpens jista’ jiġi mitlub mis-Servizz ta’ Sostenn tal-Vittmi tal-Kriminalità ta’ l-Uffiċċju tal-Ġustizzja.

FuqFuq

2.2. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li jkunu sofrew ċerti tipi ta’ reati?

Iva. Il-kumpens għad-danni huwa pagabbli biss lill-persuni naturali li jkunu sofrew reat vjolenti intenzjonali fuq il-persuna tagħhom.

2.3. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li jkunu sofrew ċertu tip ta’ danni?

Il-kumpens għad-danni huwa pagabbli biss jekk il-parti li tkun sofriet id-danni tkun mietet jew sofriet danni serji għall-integrità fiżika jew għas-saħħa tagħha bħala riżultat ta’ l-att kriminali.

2.4. Jistgħu l-familjari tal-vittmi jew il-persuni li jiddependu mill-vittmi li jkunu mietu bħala riżultat tar-reat jiksbu kumpens?

Iva. Il-kumpens huwa pagabbli lil persuna naturali li, fil-ħin tar-reat, tkun l-eqreb familjari, ġenitur adottiv, ġenitur fostering, wild adottat, wild taħt fostering, konjuġi jew konjuġi taħt il-liġi komuni ta’ parti li tmut jew ssofri danni u li tgħix fl-istess dar mal-persuna li tmut/ssofri d-danni għall-integrità fiżika jew għas-saħħa tiegħu/tagħha bħala riżultat ta’ reat vjolenti intenzjonat. Kumpens huwa pagabbli wkoll lil persuna naturali li tkun meħtieġa li ssostni lil xi ħadd mill-persuni msemmija aktar 'il fuq taħt il-liġi, deċiżjoni tal-qorti jew ta’ awtorità jew ftehim validu.

2.5. Il-possibbiltà li jinkiseb kumpens hija limitata għal persuni ta’ ċertu nazzjonalità jew persuni li joqogħdu f’ċertu pajjiż?

Kumpens jista' jinkiseb minn ċittadini Ungeriżi, minn ċittadini ta' kwalunkwe Stat Membru ta' l-UE, minn persuni spostati li joqogħdu legalment fit-territorju tar-Repubblika ta' l-Ungerija, minn vittmi tat-traffikar uman, minn persuni intitolati li jirċievu kumpens taħt ftehim internazzjonali jew reċiproċità bejn l-Istat tan-nazzjonalità tiegħu/tagħha u l-Ungerija, u minn persuni domiċiljati jew li għandhom r-residenza abitwali u legali tagħhom fi kwalunkwe Stat Membru ta' l-UE. Kumpens huwa pagabbli wkoll lill-vittmi li għandhom permess ta' residenza jew ta' immigrazzjoni għall-Ungerija.

FuqFuq

2.6. Nista’ napplika għall-kumpens mill-Ungerija jekk ir-reat twettaq f’pajjiż ieħor? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet?

Iva. Rikors jista’ jiġi sottomess f’kull Stat Membru ta’ l-UE jekk ir-reat ġie mwettaq fl-Ungerija. F’dawn it-tip ta’ każijiet, il-kumpens għad-danni jkun pagabbli jekk ir-rikorrent ikun jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Att CXXXV ta’ l-2005 dwar is-sostenn tal-vittmi tal-kriminalità u l-kumpens mill-istat.

2.7. Huwa neċessarju li r-reat ikun ġie rrappurtat lill-pulizija?

Iva. Jekk ma jkunu għaddejjin l-ebda proċeduri kriminali, rikors għall-kumpens ma jistax jiġi approvat.

2.8. Huwa neċessarju li nistenna r-riżultat ta’ kwalunkwe investigazzjonijiet tal-pulizija jew ta’ proċeduri kriminali qabel ma nkun nista’ nagħmel ir-rikors?

Le. Rikors jista’ jiġi sottomess matul il-proċeduri kriminali.

2.9. Jekk min iwettaq ir-reat ikun ġie identifikat, huwa neċessarju li l-ewwel jipprova jinkiseb kumpens mingħand min ikun wettaq ir-reat?

Le.

2.10. Jekk min ikun wettaq ir-reat ma jkunx ġie identifikat jew ikkundannat, huwa xorta possibbli li nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, xi prova għandi bżonn inġib biex insostni r-rikors tiegħi?

Il-vittma hija eliġibbli għall-kumpens anke jekk min ikun wettaq ir-reat ma jkunx ġie identifikat.

Jekk l-akkużat ikun ġie liberat, il-kumpens għad-danni huwa pagabbli biss jekk il-liberazzjoni tkun saret għal raġunijiet ta’ età minorenni, inkapaċità mentali, forza jew theddid, żball, protezzjoni legali, neċessità estrema, l-ordni ta’ uffiċjal superjuri, il-mewt ta’ min ikun wettaq ir-reat, il-preskrizzjoni, klemenza, jew jekk il-periklu għas-soċjetà mill-att ikun spiċċa jew sar negliġibbli; jew jekk il-liberazzjoni tkun saret għal kwalunkwe raġunijiet oħra pprovduti fl-Att IV ta’ l-1978 dwar il-Kodiċi Kriminali.

FuqFuq

2.11. Hemm limitu ta’ żmien biex isir ir-rikors għall-kumpens?

Iva.

Ir-rikorsi għall-kumpens għandhom jiġu ppreżentati fi żmien tliet xhur mid-data tat-twettiq tar-reat kriminali. Hemm tliet eċċezzjonijiet għal din ir-regola:

Jekk ir-rikors ma jiġix sottomess minħabba diffikultajiet li ma jkunux jistgħu jiġu evitati, ikun jista’ jiġi sottomess fi żmien 3 xhur mill-waqfa tad-diffikultajiet.

Jekk att li jkun ġie investigat preċedentement bħala parti minn proċeduri amministrattivi aktar tard jirriżulta li huwa reat kriminali, ir-rikors jista’ jiġi sottomess fi żmien tliet xhur mill-bidu tal-proċeduri kriminali.

Jekk ir-rabta kawżali bejn id-danni għall-integrità fiżika jew is-saħħa tal-vittma u r-reat kriminali ssir evidenti aktar tard, ir-rikors jista’ jiġi sottomess fi żmien tliet xhur minn dik id-data.

2.12. Għal liema telf nista’ niġi kkumpensat?

Biex id-danni jkunu jistgħu jiġu ddeterminati, ir-rikors għandu jispeċifika l-ammont tad-danni materjali sofferti bħala riżultat tar-reat kriminali, it-telf fid-dħul (bi prova) u kwalunkwe spejjeż magħmula bħala riżultat tar-reat kriminali jew biex jissewwew id-danni kkawżati mir-reat kriminali.

2.13. Il-kumpens kif jiġi kkalkulat?

Il-kumpens huwa pagabbli f’somma waħda jew bħala allowance mensili.

L-ammont tal-kumpens mħallas bħala somma waħda:

  • 100% tad-danni li ma jaqbiżx ħames darbiet l-ammont bażiku,
  • għal danni bejn ħames u għaxar darbiet l-ammont bażiku, is-somma f'daqqa tkun ħames darbiet l-ammont bażiku,

u 75% ta’ dik il-parti li tkun aktar minn ħames darbiet l-ammont bażiku.

FuqFuq

  • Fil-każ ta’ danni li jaqbżu għaxar darbiet l-ammont bażiku, il-ħlas ikun ta’ 8.75 darbiet l-ammont bażiku u 50% tal-parti li tkun aktar minn għaxar darbiet l-ammont bażiku, imma massimu ta’ 15-il darba l-ammont bażiku.

Jekk l-inkapaċità għax-xogħol tal-persuna li tkun sofriet danni li tirriżulta mir-reat kriminali tkun mistennija li ddum għal aktar minn 6 xhur, huwa jew hija jista’/tista’ jitlob/titlob allowance bħala kumpens parzjali għat-tnaqqis fid-dħul regolari tiegħu/tagħha. L-ammont ta’ l-allowance huwa skond dan li ġej:

  • 75% tat-tnaqqis ċertifikat fid-dħul jekk il-vittma tkun taħt it-18-il sena jew tkun tibbaża fuq il-kura ta’ ħaddieħor,
  • 50% tat-tnaqqis ċertifikat fid-dħul jekk il-vittma ma tkunx tibbaża fuq il-kura ta’ ħaddieħor.
2.14. Hemm ammont minimu u/jew massimu li jista’ jingħata?

Iva.

Il-liġi tirrikonoxxi ammont bażiku, li jirrappreżenta 43% tad-dħul mensili medju gross nazzjonali ppubblikat mill-Uffiċċju ta’ l-Istatistika Ċentrali għas-sena ta’ qabel dik preċedenti (fl-2006 dan kien HUF 62 651).

Rimborż totali jew parzjali tat-telf materjali kkawżat mir-reat kriminali jista’ jiġi mitlub mill-vittma f’forma ta’ somma waħda. Massimu ta’ ħmistax-il darba l-ammont bażiku jista’ jingħata bħala kumpens f’somma waħda.

L-ammont massimu ta’ kumpens imħallas f’forma ta’ allowance mensili huwa ekwivalenti għall-ammont bażiku. Allowance tista’ titħallas għal massimu ta’ tliet snin.

FuqFuq

2.15. Il-kumpens li nkun irċevejt, jew li nkun nista’ nirċievi, għall-istess telf imma minn sorsi oħra (bħall-assigurazzjoni) jiġi mnaqqas mill-kumpens imħallas mill-istat?

Iva.

2.16. Hemm kriterji oħra li jistgħu jinfluwenzaw il-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens, jew kif l-ammont ta’ kumpens jiġi kkalkulat, bħall-imġieba tiegħi stess fir-rigward ta’ l-avveniment li jkun ikkawża d-danni?

Iva.

Kondizzjoni oħra għall-kumpens mill-istat huma l-mezzi tal-vittma. Is-sitwazzjoni tad-dħul tar-rikorrenti għalhekk tiġi eżaminata. Rikorrent li d-dħul nett tiegħu (id-dħul individwali, jekk huwa/hija membru ta' familja) ma jaqbiżx id-doppju ta' l-ammont bażiku huwa eliġibbli għall-kumpens. (Fl-2006 il-limitu tal-mezzi kien HUF 125 302).

Il-liġi teskludi l-kumpens f'xi każijiet fuq bażi ta' l-imġieba tal-vittma: ċerti atti jew omissjonijiet jeskluduh/a mill-kumpens għad-danni anke jekk huwa jew hija tkun taħt il-limitu tal-mezzi. Għalhekk, il-vittma ma tkunx intitolata għall-kumpens jekk id-danni jkunu diġà ġew irkuprati jew jekk it-talba ta' l-assigurazzjoni li minnha jista' jiġi mistenni rkupru sħiħ jew parzjali tad-danni ma tkunx ġiet infurzata; jekk il-vittma tkun ipprovokat l-att kriminali jew ikkontribwiet għall-okkorrenza tad-danni; jekk il-vittma ma tikkooperax ma' l-awtoritajiet fil-proċeduri kriminali jew fil-proċedura għall-kumpens tad-danni; jew jekk il-vittma twettaq reat kriminali f'konnessjoni mar-reat li kkawża d-danni.

2.17. Jista’ jkolli ħlas minn qabel fuq il-kumpens? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet?

Le.

FuqFuq

2.18. Minn fejn nista’ nġib il-formoli neċessarji u aktar informazzjoni fuq kif għandi napplika? Hemm linja speċjali għall-għajnuna jew sit web li nista’ nuża?

Il-formola neċessarja tista' titniżżel mill-Internet:

http://www.im.hu/ Deutsch - English - français - magyar

Il-formola hija disponibbli wkoll mill-korpi reġjonali ta' l-Uffiċċju tal-Ġustizzja. Id-dettalji ta' kuntatt għall-korpi reġjonali jistgħu jinkisbu billi ċċempel fuq dan in-numru tat-telefown (b'xejn): 06-80-244-444.

2.19. Nista’ nikseb għajnuna legali biex nagħmel ir-rikors?

Is-Servizzi ta’ Sostenn għall-Vittmi ta’ l-Uffiċċju tal-Ġustizzja joffru għajnuna biex isir ir-rikors.

2.20. Fejn għandi nibgħat il-petizzjoni?

Ir-rikors jista’ jiġi sottomess lis-Servizzi ta’ Sostenn tal-Vittmi reġjonali ta’ l-Uffiċċju tal-Ġustizzja.

2.21. Hemm xi organizzazzjonijiet ta’ għajnuna għall-vittmi li jistgħu joffru aktar għajnuna?

Hemm numru ta’ organizzazzjonijiet ċivili fir-Repubblika ta’ l-Ungerija li joffru għajnuna lill-vittmi tal-kriminalità. Uħud jgħinu kategorija partikolari ta’ vittmi (eż. in-nisa), filwaqt li oħrajn jgħinu persuni li saru vittmi b’riżultat ta’ reati kriminali speċifiċi (eż. relatati mad-dar).

« Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Informazzjoni Ġenerali | Ungerija - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 07-03-2008

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit