Kummissjoni Ewropea > NGE > Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità > Greċja

L-aħħar aġġornament: 17-11-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Greċja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Ksib ta’ kumpens għad-danni mingħand dak li jagħmel ir-reat 1.
1.1. Taħt liema kondizzjonijiet nista’ nitlob kumpens għad-danni fil-ġuri kontra dak li jagħmel ir-reat (il-proċeduri kriminali)? 1.1.
1.2. F’liema waqt tal-proċedura għandi nressaq it-talba? 1.2.
1.3. Kif għandi nressaq it-talba tiegħi, u lil min? 1.3.
1.4. Kif għandi nippreżenta t-talba tiegħi (nindika ammont globali u/jew nispeċifika d-danni wieħed wieħed)? 1.4.
1.5. Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċeduri? 1.5.
1.6. Liema provi nintalab nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi? 1.6.
1.7. Jekk ningħata kumpens għad-danni mill-qorti, hemm xi assistenza speċjali li jiena, bħala vittma ta’ delitt, nista’ nagħmel użu minnha biex tiġi infurzata s-sentenza kontra dak li jagħmel ir-reat? 1.7.
2. Ksib ta’ kumpens mingħand l-istat jew minn istituzzjoni pubblika 2.
2.1. Huwa possibbli li jinkiseb kumpens mingħand l-istat jew mingħand istituzzjoni pubblika? 2.1.
2.2. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li jkunu sofrew ċerti tipi ta’ delitti? 2.2.
2.3. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li jkunu sofrew ċerti tipi ta’ ħsara? 2.3.
2.4. Jistgħu qraba jew dipendenti tal-vittmi li jkunu mietu kawża tad-delitt jiksbu kumpens? 2.4.
2.5. Il-possibbilità tal-ksib ta’ kumpens hija limitata għall-persuni ta’ ċerta nazzjonalità jew għall-persuni li jgħixu f’ċertu pajjiż? 2.5.
2.6. Nista’ napplika għall-kumpens mill-Greċja jekk id-delitt twettaq f’pajjiż ieħor? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet? 2.6.
2.7. Huwa neċessarju li wieħed ikun irrapporta d-delitt lill-pulizija? 2.7.
2.8. Huwa neċessarju li noqgħod nistenna r-riżultat ta’ l-investigazzjonijiet tal-pulizija jew tal-proċeduri kriminal qabel ma napplika? 2.8.
2.9. Jekk dak li jagħmel ir-reat ikun ġie identifikat, huwa neċessarju li l-ewwel nipprova nikseb kumpens mingħand dak li jagħmel ir-reat? 2.9.
2.10. Jekk dak li għamel ir-reat ma jkunx ġie identifikat jew ma jkunx instab ħati, ikun għadu possibbli li wieħed jikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, xi prova neħtieġ nipproduċi biex insostni l-applikazzjoni tiegħi għall-kumpens? 2.10.
2.11. Hemm xi terminu li matulu trid issir l-applikazzjoni għall-kumpens? 2.11.
2.12. Għal liema ħsarat nista’ niġi ikkumpensat? 2.12.
2.13. Kif jiġi kkalkulat il-kumpens? 2.13.
2.14. Jeżisti ammont minimu u/jew massimu li jista’ jiġi mogħti? 2.14.
2.15. Il-kumpens li nkun irċevejt, jew li nista’ nirċievi, għall-istess ħsarat imma minn sorsi oħrajn (bħall-assigurazzjoni) jitnaqqas mill-kumpens li nirċievi mill-Istat? 2.15.
2.16. Hemm xi kriterji oħrajn li jistgħu jinfluwenzaw l-opportunità li nirċievi kumpens, jew kif jiġi ikkalkulat l-ammont tal-kumpens, bħall-imġiba tiegħi stess fir-rigward tal-fatt li kkaġuna l-ħsara? 2.16.
2.17. Nista’ nirċievi ħlas antiċipat tal-kumpens? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet? 2.17.
2.18. Minn fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa kif ukoll aktar tagħrif dwar kif għandi napplika? Hemm xi help line jew sit ta’ l-internet speċjali li nista’ nuża? 2.18.
2.19. Nista’ nikseb għajnuna legali biex nagħmel l-applikazzjoni? 2.19.
2.20. Fejn għandi nibgħat l-applikazzjoni? 2.20.
2.21. Hemm xi organizzazzjonijiet li jgħinu lill-vittmi minn fejn nista’ nirċievi iktar assistenza? 2.21.

 

1. Ksib ta’ kumpens għad-danni mingħand dak li jagħmel ir-reat

Jekk jogħġbok żur il-paġna ta’ l-internet ‘Kif nista’ nressaq każ il-qorti’ biex issir taf aktar dwar kif titlob kumpens barra mill-proċeduri kriminali.

Safejn jikkonċerna l-każijiet li jinvolvu aktar minn pajjiż wieħed, eż. meta d-delitt ikun sar f’pajjiż li ma jkunx il-post fejn tkun domiċiljata l-vittma, jekk jogħġbok kun af li l-vittma tista’ tressaq lil dak li jkun għamel ir-reat quddiem l-istess qorti li tkun qegħda tittratta l-aspett kriminali tal-każ jekk il-liġi nazzjonali tippermettiħ.

1.1. Taħt liema kondizzjonijiet nista’ nitlob kumpens għad-danni fil-ġuri kontra dak li jagħmel ir-reat (il-proċeduri kriminali)?

Tista’ tiġi mressqa talba ċivli quddiem il-qorti kriminali għad-danni u r-restituzzjoni minħabba delitt u għall-kumpens finanzjarju minħabba ħsara morali jew dieqa mentali mingħand dawk il-persuni li għandhom dan id-dritt mogħti lilhom permezz tal-Kodiċi Ċivili Elleniku (Artikolu 63 tal-Kodiċi Elleniku ta’ Proċedura Kriminali, hawn iktar ’l isfel imsejjaħ CCP]. Il-kondizzjoni prinċipali biex tiġi mressqa talba għad-danni quddiem qorti kriminali hija l-eżistenza ta’ dritt skond il-Kodiċi Ċivili. Tajjeb li wieħed jinnota li Artikolu 914 tal-Kodiċi Ċivili Elleniku jgħid illi, 'Persuna li b’mod illegali u bi ħtija tagħha tkun ikkaġunat ħsara lil persuna oħra għandha tkun responsabbli għall-kumpens.' Talba għad-danni li tkun diġà nġiebet quddiem qorti ċivili tista’ wkoll tinġieb quddiem qorti kriminali jekk ma jkun ingħata ebda ġudizzju finali fil-proċeduri ċivili. Jekk jiġi eżerċitat dan id-dritt it-talba ma tistax titkompla tinstema’ quddiem il-qrati ċivili sakemm il-qorti kriminali ma terġax tirreferi t-talba lura lill-qorti ċivili, għal dak l-ammont tat-talba li l-qorti kriminali tqis li jkun għadu pendenti, bil-kondizzjoni li l-ammont mitlub ikun iktar minn € 44.

FuqFuq

1.2. F’liema waqt tal-proċedura għandi nressaq it-talba?

Il-partijiet li għandhom dritt jippreżentaw talba għad-danni jistgħu dejjem jitolbu risarċiment tad-danni fil-qrati kriminali sakemm tkun għadha ma bdietx il-proċedura ta’ ġbir ta’ provi f’qorti miftuħa għall-pubbliku. Kull ma jridu jagħmlu huwa li jiftħu kawża kontra l-akkużat skond id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Elleniku ta’ Proċedura Ċivili sat-terminu perentorju stabbilit fl-Artikolu 167 tas-CCP, fi kliem ieħor mill-inqas ħamest ijiem qabel is-seduta. B’mod eċċezzjonali, persuni li jkollhom dritt għal kumpens finanzjarju taħt il-liġi ċivili minħabba ħsara morali jew dieqa mentali jistgħu jiftħu kawża fil-qorti kriminali sakemm tkun għadha ma bdietx il-proċedura tal-ġbir tal-provi mingħajr ebda proċeduri preliminari.

1.3. Kif għandi nressaq it-talba tiegħi, u lil min?

Avviż li qegħda tinfetaħ kawża jista’ jingħata lil kull uffiċjal inkarigat mill-investigazzjonijiet preliminari, lill-Prosekutur Pubbliku [billi tinfetaħ kawża], lill-imħallef li jkun qiegħed jinvestiga l-każ jew anki għall-ewwel darba fil-qorti li tkun qegħda tisma’ l-każ kriminali. Fil-każ ta’ dan ta’ l-aħħar huwa importanti t-terminu perentorju biex tinfetaħ kawża kontra min jagħmel ir-reat jew il-parti responsabbli skond il-liġi ċivili li jiskadi ħamest ijiem qabel id-data tas-smigħ.

1.4. Kif għandi nippreżenta t-talba tiegħi (nindika ammont globali u/jew nispeċifika d-danni wieħed wieħed)?

Meta t-talba għad-danni ma tkunx tirrigwarda kumpens għal ħsara morali jew dieqa mentali imma għal ħsara li jkun sofra l-vittma, id-dispożizzjonijiet applikabbli għal kull azzjoni oħra mressqa quddiem qorti ċivili japplikaw hawnhekk ukoll (ara t-taqsima msejħa ‘Kif nista’ nressaq każ il-Qorti ’).

FuqFuq

1.5. Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċeduri?

Fil-kawżi għad-danni d-dispożizzjonijiet applikabbli għal kull azzjoni oħra mressqa quddiem qorti ċivili japplikaw hawnhekk ukoll (ara t-taqsima msejħa ‘l-Għajnuna Legali’).

1.6. Liema provi nintalab nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Il-provi kollha meħtieġa biex tkun ippruvata kull talba oħra (ara t-taqsima msejħa ‘il-Provi’).

1.7. Jekk ningħata kumpens għad-danni mill-qorti, hemm xi assistenza speċjali li jiena, bħala vittma ta’ delitt, nista’ nagħmel użu minnha biex tiġi infurzata s-sentenza kontra dak li jagħmel ir-reat?

S’issa għad m’hemmx servizz pubbliku jew servizz ieħor bħal dan.

2. Ksib ta’ kumpens mingħand l-istat jew minn istituzzjoni pubblika

2.1. Huwa possibbli li jinkiseb kumpens mingħand l-istat jew mingħand istituzzjoni pubblika?

B’mod ġenerali, s’issa l-liġi Griega ma taħsibx għal mod kif tista’ tikseb kumpens mingħand l-Istat għal ħsara li tkun sofrejt minħabba attivitajiet kriminali ta’ terza persuna. L-uniku każ fejn l-Istat huwa responsabbli taħt il-liġi ċivili u obbligat iħallas għad-danni huwa l-Artikolu 105 ta’ l-Att Preliminari tal-Kodiċi Ċivili. Dan jirregola l-każi fejn l-atti jew omissjonijiet illegali jwettquhom istituzzjonijiet pubbliċi, muniċipalitajiet, komunitajiet jew istituzzjonijiet pubbliċi legali oħrajn meta jeżerċitaw is-setgħat pubbliċi assenjati lilhom. It-tweġibiet t’hawn taħt jirreferu għal dak il-każ biss.

FuqFuq

2.2. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li jkunu sofrew ċerti tipi ta’ delitti?

Kif issemma hawn fuq, din il-possibbiltà tirrigwarda biss lil danni mwettqin minn istituzzjonijiet pubbliċi, muniċipalitajiet, komunitajiet jew istituzzjonijiet pubbliċi legali oħrajn meta jeżerċitaw is-setgħat pubbliċi assenjati lilhom.

2.3. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li jkunu sofrew ċerti tipi ta’ ħsara?

Kull tip ta’ ħsara mġarrba minħabba atti bħal dawn tista’ tkun ikkumpensata.

2.4. Jistgħu qraba jew dipendenti tal-vittmi li jkunu mietu kawża tad-delitt jiksbu kumpens?

Iva, l-eredi tal-vittma jistgħu jitolbu kumpens għad-danni li jkunu sofrew u d-dipendenti jistgħu jitolbu kumpens għad-dieqa mentali li jkunu sofrew.

2.5. Il-possibbilità tal-ksib ta’ kumpens hija limitata għall-persuni ta’ ċerta nazzjonalità jew għall-persuni li jgħixu f’ċertu pajjiż?

Din il-possibbilità m’hijiex limitata f’termini ta’ nazzjonalità jew residenza.

2.6. Nista’ napplika għall-kumpens mill-Greċja jekk id-delitt twettaq f’pajjiż ieħor? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet?

It-tweġiba hija iva taħt il-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq u jekk l-istituzzjoni pubblika kienet qegħda teżerċita s-setgħat tagħha f’pajjiż ieħor.

2.7. Huwa neċessarju li wieħed ikun irrapporta d-delitt lill-pulizija?

Le, m’huwiex neċessarju li li wieħed ikun irrapporta d-delitt lill-pulizija

FuqFuq

2.8. Huwa neċessarju li noqgħod nistenna r-riżultat ta’ l-investigazzjonijiet tal-pulizija jew tal-proċeduri kriminal qabel ma napplika?

Le.

2.9. Jekk dak li jagħmel ir-reat ikun ġie identifikat, huwa neċessarju li l-ewwel nipprova nikseb kumpens mingħand dak li jagħmel ir-reat?

Dak li jagħmel ir-reat huwa responsabbli flimkien ma’ l-Istat bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali dwar ir-responsabbiltà ministerjali.

2.10. Jekk dak li għamel ir-reat ma jkunx ġie identifikat jew ma jkunx instab ħati, ikun għadu possibbli li wieħed jikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, xi prova neħtieġ nipproduċi biex insostni l-applikazzjoni tiegħi għall-kumpens?

-

2.11. Hemm xi terminu li matulu trid issir l-applikazzjoni għall-kumpens?

L-istess limiti ta’ żmien japplikaw għat-talbiet kollha u għall-preskrizzjonijiet tagħhom.

2.12. Għal liema ħsarat nista’ niġi ikkumpensat?

Tista’ tiġi ikkumpensat għal kull ħsara anki għal dannu morali li tkun sofrejt.

2.13. Kif jiġi kkalkulat il-kumpens?

Bl-istess mod tal-każijiet l-oħrajn kollha ta’ kumpens [ara l-mistoqsija 1.4 dwar dan is-suġġett].

2.14. Jeżisti ammont minimu u/jew massimu li jista’ jiġi mogħti?

Ma jeżisti ebda limitu bħal dan. Il-livell ta’ kumpens jiddependi mit-tip ta’ ħsara.

FuqFuq

2.15. Il-kumpens li nkun irċevejt, jew li nista’ nirċievi, għall-istess ħsarat imma minn sorsi oħrajn (bħall-assigurazzjoni) jitnaqqas mill-kumpens li nirċievi mill-Istat?

Ir-regoli li japplikaw fil-każijiet l-oħrajn kollha ta’ kumpens japplikaw ukoll hawnhekk.

2.16. Hemm xi kriterji oħrajn li jistgħu jinfluwenzaw l-opportunità li nirċievi kumpens, jew kif jiġi ikkalkulat l-ammont tal-kumpens, bħall-imġiba tiegħi stess fir-rigward tal-fatt li kkaġuna l-ħsara?

Bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha ta’ kumpens, jekk jitqies li l-imġiba tal-vittma ikkontribwiet għall-ħsara li tkun ġrat jew għal-livell tagħha [ħtija kontributorja], il-livell ta’ kumpens li jingħata jitnaqqas minħabba dik ir-raġuni.

2.17. Nista’ nirċievi ħlas antiċipat tal-kumpens? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet?

Bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha ta’ kumpens, taħt ir-regoli li japplikaw b’mod ġenerali [ara t-taqsima msejħa ‘Miżuri temporanji u miżuri kawtelatorji’] tista’ titlob ħlas ta’ parti mill-kumpens anki qabel ma l-każ prinċipali jinstema’ billi titlob li tingħata għajnuna temporanja.

2.18. Minn fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa kif ukoll aktar tagħrif dwar kif għandi napplika? Hemm xi help line jew sit ta’ l-internet speċjali li nista’ nuża?

Ma jeżisti xejn f’dan ir-rigward.

2.19. Nista’ nikseb għajnuna legali biex nagħmel l-applikazzjoni?

Taħt l-istess termini u kondizzjonijiet li taħthom tista’ titlob għajnuna legali għal kull kwistjoni legali oħra [ara t-taqsima msejħa ‘l-Għajnuna Legali’].

2.20. Fejn għandi nibgħat l-applikazzjoni?

L-applikazzjonijiet għandom jiġu preżentati l-qorti u mhux f’xi servizz speċjali.

2.21. Hemm xi organizzazzjonijiet li jgħinu lill-vittmi minn fejn nista’ nirċievi iktar assistenza?

Le. Organizzazzjonijiet bħal dawn għadom ma jeżistux.

« Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Informazzjoni Ġenerali | Greċja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 17-11-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit