Kummissjoni Ewropea > NGE > Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità > Ġermanja

L-aħħar aġġornament: 04-07-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Ġermanja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Kumpens għad-danni mingħand min għamel ir-reat 1.
1.1. Min jista’ jressaq klejm għall-kumpens mingħand min għamel ir-reat, u taħt liema kundizzjonijiet (fil-proċedura kriminali)? 1.1.
1.2. Waqt liema stadju tal-proċedura għandi nressaq il-klejm? 1.2.
1.3. Kif għandi nressaq il-klejm u lil min għandi nindirizzah? 1.3.
1.4. Kif għandi nippreżenta il-klejm għad-danni (billi nagħti ammont totali u/jew nqassmu b’informazzjoni fuq id-danni individwali? 1.4.
1.5. Hemm xi għajnuna għall-ispejjeż tal-proċedura disponibbli qabel u/jew matul il-proċedura? 1.5.
1.6. Liema provi għandi nippreżenta ma’ l-applikazzjoni? 1.6.
1.7. Jekk klejm għal kumpens jiġi ordnat mill-qorti, hemm xi assistenza legali disponnibli lill-vittma biex jiġi infurzat id-digriet tal-qorti fuq min għamel ir-reat? 1.7.
2. Kumpens mill-istat jew minn entitajiet pubbliċi 2.
2.1. Hemm il-possibilità li jingħata l-kumpens mill-istat jew minn xi entitajiet pubbliċi? 2.1.
2.2. Din il-possibilità hija disponibbli biss għall-persuni li huma vittmi ta’ reati partikolari? 2.2.
2.3. Din il-possibilità hija disponibbli biss għall-persuni li sofrew xi danni partikolari? 2.3.
2.4. Il-qraba ta’ vittmi mejtin jew persuni dipendenti fuqhom jistgħu jirċievu l-kumpens? 2.4.
2.5. Il-possibilità ta’ kumpens hija disponibbli biss għall-persuni li għandhom xi nazzjonalità partikolari jew għall-persuni li għandhom ir-residenza ġo xi pajjiżi partikolari? 2.5.
2.6. Il-vittma tista’ tfittex għal kumpens ġo [l-Istat Membru], jekk ir-reat ikun sar ġo Stat ieħor? 2.6.
2.7. Ir-reat irid jiġi rrappurtat lill-pulizija? 2.7.
2.8. Hemm bżonn li l-investigazzjonijiet tal-pulizija jew il-proċedura kriminali jkunu ġew konklużi biex jitressaq klejm? 2.8.
2.9. F’każ fejn ikun magħruf min għamel ir-reat, l-ewwel għandi nipprova nieħu l-kumpens mingħand dak li għamel ir-reat? 2.9.
2.10. Jekk min għamel ir-reat mhux magħruf jew jekk għadu ma nstabx ħati, teżisti xorta l-possibilità li nieħu l-kumpens? Jekk iva, liema provi għandi nippreżenta ma’ l-applikazzjoni? 2.10.
2.11. Klejm għall-kumpens irid jitressaq f’ċerta medda ta’ żmien? 2.11.
2.12. Liema tipi ta’ danni jaqgħu taħt dawn ir-regoli? 2.12.
2.13. Kif jiġi kkalkolat il-kumpens? 2.13.
2.14. Hemm ammonti minimi jew massimi li jistgħu jingħataw? 2.14.
2.15. Jekk il-vittma tkun irċeviet jew tista’ tirċievi l-kumpens għall-istess danni minn x’imkien ieħor (eż. assigurazzjoni), dan jitnaqqas mill-kumpens mill-istat? 2.15.
2.16. Hemm xi kriterji oħrajn li jinfluwenzaw il-possibilità li jingħata l-kumpens jew kif jiġi kkalkolat l-ammont tal-kumpens, per eżempju l-imġiba tal-vittma b’relazzjoni għall-att li kkaġuna d-danni? 2.16.
2.17. Huwa possibbli li parti mill-kumpens titħallas bil-quddiem? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet? 2.17.
2.18. Minn fejn jistgħu jinġabru l-formoli neċessarji kif ukoll aktar tagħrif dwar kif titressaq applikazzjoni? Hemm xi helpline bit-telefon jew xi website mwaqqaf għal każijiet bħal dawn? 2.18.
2.19. Meta titressaq l-applikazzjoni, il-vittma tista’ tingħata xi għajnuna għall-ispejjeż tal-proċedura? 2.19.
2.20. Lil min għandha tiġi indirizzata l-applikazzjoni? 2.20.
2.21. Jeżistu xi organizzazzjonijiet li jgħinu lill-vittmi u li jistgħu jagħtu aktar appoġġ? 2.21.

 

1. Kumpens għad-danni mingħand min għamel ir-reat

Għal tagħrif dwar klejms għal kumpens għad-danni mingħand min għamel ir-reat, li jitressqu barra minn proċedura kriminali, ara l-fuljett  ‘Rikors fil-qorti’.

F’każijiet li jmorru lil hinn minn fruntieri nazzjonali, per eżempju fejn l-att kriminali jkun sar fi Stat Membru li m’hux ir-residenza tal-vittma, dik il-persuna tista’ tressaq klejm għall-kumpens mingħand min għamel ir-reat fil-qorti fejn issir il-proċedura kriminali, sakemm il-liġi nazzjonali tippermettiha.

1.1. Min jista’ jressaq klejm għall-kumpens mingħand min għamel ir-reat, u taħt liema kundizzjonijiet (fil-proċedura kriminali)?

Kull persuna li tkun sofriet korriment ikkaġunat minn att kriminali, kif ukoll il-werrieta tagħha, tista’ tressaq klejm finanzjarju relatat ma’ l-att kriminali kontra l-akkużat, fil-qorti tal-liġi responsabbli u jekk il-klejm għadu ma tressaqx quddiem il-qorti x’imkien ieħor.

1.2. Waqt liema stadju tal-proċedura għandi nressaq il-klejm?

L-applikazzjoni tista’ ssir fil-proċedura ta’ l-investigazzjoni qabel li l-proċedura kriminali tkun infetħet fil-qorti, jew inkella fil-proċedura prinċipali sal-bidu tar-rapporti finali.

1.3. Kif għandi nressaq il-klejm u lil min għandi nindirizzah?

L-applikazzjoni biex jitressaq il-klejm tista’ tiġi sottomessa bil-miktub - lill-uffiċċju ta’ l-avukat ġenerali, u lill-qorti wara li tkun tressqet l-akkuża – jew inkella tista’ tiġi sottomessa verbalment u tinkiteb mill-uffiċjal inkarigat mill-arkivju tal-qorti, u tista’ wkoll tiġi sottomessa verbalment fil-proċedura prinċipali. L-uffiċju ta’ l-avukat ġenerali li qiegħed imexxi l-investigazzjoni kontra l-akkużat, per eżempju l-qorti fejn tressqet l-akkuża, huwa responsabbli.

FuqFuq

1.4. Kif għandi nippreżenta il-klejm għad-danni (billi nagħti ammont totali u/jew nqassmu b’informazzjoni fuq id-danni individwali?

L-applikazzjoni trid tiddeskrivi eżattament iċ-ċirkostanzi u r-raġuni tal-klejm. Pagament mitlub irid normalment jinkludi l-ammont ta’ flus, iżda mhux meta l-ammont l-ewwel irid jiġi ddeterminat minn espert jew meta l-klejm għad-danni se jiġi kkalkolat mill-qorti.

1.5. Hemm xi għajnuna għall-ispejjeż tal-proċedura disponibbli qabel u/jew matul il-proċedura?

Kull min jissottometti applikazzjoni jista’ jieħu għajnuna għall-ispejjeż tal-proċedura meta ssir l-applikazzjoni u wara li l-akkuża tkun tressqet, jekk minħabba ċ-ċirkostanzi personali u finanzjarji tiegħu jista’ jħallas biss parti mill-ispejjeż tal-proċedura, jew jista’ biss iħallashom bin-nifs. Minbarra dan, irid jidher probabbli biżżejjed li t-talba legali ser tirnexxi u li mhix malizzjuża.

1.6. Liema provi għandi nippreżenta ma’ l-applikazzjoni?

L-applikazzjoni biex jitressaq il-klejm trid tinkludi l-provi xierqa. Iżda ma jkunx ta’ detriment jekk il-provi ma jiġux sottomessi, peress li skond d-dmirijiet tagħha l-qorti trid ukoll tinvestiga l-verità tal-provi, u dan b’relazzjoni għall-fatti u l-provi kollha li jistgħu jinfluwenzaw id-deċiżjoni.

1.7. Jekk klejm għal kumpens jiġi ordnat mill-qorti, hemm xi assistenza legali disponnibli lill-vittma biex jiġi infurzat id-digriet tal-qorti fuq min għamel ir-reat?

Le.

FuqFuq

2. Kumpens mill-istat jew minn entitajiet pubbliċi

2.1. Hemm il-possibilità li jingħata l-kumpens mill-istat jew minn xi entitajiet pubbliċi?

Il-kumpens jista’ jingħata skond il-liġi dwar il-kumpens għall-vittmi ta’ atti vjolenti.

2.2. Din il-possibilità hija disponibbli biss għall-persuni li huma vittmi ta’ reati partikolari?

Il-kumpens jista’ jingħata lill-vittmi ta’ attakk intenzjonali u kontra l-liġi, jiġifieri, att vjolenti. Vittmi intitolati għall-kumpens minħabba l-atti vjolenti jinkludu dawk attakkati b’mezzi perikolużi għall-pubbliku, per eżempju attakk ta’ bomba, jew dawk li jsofru d-danni minħabba attakk fuq persuna oħra, jew minħabba li ppruvaw jiddefendu rwieħhom kontra xi attakk. Klejm għall-kumpens jista’ jitressaq ukoll minħabba abbuż sesswali.

Il-kumpens ma jingħatax għall-atti kriminali li ma jgħoddux bħala att vjolenti fuq l-integrità ta’ persuna, per eżempju s-serq mid-dar jew il-frodi.

2.3. Din il-possibilità hija disponibbli biss għall-persuni li sofrew xi danni partikolari?

Il-kriterju għal klejm għall-kumpens huwa li tkun saret xi ħsara fiżika jew psikoloġika minħabba att vjolenti. Pensjonijiet kull xahar jingħataw biss meta tkun saret xi ħsara lis-saħħa fit-tul. Il-kumpens ma jingħatax għad-danni finanzjarji waħedhom.

2.4. Il-qraba ta’ vittmi mejtin jew persuni dipendenti fuqhom jistgħu jirċievu l-kumpens?

Klejm għall-kumpens jista’ jitressaq ukoll mir-raġel jew mill-mara tal-vittma, jew mit-tfal u f’każijiet speċjali mill-ġenituri tal-vittma. Rġiel jew nisa separati u nanniet jistgħu jingħataw il-kumpens jekk kienu jirċievu jew se jirċievu l-manteniment mill-vittma.

FuqFuq

2.5. Il-possibilità ta’ kumpens hija disponibbli biss għall-persuni li għandhom xi nazzjonalità partikolari jew għall-persuni li għandhom ir-residenza ġo xi pajjiżi partikolari? 

Klejm jista’ jitressaq minn persuni ta’ nazzjonalità Ġermaniża kif ukoll barranin li jgħixu l-Ġermanja bi dritt legali. Persuni ta’ nazzjonalitajiet ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, kif ukoll barranin li ilhom jgħixu l-Ġermanja bi dritt legali għal aktar minn tliet snin, jingħataw il-kumpens sħiħ. Barranin li m’ilhomx jgħixu l-Ġermanja bi dritt legali għal medda ta’ tliet snin, jingħataw il-kumpens b’mod mhux marbut mal-qligħ, jew jekk se jitilqu mill-pajjiż jingħataw ammont wieħed. F’każ ta’ danni kbar, viżitaturi u turisti jingħataw darba kumpens għat-tbatija.

2.6. Il-vittma tista’ tfittex għal kumpens ġo [l-Istat Membru], jekk ir-reat ikun sar ġo Stat ieħor?

Il-liġi dwar il-kumpens għall-vittmi ta’ atti vjolenti hija bbażata fuq il-prinċipju li l-vittma ta’ att vjolenti jkollha pretenzjoni għall-kumpens minn dak l-istat li, minkejja l-isforzi kollha tiegħu, ma setax jipproteġiha. Peress li l-liġi dwar il-kumpens għall-vittmi ta’ atti vjolenti hija bbażata fuq il-prinċipju territorjali, il-kumpens jingħata biss jekk l-att vjolenti jkun sar fiż-żona li taqa’ taħt l-awtorità tal-liġi.

2.7. Ir-reat irid jiġi rrappurtat lill-pulizija?

Il-vittma trid tagħmel dak kollu li tista’ biex l-att jiġi solvut u biex il-passi legali jittieħdu kontra min hu ħati, li jinkludi rapport kriminali lill-awtorità responsabbli biex jittieħdu l-passi legali kontra l-kriminalità (eż. il-pulizija jew l-uffiċċju ta’ l-avukat ġenerali). Madankollu, f’każijiet speċjali (eż. abbuż sesswali, atti li jsiru fl-ambitu tal-familja) l-obbligu li jsir rapport jista’ jitwarrab.

FuqFuq

2.8. Hemm bżonn li l-investigazzjonijiet tal-pulizija jew il-proċedura kriminali jkunu ġew konklużi biex jitressaq klejm?

L-awtoritajiet tal-pajjiżi federali li huma responsabbli għall-infurzar tal-liġi dwar il-kumpens għall-atti vjolenti, iridu jaslu waħedhom għad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-kumpens għall-vittma, indipendentement mir-riżultati ta’ l-investigazzjonijiet tal-pulizija, ta’ l-avukat ġenerali jew tal-qorti. Għalhekk, applikazzjoni bħal din trid titressaq fi żmien l-aktar fis possibbli wara li jkun sar l-att li kkaġuna d-danni, indipendentement mill-introduzzjoni u t-tmexxija ta’ proċedura ta’ investigazzjoni mill-pulizija jew mill-avukat ġenerali.

2.9. F’każ fejn ikun magħruf min għamel ir-reat, l-ewwel għandi nipprova nieħu l-kumpens mingħand dak li għamel ir-reat?

Klejm b’relazzjoni għal-liġi dwar il-kumpens għall-vittmi ta’ atti vjolenti, li huwa parti mid-dritt soċjali għall-kumpens, jeżisti indipendentement minn kull klejm għall-kumpens mingħand min għamel l-att. Jekk huwa possibbli li jitressaq klejm kontra min għamel l-att, parti mill-klejm tal-vittma, ikkalkolata skond ir-regolamenti tal-liġi dwar il-kumpens għall-vittmi, tiġi ttrasferita lill-istat.

2.10. Jekk min għamel ir-reat mhux magħruf jew jekk għadu ma nstabx ħati, teżisti xorta l-possibilità li nieħu l-kumpens? Jekk iva, liema provi għandi nippreżenta ma’ l-applikazzjoni?

Kif ġie spjegat f’2.8, il-kumpens jingħata indipendentement mis-sentenza jew il-piena li jingħata lil min għamel ir-reat. Kull min japplika għall-kumpens għall-vittmi – bħal m’hu il-każ fil-liġi soċjali kollha – għandu jippreżenta l-provi tar-raġunijiet għaliex se jitressaq il-klejm, jiġifieri partikolarment il-provi ta’ l-att vjolenti li jkun sar kontrih, kif ukoll tal-ħsara lil saħħtu kkaġunata mill-att. F’każijiet fejn mhux magħruf min għamel ir-reat, jew fejn il-provi m’humiex disponibbli, il-bżonn ta’ provi jista’ jitnaqqas konsiderevolment favur min qiegħed japplika.

FuqFuq

2.11. Klejm għall-kumpens irid jitressaq f’ċerta medda ta’ żmien?

Klejm għall-kumpens m’hemmx bżonn isir fi żmien stipulat. Il-pagamenti jingħataw ġeneralment mix-xahar meta ssir l-applikazzjoni. Iżda jistgħu jingħataw ukoll għal ċertu perijodu ta’ żmien qabel ma tkun saret l-applikazzjoni, jekk l-applikazzjoni ssir fi żmien sena wara li sar ir-reat.

2.12. Liema tipi ta’ danni jaqgħu taħt dawn ir-regoli?

Skond il-liġi dwar il-kumpens għall-vittmi, pagamenti jingħataw bħala kumpens għall-ħsara lis-saħħa u għad-danni finanzjarji. Ma jingħatax kumpens għad-danni mhux materjali.

2.13. Kif jiġi kkalkolat il-kumpens?

Il-vittmi ta’ atti vjolenti jingħataw il-mezzi kollha tal-kura tas-saħħa li hemm bżonn biex jerġgħu jieħdu s-saħħa tagħhom jew biex jmorru għall-aħjar (eż. mezzi għar-riabilitazzjoni tas-saħħa jew tax-xogħol, pagamenti għall-kura, trattamenti psikoterapewtiċi, eċċ), pagamenti biex l-għajxien tagħhom ikun żgurat, kif ukoll pensjonijiet fit-tul mħallsin bħala kumpens għall-ħsara lis-saħħa jew għad-danni finanzjarji. L-ammonti tad-diversi gradi ta’ pagamenti jingħataw skond it-tip ta’ ħsara lis-saħħa, kif ukoll skond it-telf finanzjarju kkaġunat mid-danni.

2.14. Hemm ammonti minimi jew massimi li jistgħu jingħataw?

Il-pensjonijiet ta’ kull xahar li jingħataw bħala kumpens għall-ħsara lis-saħħa jitħallsu b’ammonti fissi kkalkolati skond it-tip ta’ ħsara, u jiġu rriveduti kull sena. Madankollu, bħalissa l-ammont minimu huwa ta’ 118 euro kull xahar. L-ammonti tal-pagamenti l-oħrajn kollha li jitħallsu bħala kumpens għad-danni finanzjarji, jiddependu fuq il-qligħ tal-vittma ta’ l-att vjolenti. Ammonti massimi ta’ kumpens fix-xahar jew kumpens totali m’humiex stipulati.

FuqFuq

2.15. Jekk il-vittma tkun irċeviet jew tista’ tirċievi l-kumpens għall-istess danni minn x’imkien ieħor (eż. assigurazzjoni), dan jitnaqqas mill-kumpens mill-istat?

Il-pagamenti li jiġu kkunsidrati huma biss dawk li l-vittma tirċievi verament minħabba l-istess danni u għall-istess għan.

2.16. Hemm xi kriterji oħrajn li jinfluwenzaw il-possibilità li jingħata l-kumpens jew kif jiġi kkalkolat l-ammont tal-kumpens, per eżempju l-imġiba tal-vittma b’relazzjoni għall-att li kkaġuna d-danni?

Il-kumpens jista’ ma jingħatax jekk il-vittma terfa’ r-responsabbiltà (jew parti minnha) għad-danni, jew jekk hemm xi raġuni oħra għaliex jidher li mhux xieraq li jingħata l-kumpens.

2.17. Huwa possibbli li parti mill-kumpens titħallas bil-quddiem? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Pagamenti għat-trattamenti tas-saħħa jistgħu jingħataw minnufih, eż. l-ispejjeż tagħhom jitħallsu. Il-pensjonijiet ma jitħallsux bil-quddiem. Minkejja dan, applikazzjonijiet għall-kumpens għall-vittmi jingħataw preferenza u jiġu pproċessati u deċiżi malajr.

2.18. Minn fejn jistgħu jinġabru l-formoli neċessarji kif ukoll aktar tagħrif dwar kif titressaq applikazzjoni? Hemm xi helpline bit-telefon jew xi website mwaqqaf għal każijiet bħal dawn?

L-applikazzjoni tista’ ssir anke mingħajr formola. Il-formoli jinġabru mingħand l-uffiċċji tas-servizzi tal-pajjiżi federali li huma wkoll responsabbli li jagħtu l-pariri lill-vittmi ta’ atti vjolenti dwar il-klejms tagħhom. Aktar tagħrif jittieħed ukoll minn, per eżempju, awtoritajiet soċjali, uffiċċji tas-sigurtà soċjali, uffiċċji ta’ l-assigurazzjoni tas-saħħa, uffiċċji ta’ l-assigurazzjoni u l-awtoritajiet tal-pulizija. Fil-Ġermanja, il-ministeru federali għas-saħħa u għas-sigurtà soċjali jippubblika fuljett dwar il-kumpens għall-vittmi li jista’ jinġabar mingħajr ħlas miċ-ċittadini u mill-awtoritajiet. Barra minn hekk, it-test tal-liġi u aktar tagħrif dwar il-kumpens għall-vittmi jistgħu jinqraw fuq il-paġna ta’ l-internet tal-ministeru federali. Il-pajjiżi federali responsabbli għall-infurzar tal-liġi jippubblikaw ukoll fuljetti relevanti, u jagħtu aktar tagħrif fuq il-websites tagħhom. Ma jeżistix numru tat-telefon uffiċjali speċjali għall-vittmi ta’ atti vjolenti, iżda l-għajnuna tista’ tittieħed il-ħin kollu billi ċċempel in-numru tal-pulizija ġenerali ta’ l-emerġenza.

2.19. Meta titressaq l-applikazzjoni, il-vittma tista’ tingħata xi għajnuna għall-ispejjeż tal-proċedura?

Il-proċedura amministrattiva biex tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-kumpens issir mingħajr ħlas. Lanqas hemm spejjeż tal-qorti jekk imbagħad tinfetaħ proċedura quddiem il-qorti soċjali responsabbli.

2.20. Lil min għandha tiġi indirizzata l-applikazzjoni?

Id-deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-kumpens għall-vittmi tittieħed mill-awtoritajiet tas-servizzi reġjonali responsabbli fil-pajjiżi federali. Madankollu, l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu indirizzati lill-awtoritajiet soċjali l-oħrajn kollha.

2.21. Jeżistu xi organizzazzjonijiet li jgħinu lill-vittmi u li jistgħu jagħtu aktar appoġġ?

Jeżistu diversi organizzazzjonijiet privati li jgħinu lill-vittmi ta’ atti vjolenti. Dawn jinkludu xi assoċjazzjonijiet lokali kif ukoll oħrajn li jaħdmu fil-pajjiżi federali kollha.

Aktar tagħrif

Il-vittma ta’ att vjolenti tista’ tressaq klejm għall-kumpens għad-danni finanzjari, li jkopri wkoll ħsarat mhux materjali, skond id-drittijiet ċivili tagħha kif ukoll permezz ta’ proċedura kriminali (Adhäsionsverfahren).

« Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Informazzjoni Ġenerali | Ġermanja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 04-07-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit