Kummissjoni Ewropea > NGE > Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità

L-aħħar aġġornament: 27-02-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Informazzjoni Ġenerali

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Il-kumpens lil vittmi tal-kriminalità

Kif tista’ tikseb kumpens għall-ġrieħi u t-telf sofferti bħala riżultat ta’ delitt imwettaq kontrik?

Li ssir vittma ta’ delitt hija waħda mill-aktar esperjenzi negattivi immaġinabbli. Vittma tista’ ssofri ġrieħi gravi fiżiċi kif ukoll tensjoni mentali kbira u problemi psikoloġiċi, għal perjodu twil ta’ żmien, bħala riżultat tad-delitt. Il-vittma jista’ jkollha tbati l-ispejjeż għall-kura medika u żmien twil fl-isptar, u tista’ titlef id-dħul minħabba l-inkapacità li tkompli taħdem. Il-vittma tista’ tħoss li l-integrità personali tiegħu jew tagħha tkun ġiet vjolata, issofri minn ansjetà għal żmien twil meta tkun fil-pubbliku, u tħoss tnaqqis ġenerali fit-tgawdija tal-ħajja.

Ir-responsabbiltà ta’ min jikkommetti d-delitt li jħallas id-danni

Huwa naturali li l-vittma tkun tixtieq li tiġi kkumpensata għall-ġrieħi u t-telf ikkawżati. Ir-responsabbiltà għall-ħlas ta’ tali kumpens, fl-Istati Membri kollha, taqa’ fuq min jikkommetti d-delitt. Din ir-responsabbiltà, imsejħa responsabbiltà ċivili, hija koperta mil-liġi ċivili ta’ kull Stat Membru u tobbliga lil min jikkommetti d-delitt li jħallas id-danni lill-vittma biex ikopri t-telf ikkawżat.

Ir-responsabbiltà ta’ min jikkommetti d-delitt li jħallas id-danni lill-vittma hija differenti mir-responsabbiltà kriminali tiegħu jew tagħha lejn l-istat. Id-danni jikkonċernaw ir-relazzjoni bejn min jikkommetti d-delitt u l-vittma, u, fil-prinċipju, hija l-vittma li għandha titlob tali danni fi proċeduri fil-qorti ċivili. Ir-responsabbiltà kriminali tikkonċerna r-relazzjoni bejn min jikkommetti d-delitt u l-istat. Huwa f’idejn l-awtoritajiet kompetenti (il-pulizija, il-prosekutur, l-imħallef inkwirenti) li jfittxu l-provi kontra min jikkommetti d-delitt dwar il-ħtija tiegħu jew tagħha, u d-deċiżjoni tittieħed fi proċeduri fil-qorti kriminali.

It-triq bażika biex il-vittma tieħu d-danni hija għalhekk li tfittex lil min jikkommetti d-delitt. Aktar informazzjoni dwar kif dan jista’ jsir tista’ tinstab taħt it-tema “Kif tagħmel kawża fil-qorti”. Madankollu, billi jirrikonoxxu s-sitwazzjoni diffiċli li l-vittma tkun fiha wara d-delitt, l-Istati Membri kollha jippruvaw jgħinu lill-vittma biex tfittex għad-danni lil min jikkommetti d-delitt, b’diversi modi. Per eżempju, jista’ jkun possibbli għall-vittma li tfittex għad-danni fil-proċeduri fil-qorti kriminali, sakemm ċerti kundizzjonijiet jiġu ssodisfati. Xi Stati Membri jgħinu wkoll lill-vittma biex tinforza sentenza dwar id-danni kontra min jikkommetti d-delitt. Aktar informazzjoni tista’ tinstab billi tikklikkja fuq il-bandieri ta’ l-Istati Membri.

Il-possibbiltà li tikseb kumpens mingħand l-istat

F’ħafna każijiet ma jkunx possibbli għall-vittma li tikseb danni mingħand min jikkommetti d-delitt. Min jikkommetti d-delitt forsi qatt ma jiġi identifikat, jew ir-riżultati ta’ l-investigazzjoni tal-pulizija ma jagħtux provi biżżejjed dwar min ikkommetta d-delitt. Anki jekk il-vittma tkun kisbet sentenza dwar id-danni, min jikkommetti d-delitt jista’ ma jkollux dħul u assi u fil-prattika ma jkunx jista’ jħallas id-danni.

Għal dik ir-raġuni xi Stati Membri introduċew il-possibbiltà li, minflok, il-vittma tikseb kumpens mill-istat. Fil-biċċa l-kbira ta’ l-Istati Membri jkun neċessarju li l-vittma l-ewwel tipprova tikseb id-danni mingħand min jikkommetti d-delitt. Jekk dan ma jirnexxix, il-vittma tista’ tapplika lill-istat għall-kumpens. F’xi Stati Membri il-possibbiltà li tikseb kumpens mill-istat hija ristretta bi kriterji oħra, f’dawk li huma t-tipi ta’ delitti li koperti jew it-tipi u l-ammont tat-telf li jista’ jiġi kkumpensat. Xi Stati Membri għandhom kundizzjonijiet aktar ġenerużi għall-kumpens lil vittmi ta’ attakki terroristiċi. Aktar informazzjoni dwar dawn il-kundizzjonijiet u kif tapplika għall-kumpens mingħand l-istat tista’ tinstab billi tikklikkja fuq il-bandieri ta’ l-Istati Membri.

Il-leġiżlazzjoni ġdida ta’ l-UE

Id-direttiva tal-Kunsill relatata mal-kumpens lil vittmi tal-kriminalità, adottata fid-29 t’April 2004, tiżgura li sa mill-1 ta’ Lulju 2005, kull Stat Membru jkollu fis-seħħ skema nazzjonali li tiggarantixxi kumpens ġust u xieraq lil vittmi tal-kriminalità. Fit-tieni lok, id-direttiva tiżgura li l-kumpens ikun faċilment aċċessibbli fil-prattika, ikun fejn ikun il-post fl-UE fejn il-persuna ssir vittma ta’ delitt, bil-ħolqien ta’ sistema għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, li ilha tiffunzjona mill-1 ta’ Jannar 2006.

Aktar informazzjoni dwar id-direttiva tista’ tinstab billi tikklikkja fuq l-ikona “il-liġi tal-Komunità”.

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 27-02-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit