Ordni Legali
Organizzazzjoni tal-Ġustizzja
Professjonijiet legali
Għajnuna legali
Jurisdizzjoni tal-qrati
Ftuħ ta’ kawża fil-qorti
Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura
Liġi applikabbli
Servizz tad-dokumenti
Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza
Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet
Infurzar tas-sentenzi
Proċeduri simplifikati u maġġla
Divorzju
Risponsabilità tal-ġenituri
Talbiet ta’manteniment
Falliment
Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni
Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità
Proċessar Awtomatiku
B'applikazzjoni ta' l-Artikolu 2 tal-kodiċi tal-proċedura kriminali, l-azzjoni ċivili għad-danni kaġunati minn reat, delitt jew kontravenzjoni tista' ssir minn kull min sofra b'mod personali mid-dannu direttament kaġunat mir-reat.
Għalhekk hu biżżejjed li tiġi ġustifikata l-eżistenza ta' preġudizzju maħluq mir-reat biex tkun tista' titlob għad-danni u l-interessi mingħajr limitu ta' l-ammonti mitluba (Artikolu 420-1 tal-kodiċi tal-proċedura kriminali).
It-talba għad-danni u l-interessi tista' ssir mill-istadju ta' l-inkjesta u tul il-proċedimenti ta’ warajha. L-Artikoli 53-1 u 75 tal-kodiċi tal-proċedura kriminali jipprevedu li l-awtoritajiet tal-pulizija ġudizzjarja għandhom jinfurmaw, bil-mezzi kollha, lill-vittmi bid-drittijiet tagħhom u b'mod partikolari bid-dritt tagħhom li jiksbu kumpens għall-ħsara li sofrew. Iżda din it-talba tkun għada possibbli meta tibda l-kawża u wkoll matul l-udjenza.
Bil-qbil tal-Prokuratur tar-Repubblika, it-talba għad-dannu u l-interessi tista' ssir mill-vittma, matul l-investigazzjoni tal-pulizija, quddiem uffiċjal jew aġent tal-pulizija ġudizzjarja, li jifformalizzaha f’rapport (procès-verbal). Barra minn hekk, tista' tintbagħat sempliċi fax jew ittra reġistrata b'dikjarazzjoni ta' riċevuta li tasal fil-Qorti mill-anqas 24 siegħa qabel id-data ta' l-udjenza. Iżda l-vittma tista’ ukoll tikkostitwixxi ruħha parti ċivili billi tidher personalment fl-udjenza.
It-talba tista' tiindika ammonti speċifiċi jekk hi tinvolvi danni korporali, materjali jew morali, jew b'ammont globali jekk hi tinvolvi preġudizzju morali. Madankollu hi għandha tkun akkumpanjata mill-evidenza dokumentarja meħtieġa.
Il-Liġi tad-9 ta' Settembru 2002 tipprevedi għajnuna legali mingħajr kondizzjoni fuq ir-riżorsi tal-vittmi għar-reati l-aktar gravi. Għall-oħrajn, din it-talba hi suġġetta għall-kondizzjoni fuq ir-riżorsi. Din l-għajnuna tingħata mill-bidu tal-proċedura peress li l-pulizija ġudizzjarja għandha tinforma lill-vittma, mill-istadju ta' l-inkjesta u tal-proċedimenti ta’ warajha, bid-dritt li tkun megħjuna minn avukat, eventwalment magħżul mill-President tal-Kamra ta' l-Avukati.
Il-vittma għandha turi l-evidenza li tiġġustifika t-talba tagħha: ċertifikat tat-tabib, waqfien mix-xogħol u telf ta' qligħ, fatturi, stimi…
F'każ ta' ġrieħi, il-Qorti tista' tordna eżami minn espert biex jevalwa l-importanza tagħhom, kemm b'ordni tal-Qorti kif ukoll fuq talba tal-vittma. Fl-istennija tar-riżultat tar-riżultat ta' l-eżami ta’ l-espert, il-vittma tista' tikseb ħlas bil-quddiem (depożitu akkont tal-kumpens).
L-assoċjazzjonijiet ta' għajnuna lill-vittmi spiss joffru servizz ta’ segwitu tal-vittmi wara li tkun ingħatat is-sentenza u jistgħu jorjentaw lill-vittmi fil-passi tagħhom.
Barra minn hekk, jekk l-awtur ikun ikkundannat għal piena li tinkludi l-obbligu ta' kumpens lill-vittma, persuna delegata għall-approvazzjoni tikkuntattja lill-vittma sabiex issegwi l-modalitajiet tar-rimborż.
Il-Liġi tas-6 ta' Lulju 1990 ħolqot sistema awtonoma ta' kumpens lill-vittmi bbażata fuq is-solidarjetà soċjali. Hi sserraħ fuq il-prinċipju ta' tiswija sħiħa tad-danni li jirriżultaw minn assalti fuq il-persuni. Il-persuna li tagħmel it-talba trid tiftaħ kawża quddiem il-Kummissjoni tal-Kumpens lill-vittmi tar-Reati fi ħdan il-Qorti tal-Prim Istanza li tinsab l-eqreb għad-domiċilju tagħha jew għall-post fejn ikun sar ir-reat u l-ammonti allokati jingħatawlha mill-Fond ta' Garanzija tal-Vittmi ta' atti Terroristiċi u ta' Reati oħra, li hu parti għall-proċedura u jista' jeżerċita azzjoni ta’ indennizz kontra l-awtur tal-fatti.
Id-dannu li għalih jintalab kumpens għandu jirriżulta minn fatt, volontarju jew le, li jippreżenta l-karatteristiċi materjali ta' reat. Madankollu, l-atti terroristiċi, l-inċidenti tat-traffiku, tal-kaċċa jew atti ta' qerda ta' annimali li jagħmlu l-ħsara mhumiex suġġetti għal-Liġi tas-6 ta' Lulju 1990 iżda għal sistemi ta' kumpens oħra.
It-tiswija sħiħa tal-preġudizzji li persuna tkun sofriet hi limitata għall-vittmi li jkunu sofrew assalt gravi għall-persuna u vjolenzi sesswali; il-vittmi ta' assalti ħfief għall-persuna u ta' ċerti assalti għall-proprjetà jistgħu jirċievu għajnuna ta' solidarjetà b'ammont limitat.
Żewġ tipi ta' ħsara jistgħu jwasslu għall-kumpens quddiem il-C.I.V.I
Id-dritt għall-kumpens hu miftuħ għall-vittma diretta tar-reat u għall-persuni li jiddependu minnha.
Fil-fatt il-vittma għanda tissodisfa xi kondizzjonijiet ta' nazzjonalità. Għaldaqstant jistgħu jippretendu kumpens:
Kif ġie indikat fid-domanda 2.5, il-vittmi ta' nazzjonalità Franċiża jistgħu jippretendu kumpens fil-qafas tal-Kummissjonijiet tal-Kumpens lill-vittmi tar-Reati anke jekk il-fatti jkunu twettqu barra mill-pajjiż u fl-istess kondizzjonijiet daqs li kieku twettqu fi Franza.
It-talba għall-kumpens quddiem il-Kummissjoni tal-Kumpens lill-vittmi tar-Reati għandha tkun akkumpanjata minn riċevuta ta' rapport u minn kull ċertifikat tal-proċedura kriminali li jkollu min jagħmel it-talba.
Le, il-Kummissjoni tal-Kumpens lill-vittmi tar-Reati kienet maħluqa b'mod partikolari biex tevita lill-vittma l-istennija tar-riżultati tal-proċeduri kriminali.
Le, l-azzjonijiet huma indipendenti u l-Kummissjoni tal-Kumpens lill-vittmi tar-Reati mhix marbuta mill-ammont tal-kumpens u l-interess li jkunu ingħataw qabel minn ġurisdizzjoni.
Anke fin-nuqqas ta' kundanna kriminali kontra l-awtur tal-fatt, il-proċedura ta' kumpens quddiem il-Kummissjoni tal-Kumpens lill-vittmi tar-Reati tibqa' possibbli. Il-fatt li persuna tkun sofriet minn preġudizzju ta' fatt minn reat fil-qafas ta' l-Artikoli 706-3 jew 706-14 tal-kodiċi tal-proċedura kriminali hu biżżejjed biex tinbeda din il-proċedura.
It-talba għall-kumpens għandha, inkella tista' tiġi eskluża, titressaq fi żmien tliet snin li jibdew jgħoddu mid-data tar-reat jew fis-sena ta' wara l-aħħar deċiżjoni tal-qorti li tkun ingħatat matul il-proċeduri kriminali.
Madankollu, il-Kummissjoni tal-Kumpens lill-vittmi tar-Reati tista' teħles lil min jagħmel it-talba mill-esklużjoni jekk dan ma jkunx seta' jitlob għad-drittijiet tiegħu fiż-żmien mitlub jew jekk ikun sofra minn aggravament tal-preġudizzju tiegħu jew għal kull raġuni leġittima oħra.
Taħt l-Artikolu 706-4 tal-Kodiċi tal-proċedura kriminali, il-ħsara kollha li tirriżulta minn assalt kontra l-persuna għandha tkun ikkumpensata, kemm jekk tkun ta' natura patrimonjali jew le. Din tinkludi b'mod partikolari il-preġudizzju ekonomiku maħluq mit-tnaqqis tal-qligħ professjonali wara assalt, il-preġudizzju li jirriżulta mill-ansjetà u tat-tbatija li jkunu sofrew il-ġenituri li jkollhom wild li jkun ġie misruq jew stuprat, il-preġudizzju li jirriżulta mill-inkapaċità parzjal jew totali ta' ħidma li jsofru minnha l-persuni li jiddependu minn vittma li tkun mietet bħala riżultat ta' reat jew ukoll il-preġudizzju ekonomiku ta' minorenni li jkun tilef lill-ommu wara reat u li tkun responsabbli għat-trobbija u l-edukazzjoni tiegħu.
Min-naħa l-oħra, jekk il-preġudizzju ekonomiku li jkun inħoloq mit-tnaqqis tal-qligħ professjonali wara r-reat jkun jista' jiġi kkumpensat, it-tiswija tal-ħsara purament materjali mhix kontemplata taħt l-Artikolu 706-3 tal-Kodiċi tal-proċedura kriminali. Għaldaqstant jiġu miċħuda, per eżempju, it-talbiet ta' kumpens għall-ħsara fil-ħwejjeġ jew għat-telf jew id-degradazzjoni ta' ġojjelli.
Biex jiġu kkalkulati l-ammonti li għandhom jingħataw lill-vittma, il-Kummissjoni tal-Kumpens lill-vittmi tar-Reati l-ewwel għandha tikkalkula l-preġudizzju globali ta’ min jagħmel it-talba skond ir-regoli tad-dritt komuni tar-responsabbiltà. Għaldaqstant, il-kumpens għandu jitnaqqas jew ikun irrifjutat fil-każ ta’ nuqqas tal-vittma li tippreżenta relazzjoni ta’ każwalità diretta u ċerta mad-dannu. Wara l-Kummissjoni tal-Kumpens lill-vittmi tar-Reati għandha tnaqqas il-kumpens mogħti taħt is-sistema tas-sigurtà soċjali.
Le, il-prinċipju hu l-kumpens sħiħ tal-preġudizzju suġġett għal-limitu msemmi fil-mistoqsijiet 2.2. u 2.3.
Kif kien indikat fil-mistoqsija 2.13, il- Kummissjoni tal-Kumpens lill-Vittmi tar-Reati tnaqqas mill-ammont stimat tal-preġudizzju globali ta’ min jagħmel it-talba il-kumpens mogħti mill-organizzazzjonijiet soċjali u l-kumpens ta’ kull natura riċecut jew li għandu jkun riċevut għall-istess preġudizzju (assigurazzjoni…).
Kif kien indikat fil-mistoqsija 2.13, il-kumpens jista’ jitnaqqas jew ikun irrifjutat fil-każ ta’ nuqqas tal-vittma li tippreżenta relazzjoni ta’ każwalità mad-dannu.
Min jagħmel it-talba jista’ jitlob għal ħlas antiċipat. F’dan il-każ, il-President jiddeċiedi fi żmien xahar li jibda jgħodd minn meta titressaq it-talba.
L-assoċjazzjonijiet ta’ għajnuna għall-vittmi konvenzjonati mill-Ministeru tal-Ġustizzja, li l-lista tagħhom tista tinsab fuq is-sit ta’ l-internet tal-Ministère de la Justice
, fejn ipoġġu l-avukati speċjalizzati fl-għajnuna lill-vittmi, il-Kummissjonijiet tal-Kumpens lill-Vittmi tar-Reati fi ħdan il-Qrati tal-Prim Istanza ukoll jistgħu jagħtu tagħrif dwar dan is-suġġett.
Il-vittmi jistgħu jikkuntattjaw ukoll in-Numru Nazzjonali ta’ għajnuna lill-vittmi ta’ l-INAVEM (netwerk li jiġbor diversi assoċjazzjonijiet ta’ għajnuna lill-vittmi) : 0 810 09 86 09.
Il-Liġi tad-9 ta’ Settembru 2002 tipprevedi l-għajnuna legali mingħajr kondizzjoni tar-riżorsi għall-vittmi ta’ l-assalti l-aktar gravi. Fil-każi l-oħra, l-għajnuna legali hi suġġetta għall-kondizzjoni doppja tar-riżorsi u l-aċċettazzjoni ta’ l-azzjoni.
It-talba għall-kumpens għandha ssir lill-Kummissjoni tal-Kumpens lill-Vittmi tar-Reati fi ħdan il-Qorti tal-Prim Istanza li tinsab l-eqreb għad-domiċilju tal-persuna li titlob jew għall-post fejn ikun sar ir-reat.
Xi assoċjazzjonijiet ta’ għajnuna lill-vittmi huma miġbura fi ħdan in-netwerk INAVEM
(numru nazzjonali ta’ għajnuna lill-vittmi : 0 810 09 86 09). Mappa li permezz tagħha jistgħu jinstabu l-assoċjazzjonijiet li jinsabu l-eqreb lejn id-domiċilju ta’ min jagħmel it-talba tista’ tinsab fuq is-sit ta' l-internet tal-Ministère de la Justice
.
« Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Informazzjoni Ġenerali | Franza - Informazzjoni Ġenerali »
L-aħħar aġġornament: 09-10-2006

