Kummissjoni Ewropea > NGE > Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità > Finlandja

L-aħħar aġġornament: 17-07-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Finlandja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Ghal l-ahtar aggiornaurent fuq it-test, Mekk jghogobk ara English - suomi - svenska
 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Il-ksib tal-kumpens fil-forma ta’ danni mingħand il-ħati 1.
1.1. Taħt liem kundizzjonijiet nista’ nagħmel talba għal danni fil-kawża kontra l-persuna li wettqet ir-reat (il-proċeduri kriminali)? 1.1.
1.2. F’liema mument tal-proċeduri għandi nressaq it-talba? 1.2.
1.3. Kif għandi nressaq it-talba, u lil min? 1.3.
1.4. Kif għandi nippreżenta t-talba (nindika ammont totali u / jew nispeċifika t-telf individwali)? 1.4.
1.5. Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċeduri? 1.5.
1.6. Liema evidenza nkun meħtieġ nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi? 1.6.
1.7. Jekk il-qorti tagħtini d-danni, hemm xi għajnuna speċjali li jiena, bħala vittma ta’ att kriminali, nista’ nagħmel użu minnha biex tiġi infurzata s-sentenza kontra min wettaq ir-reat? 1.7.
2. Il-ksib tal-kumpens mill-istat jew minn istituzzjoni pubblika 2.
2.1. Huwa possibbli li nikseb il-kumpens mill-istat jew minn istituzzjoni pubblika? 2.1.
2.2. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li ġarrbu ċerti tipi ta’ atti kriminali? 2.2.
2.3. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li ġarrbu ċerti tipi ta’ danni? 2.3.
2.4. Il-qraba jew id-dipendenti ta’ vittmi li mietu b’riżultat ta’ l-att kriminali jistgħu jiksbu kumpens? 2.4.
2.5. Il-possibbiltà li jinkiseb il-kumpens hija limitata għal persuni ta’ xi nazzjonalità jew għal persuni li jgħixu f’xi pajjiż partikolari? 2.5.
2.6. Nista’ napplika għall-kumpens mill-Lussemburgu jekk l-att kriminali sar f’pajjiż ieħor? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet? 2.6.
2.7. Huwa meħtieġ li nkun irrapportajt l-att kriminali lill-pulizija? 2.7.
2.8. Huwa meħtieġ li nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew xi proċeduri kriminali qabel ma nkun nista’ napplika? 2.8.
2.9. Jekk dak li wettaq ir-reat ġie identifikat, huwa meħtieġ li l-ewwel nipprova nikseb kumpens mingħand min wettaq ir-reat? 2.9.
2.10. Jekk dak li wettaq ir-reat ma ġiex identifikat jew ma nstabx ħati, xorta jkun possibbli li nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, liema evidenza rrid nipprovdi b’sostenn għall-applikazzjoni tiegħi? 2.10.
2.11. Hemm terminu ta’ żmien biex nagħmel l-applikazzjoni għall-kumpens? 2.11.
2.12. Għal liema telf nista’ niġi kkumpensat? 2.12.
2.13. Kif jiġi kkalkolat il-kumpens? 2.13.
2.14. Hemm ammont minimu u/jew massimu li jista’ jingħata? 2.14.
2.15. Il-kumpens li nkun irċevejt, jew li nista’ nirċievi, għall-istess telf iżda minn għejun oħrajn (bħall-assikurazzjoni) jitnaqqas mill-kumpens mill-istat? 2.15.
2.16. Hemm xi kriterji oħrajn li jistgħu jinfluwenzaw il-possibbiltà li nieħu kumpens, jew kif jiġi kkalkolat l-ammont tal-kumpens, bħall-imġieba tiegħi stess fir-rigward tal-fatt li kkaġuna l-ħsara? 2.16.
2.17. Nista’ nieħu ħlas bil-quddiem mill-kumpens? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet? 2.17.
2.18. Fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa u aktar informazzjoni dwar kif napplika?

Hemm xi telefon speċjali jew xi websajt li nista’ nuża? 2.18.

2.19. Nista’ nieħu ħlas bil-quddiem mill-kumpens? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet? 2.19.
2.20. Fejn nibgħat l-applikazzjoni? 2.20.
2.21. Hemm xi organizzazzjonijiet ta’ l-appoġġ għall-vittmi li jistgħu jagħtu aktar għajnuna? 2.21.

 

1. Il-ksib tal-kumpens fil-forma ta’ danni mingħand il-ħati

1.1. Taħt liem kundizzjonijiet nista’ nagħmel talba għal danni fil-kawża kontra l-persuna li wettqet ir-reat (il-proċeduri kriminali)?

Talba għad-danni tista’ ssir meta tkun qed tiġi pproċessata l-akkuża. It-talba għad-danni normalment tiġi pproċessata flimkien ma’ l-akkuża iżda tista’ wkoll tiġi trattata fi proċeduri ġudizzjarji separati.

1.2. F’liema mument tal-proċeduri għandi nressaq it-talba?

Fejn possibbli, it-talba għandha titressaq matul l-investigazzjoni ta’ qabel il-kawża. Il-pulizija huma obbligati jistaqsu, f’dak l-istadju, jekk il-vittma għandhiex xi pretensjoni. Il-prosekutur normalment huwa obbligat, fuq talba tal-vittma, iressaq it-talba għad-danni fl-istess ħin meta jressaq l-akkuża. Iżda dan l-obbligu ma jeżistix fil-każijiet fejn it-talba m'hijiex ċara, eċċ.

1.3. Kif għandi nressaq it-talba, u lil min?

It-talba għandha titressaq bil-miktub lill-prosekutur, jew jekk il-każ diġà qed jinstema’ f’qorti tal-ġustizzja, lill-qorti.

1.4. Kif għandi nippreżenta t-talba (nindika ammont totali u / jew nispeċifika t-telf individwali)?

It-talba għad-danni għandha tkun speċifika kemm jista’ jkun. It-talba għandha tispeċifika l-inġurja jew id-dannu mġarrab skond it-tip tiegħu (eż., dannu għall-proprjetà, inġurja personali, spejjeż mediċi, eċċ) kif ukoll l-ammont tad-dannu.

FuqFuq

1.5. Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċeduri?

Iva, jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet biex wieħed jirċievi l-għajnuna legali pubblika. Meta jiġu sodisfatti dawn il-kundizzjonijiet, tista’ tingħata l-għajnuna legali kemm għall-investigazzjoni ta’ qabel il-kawża kif ukoll għall-proċeduri ġudizzjarji. Barra minn dan, il-vittmi tad-delitti jistgħu dejjem ikollhom avukat maħtur li jitħallas mill-fondi pubbliċi meta jkunu l-vittmi ta’ reati sesswali (il-Kapitolu 20 tal-Kodiċi Penali) jew meta dak li wettaq ir-reat huwa qrib tal-vittma u l-każ jinvolvi omiċidju jew inġurja gravi kif stabbilit fil-Kapitolu 21, artikoli 1–6 tal-Kodiċi Penali (eż., attentat ta’ qtil jew assalt aggravat).

1.6. Liema evidenza nkun meħtieġ nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Kwalunkwe evidenza bil-miktub dwar id-dannu mġarrab jew l-ammont tiegħu għandha tkun mehmuża mat-talba. Madankollu, huwa importanti li tehmeż kwalunkwe ċertifikat mediku, irċevuti ta’ spejjeż, eċċ. mat-talba. Il-qorti tevalwa l-adegwatezza ta’ l-evidenza skond il-mertu ta’ kull każ. Jekk mhemmx biżżejjed evidenza ta’ l-ammont tad-dannu mġarrab, il-qorti tagħmel stima tad-daqs tiegħu.

1.7. Jekk il-qorti tagħtini d-danni, hemm xi għajnuna speċjali li jiena, bħala vittma ta’ att kriminali, nista’ nagħmel użu minnha biex tiġi infurzata s-sentenza kontra min wettaq ir-reat?

L-applikazzjoni għall-infurzar tas-sentenza ssir f’uffiċju ta’ l-infurzar, li jgħinek timla l-applikazzjoni. L-applikazzjoni tista’ wkoll tintbagħat bl-e-mail. Il-formola ta’ l-applikazzjoni hija disponibbli (bil-Finlandiż) fuq http://www.oikeus.fi/6558.htm suomi agħżel ’Ulosottoasiat’, ’Ulosottohakemus – Tuomiota tai päätöstä edellyttävät asiat’). Minbarra l-applikazzjoni stess, is-sentenza tal-qorti jew kopja tagħha ċċertifikata b’mod uffiċjali għandha tintbagħat lill-uffiċċju ta’ l-infurzar. L-applikazzjoni tista’ ssir malli l-qorti tkun tat is-sentenza; għalhekk ma hemm ebda bżonn li tistenna sakemm id-deċiżjoni ssir finali.

FuqFuq

2. Il-ksib tal-kumpens mill-istat jew minn istituzzjoni pubblika

2.1. Huwa possibbli li nikseb il-kumpens mill-istat jew minn istituzzjoni pubblika?

Iva, l-applikazzjonijiet huma indirizzati lit-Teżor ta’ l-Istat.

2.2. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li ġarrbu ċerti tipi ta’ atti kriminali?

Bħala regola ġenerali, l-uniku rekwiżit huwa li l-inġurja jew dannu kien ikkawżat minn att kriminali, Iżda, ma jitħallas ebda kumpens għall-inċidenti tat-traffiku. L-aċċidenti tat-traffiku jirreferu għall-inġurja personali u dannu għall-proprjetà kkawżati mill-operat ta’ vettura bil-mutur fit-traffiku. Il-kumpens għall-ansjetà mentali, per eżempju, titħallas biss meta l-kawża hija reat kontra l-libertà personali jew reat sesswali.

2.3. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li ġarrbu ċerti tipi ta’ danni?

Mhux ġeneralment. It-taqsima 2.12 telenka t-tipi ta’ inġurja jew dannu li għalih jista' jingħata kumpens fil-Finlandja.

2.4. Il-qraba jew id-dipendenti ta’ vittmi li mietu b’riżultat ta’ l-att kriminali jistgħu jiksbu kumpens?

Il-persuni li huma speċjalment qrib ta’ persuna li tkun mietet huma intitolati għall-kumpens għall-ansjetà mentali. Bħala regola ġenerali, ir-relazzjonijiet bejn il-miżżewġin u bejn minuri u l-ġenitur, per eżempju, jitqiesu li huma speċjalment mill-qrib.

FuqFuq

Jekk persuna li hija responsabbli għall-manteniment tkun mietet, il-persuna intitolata għall-manteniment jew benefiċċju tat-tfal tirċievi l-kumpens. Il-kumpens imbagħad jikkorrispondi għall-ammont li dik il-persuna x’aktarx kienet tirċievi mingħand il-persuna li tkun mietet. Il-pensjonijiet taħt id-diversi atti dwar il-pensjoni jiġu mnaqqsa mill-kumpens li jitħallas lill-persuna intitolata għall-manteniment.

Barra minn dan, jista’ jitħallas ammont raġonevoli ta’ kumpens għall-ispejjeż tal-funeral.

2.5. Il-possibbiltà li jinkiseb il-kumpens hija limitata għal persuni ta’ xi nazzjonalità jew għal persuni li jgħixu f’xi pajjiż partikolari?

Bħala regola ġenerali, il-kumpens jitħallas għal reat imwettaq fil-Finlandja, u għalhekk in-nazzjonalità tal-persuna intitolata għall-kumpens m’għandha ebda rilevanza. L-Istat Finlandiż madankollu ma jħallasx kumpens mingħajr raġuni speċjali, jekk kemm il-persuna li wettqet ir-reat u l-vittima kienu qegħdin fil-Finlandja b’mod temporanju u qasir fil-ħin tar-reat.

2.6. Nista’ napplika għall-kumpens mill-Lussemburgu jekk l-att kriminali sar f’pajjiż ieħor? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Jekk ir-reat sar barra mill-Finlandja, jista’ jintalab il-kumpens mill-Istat Finlandiż biss għall-inġurja personali u soġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

Prerekwiżit wieħed huwa li l-vittma ta’ l-att kriminali kienet resident permanenti tal-Finlandja fil-ħin tar-reat. Jekk kienet imsiefra, iż-żjara barra mill-pajjiż trid ikun minħabba xogħol, studju jew raġuni komparabbli biex tintitolaha għall-kumpens. Jista’ jitħallas kumpens ta' diskrezzjoni f’każijiet oħrajn ukoll jekk jitqies li dan hu ġġustifikat.

FuqFuq

2.7. Huwa meħtieġ li nkun irrapportajt l-att kriminali lill-pulizija?

Le. Madankollu, jekk ir-reat ma ġiex irrapportat lill-pulizija u l-pulizija ma saritx taf bih mod ieħor, il-kumpens jitħallas biss jekk hemm raġuni speċjali biex isir dan.

2.8. Huwa meħtieġ li nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew xi proċeduri kriminali qabel ma nkun nista’ napplika?

L-applikazzjoni tista’ titressaq qabel. Madankollu, t-Teżor ta’ l-Istat normalment jistenna sakemm id-dritt ta’ l-applikant li jirċievi d-danni mill-persuna responsabbli għall-inġurja jew id-dannu jkun ġie deċiż fl-ewwel istanza, jew tkun ittieħdet id-deċiżjoni li ma ssirx prosekuzzjoni kontra l-persuna li wettqet ir-reat. Jekk il-persuna li wettqet ir-reat ma titressaqx fi żmien sitt xhur minn meta l-pulizija ssir taf bir-reat, it-Teżor ta’ l-Istat jista’ jiddeċiedi dwar il-kwistjoni.

2.9. Jekk dak li wettaq ir-reat ġie identifikat, huwa meħtieġ li l-ewwel nipprova nikseb kumpens mingħand min wettaq ir-reat?

Le.

2.10. Jekk dak li wettaq ir-reat ma ġiex identifikat jew ma nstabx ħati, xorta jkun possibbli li nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, liema evidenza rrid nipprovdi b’sostenn għall-applikazzjoni tiegħi?

Tista’ xorta tapplika għall-kumpens (ara l-paragrafi 2.7 u 2.8). Ir-rendikonti għandhom juru li l-inġurja jew id-dannu ġew kawżati minn att kriminali. Ir-rekords ta’ l-investigazzjoni ta’ qabel is-smigħ mill-pulizija jew is-sentenza normalment jingħataw bħala evidenza. Fin-nuqqas tagħhom, jistgħu jingħataw rendikonti affidabbli oħrajn. Dak li huwa rilevanti hija l-valutazzjoni jekk il-fatti dwar it-twettiq tar-reat jistgħux jitqiesu bħala affidabbli.

FuqFuq

2.11. Hemm terminu ta’ żmien biex nagħmel l-applikazzjoni għall-kumpens?

Għandha ssir applikazzjoni bil-miktub għall-kumpens fi żmien għaxar snin mit-twettiq tar-reat. Għal raġuni speċjali, it-Teżor ta’ l-Istat jista’ jqis ukoll applikazzjonijiet li jsiru aktar tard.

2.12. Għal liema telf nista’ niġi kkumpensat?

Fil-Finlandja, il-kumpens jista’ jitħallas minn fondi pubbliċi għal dawn li ġejjin:

  1. Inġurja personali
    • Spejjeż mediċi u spejjeż oħrajn li jirriżultaw mill-inġurja
    • Uġigħ u sofferenza fiżiċi
    • Ansjetà mentali komparabbli ma’ l-uġigħ u sofferenza, kemm-il darba tkun disfunzjoni psikika li tista’ tiġi aċċertata b’mod mediku
    • invalidità permanenti u diżabilità kif ukoll diżabilità kożmetika permanenti – telf ta’ dħul
    • ħwejjeġ u oġġetti oħrajn ta’ kuljum, nuċċalijiet u prosteżi dentali li ġew danneġġjati
    • Ansjetà mentali (ara l-paragrafu 2.2 għal-limitazzjonijiet)
  2. Dannu fuq il-proprjetà
    • jista’ jiġi kumpensat iżda d-dannu għandu jkun kawżat minn persuna li kienet istituzzjonalizzata jew deprivata b’mod ieħor mil-libertà. Id-dannu għall-proprjetà jista’ wkoll ikun kumpensat fuq bażi ta' diskrezzjoni f’xi sitwazzjonijiet oħrajn.
  3. Spejjeż legali jekk il-kwistjoni ġiet ikkunsidrata f’qorti tal-ġustizzja u l-applikant jitħallas ukoll kumpens ieħor minn fondi pubbliċi
  4. Spejjeż tal-funeral raġonevoli.

2.13. Kif jiġi kkalkolat il-kumpens?

Ma hemm ebda dispożizzjoni legali dwar kif jinħadem l-ammont tal-kumpens. Għalhekk it-Teżor ta’ l-Istat jistma l-kumpens bl-użu ta’ kriterji uniformi, filwaqt li jqis il-partikolaritajiet ta’ kull każ individwali. It-Teżor ta’ l-Istat għandu tabelli indikattivi biss għall-kumpens relatat ma’ l-uġigħ u s-sofferenzi kif ukoll għall-invalidità permanenti u d-diżabilità u d-diżabilità kożmetika. F’dawn it-tabelli l-livelli ta’ kumpens huma ddeterminati b’referenza għal xi livell ta’ inġurja, bħall-perjodu ta’ diżabilità, id-dewmien fl-isptar, is-serjetà tat-trattament, eċċ. Meta jistma l-ammont tal-kumpens, it-Teżor ta’ l-Istat mhux marbut bid-deċiżjoni tal-qorti dwar il-kumpens.

FuqFuq

2.14. Hemm ammont minimu u/jew massimu li jista’ jingħata?

Il-limitazzjoni ġenerali hija li ebda kumpens ma jitħallas jekk l-ammont li għandu jitħallas huwa inqas minn EUR 34.

L-ammonti massimi stabbiliti fil-liġi Finlandiża kurrenti (għal reati kommessi wara l-1 ta’ Jannar 2003) huma dawn li ġejjin:

  • Għat-telf ta’ dħul u manteniment, EUR 125/jum
  • Għat-telf ta’ manteniment, l-ammont determinat permezz ta’ ftehim jew sentenza tal-qorti;
  • Għall-kumpens imħallas lil persuna speċjalment qrib ma’ persuna li mietet, EUR 3 700
  • Għall-inġurja personali, il-kumpens totali għal ċirkostanza waħda m’għandux jiżboq EUR 51 000
  • Għad-dannu fuq il-proprjetà, EUR 25 500.

2.15. Il-kumpens li nkun irċevejt, jew li nista’ nirċievi, għall-istess telf iżda minn għejun oħrajn (bħall-assikurazzjoni) jitnaqqas mill-kumpens mill-istat?

Iva. L-ammonti dovuti lill-persuna li ġarrbet l-inġurja jew id-dannu skond leġiżlazzjoni oħra huma mnaqqsa mill-kumpens li jħallas l-Istat. Barra minn dan, il-kumpens irċevut fuq il-bażi ta’ polza ta’ l-assigurazzjoni huwa mnaqqas. Id-danni li jistgħu jitħallsu mill-persuna li wettqet ir-reat huma mnaqqsa biss sa l-ammont attwalment imħallas.

2.16. Hemm xi kriterji oħrajn li jistgħu jinfluwenzaw il-possibbiltà li nieħu kumpens, jew kif jiġi kkalkolat l-ammont tal-kumpens, bħall-imġieba tiegħi stess fir-rigward tal-fatt li kkaġuna l-ħsara?

Il-kumpens imħallas mill-fondi pubbliċi jista’ jiġi aġġustat jekk il-persuna li ġġarrab l-inġurja jew id-dannu b’xi mod tkun ikkontribwiet għalih. Dan huwa wkoll il-każ ukoll jekk ċirkostanza oħra esterna għall-att li twassal għall-inġurja jew għad-dannu tkun ikkontribwiet għall-inġurja jew għad-dannu.

FuqFuq

Għad-dannu fuq il-proprjetà, il-kumpens ma jitħallasx mingħajr raġuni speċjali jekk

  • il-persuna li ġġarrab id-dannu naqset, mingħajr xi raġuni aċċettabbli, tieħu l-prekawzjonijiet normali jew naqset li tassigura l-proprjetà
  • il-persuna li ġġarrab ir-reat u l-persuna li sofriet id-dannu kienu qed jgħixu flimkien fl-istes dar fil-ħin tar-reat.

2.17. Nista’ nieħu ħlas bil-quddiem mill-kumpens? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Jista’ jsir ħlas bil-quddiem jekk id-deċiżjoni dwar il-kwistjoni tal-kumpens iddum biex tinqata', u jkun evidenti li l-applikant ikun intitolat.

2.18. Fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa u aktar informazzjoni dwar kif napplika?

Hemm xi telefon speċjali jew xi websajt li nista’ nuża?

It-Teżor ta’ l-Istat jista’ jipprovdilek aktar tagħrif (ara l-paragrafu 2.20).

2.19. Nista’ nieħu ħlas bil-quddiem mill-kumpens? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Tista’ tagħmel l-applikazzjoni inti stess; jekk teħtieġ l-għajnuna t-Teżor ta’ l-Istat jista’ jgħinek. Jitħallas kumpens raġonevoli għall-ispejjeż ta’ avukat mill-fondi pubbliċi jekk l-applikant ingħata smigħ mingħajr ħlas f’qorti tal-ġustizzja. Jista’ wkoll jitħallas kumpens għal spejjeż raġonevoli ta’ l-applikazzjoni jekk il-kwistjoni ma ġietx kkunsidrata f’qorti tal-ġustizzja iżda l-applikant jilħaq il-kriterji għal smigħ mingħajr ħlas.

FuqFuq

2.20. Fejn nibgħat l-applikazzjoni?

It-Teżor ta’ l-Istat

Sörnäisten Rantatie 13

P.O. BOX 68

FIN-00531 Helsinki, FINLAND

tel. +358 9 77 251

fax +358 9 772 5334

www.valtiokonttori.fi English - suomi - svenska

www.statetreasury.fi English - suomi - svenska

2.21. Hemm xi organizzazzjonijiet ta’ l-appoġġ għall-vittmi li jistgħu jagħtu aktar għajnuna?

  • Rikosuhripäivystys (Appoġġ tal-Vittmi tal-Finlandja) English - suomi - svenska
    tel. +358 203-16116
  • Raiskauskriisikeskus Tukinainen (Ċentru tal-Kriżi ta’ l-Istupru f’Tukinainen) Englishsuomi - svenska
    tel. +358 800-97895
  • Fuljett “Jekk issir vittma ta’ reat” fuq il-websajt tal-Ministeru tal-Gustizzja fuq: Englishsuomi - svenska

« Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Informazzjoni Ġenerali | Finlandja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 17-07-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit