Kummissjoni Ewropea > NGE > Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità > Liġi Komunitarja

L-aħħar aġġornament: 02-08-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Liġi Komunitarja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Ghal l-ahtar aggiornaurent fuq it-test, Mekk jghogobk ara English

Dritt ta’ kumpens għall-vittmi kollha ta’ atti kriminali fl-UE

Fuq bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, fid-29 ta’ April 2004 il-Kunsill adotta Direttiva dwar il-kumpens għall-vittmi ta’ atti kriminali. Id-Direttiva tiżgura illi f’kull Stat Membru tiġi implimentata skema nazzjonali li tiggarantixxi kumpens ġust u xieraq għall-vittmi ta’ atti kriminali. It-tieni, id-direttiva tiżgura illi l-kumpens ikun aċċessibbli faċilment fil-prattika irrispettivament minn fejn fl-UE persuna tkun saret vittma ta’ att kriminali billi toħloq sistema ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, li ilha fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2006.

X’inhu l-iskop tad-direttiva?

L-Istati Membri kollha għandhom jiżguraw illi r-regoli nazzjonali jipprovdu għall-eżistenza ta’ skema dwar il-kumpens lill-vittmi ta’ atti kriminali intenzjonali vjolenti li jitwettqu fit-territorji rispettivi tagħhom, li tiżgura kumpens ġust u xieraq għall-vittmi.

Il-kumpens għandu jkun disponibbli f’sitwazzjonijiet nazzjonali kif ukoll f’sitwazzjonijiet transkonfinali, jiġifieri huma rrilevanti kemm il-pajjiż tar-residenza tal-vittma kif ukoll f’liema Stat Membru jkun twettaq id-delitt.

Id-definizzjoni ta’ x’kumpens għandu jitħallas lil kull vittma jitħalla fid-diskrezzjoni ta’ l-Istati Membri, dejjem sakemm dan ikun ġust u xieraq.

Id-direttiva toħloq sistema ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali għat-trażmissjoni ta’ applikazzjonijiet għall-kumpens f’sitwazzjonijiet li jmorru lil hinn mill-fruntieri. Il-vittmi ta’ l-att kriminali li jkun sar barra l-Istat Membru fejn ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom jirrikorru quddiem awtorità fl-Istat Membru tagħhom (Awtorità li tassisti) biex jissottomettu l-applikazzjoni u jiksbu l-għajnuna dwar il-formalitajiet prattiċi u amministrattivi. L-awtorità fl-Istat Membru ta’ residenza ordinarja tittrażmetti l-applikazzjoni direttament lill-awtorità fl-Istat Membru fejn ikun sar id-delitt (l-awtorità li tiddeċiedi), li hija responsabbli mill-valutazzjoni ta' l-applikazzjoni u mill-ħlas tal-kumpens. Id-direttiva tipprovdi għal żewġ formoli standard.

Il-Kummissjoni ser tagħmel disponibbli fuq l-Internet listi ta’ l-awtoritajiet li jassistu u li jiddeċiedu maħtura mill-Istati Membri u informazzjoni bażika dwar l-iskemi ta' kumpens f'kull Stat Membru

FuqFuq

Il-Liġi eżistenti ta' l-UE u l-KE dwar kumpens lill-vittmi ta' att kriminali mill-persuna li tkun wettqet dan l-att

Ir-regolament dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali jipprovdi illi l-vittma tista' tfittex lill-persuna li tkun wettqet l-att kriminali għad-danni fl-istess qorti li tkun qed tisma’ l-proċeduri kriminali, jekk dan ikun possibbli skond il-liġi nazzjonali.

L-istess regolament jistipula wkoll kif vittma ta’ delitt tista’ tinforza sentenza dwar danni kontra l-persuna li tkun wettqet l-att fi Stat Membru ieħor.

Id-deċiżjoni qafas dwar il-pożizzjoni tal-vittmi fi proċeduri kriminali tistipula illi l-vittma għandha jkollha d-dritt illi tfittex akkużat fil-proċeduri kriminali għad-danni. Dan jevita l-ħtieġa illi l-vittma tibda proċeduri ċivili separati biex tikseb dawn id-danni. Id-deċiżjoni tgħid ukoll illi l-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-akkużat sabiex jagħti kumpens xieraq lill-vittmi, u kif ukoll jippromwovu l-medjazzjoni f'każijiet kriminali.

Dokumenti ta’ referenza

« Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Komunitarja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 02-08-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit