Kummissjoni Ewropea > NGE > Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità > Repubblika Ċeka

L-aħħar aġġornament: 28-02-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Repubblika Ċeka

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Il-ksib ta’ kumpens f’forma ta’ danni mingħand min iwettaq reat 1.
1.1. Taħt liema kundizzjonijiet nista’ nagħmel talba għad-danni fil-kawża kontra min iwettaq ir-reat (il-proċeduri kriminali)? 1.1.
1.2. F’liema mument tal-proċedura għandi nressaq it-talba? 1.2.
1.3. Kif għandi nressaq it-talba, u lil min? 1.3.
1.4. Kif għandi nippreżenta t-talba tiegħi (nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali)? 1.4.
1.5. Nista’ nikseb assistenza legali qabel u/jew matul il-proċeduri? 1.5.
1.6. Xi provi nkun meħtieġ li nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi? 1.6.
1.7. Jekk inkun mogħti d-danni mill-qorti, hemm xi assistenza speċifika disponibbli għalija bħala vittma tal-kriminalità għall-infurzar tas-sentenza kontra min ikun wettaq ir-reat? 1.7.
2. Il-ksib ta’ kumpens mill-istat jew minn korp pubbliku 2.
2.1. Huwa possibbli li jinkiseb kumpens mill-istat jew minn korp pubbliku? 2.1.
2.2. Il-possibbiltà hija limitata għal vittmi li sofrew ċertu tipi ta’ reat? 2.2.
2.3. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li sofrew ċertu tipi ta’ ħsara? 2.3.
2.4. Jistgħu l-qraba jew nies li jiddependu mill-vittmi li mietu bħala riżultat tar-reat jiksbu kumpens? 2.4.
2.5. Il-possibbiltà li jinkiseb kumpens hija limitata għal persuni ta’ ċertu nazzjonalità jew persuni li joqgħodu f’ċertu pajjiż? 2.5.
2.6. Nista’ napplika għall-kumpens fir-Repubblika Ċeka jekk ir-reat ikun ġie mwettaq barra r-Repubblika Ċeka? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet? 2.6.
2.7. Huwa neċessarju li r-reat ikun ġie rrappurtat lill-pulizija? 2.7.
2.8. Huwa neċessarju li nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjonijiet tal-pulizija jew proċeduri kriminali qabel inkun nista’ napplika? 2.8.
2.9. Jekk min ikun wettaq ir-reat ikun ġie identifikat, huwa neċessarju li l-ewwel wieħed jipprova jikseb kumpens mingħand min ikun wettaq ir-reat? 2.9.
2.10. Jekk min ikun wettaq ir-reat ma jkunx ġie identifikat jew ikkundannat, huwa xorta possibbli li wieħed jikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, xi provi huwa meħtieġ li nipprovdi bħala sostenn ta’ l-applikazzjoni tiegħi? 2.10.
2.11. Hemm limitu ta’ żmien biex issir l-applikazzjoni għall-kumpens? 2.11.
2.12. Għal liema telf nista’ niġi kkumpensat? 2.12.
2.13. Kif jiġi kkalkulat il-kumpens? 2.13.
2.14. Hemm ammont minimu u/jew massimu li jista’ jiġi mogħti? 2.14.
2.15. Il-kumpens li nkun irċevejt, jew li nista’ nirċievi, għall-istess telf imma minn sorsi oħra (bħall-assigurazzjoni) ikun imnaqqas mill-kumpens mill-istat? 2.15.
2.16. Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jinfluwenzaw il-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens, jew kif l-ammont tal-kumpens jiġi kkalkulat, bħall-imġieba tiegħi fir-rigward ta’ l-avveniment li kkawża l-ħsara? 2.16.
2.17. Nista’ nikseb ħlas bil-quddiem mill-kumpens? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet? 2.17.
2.18. Minn fejn nista’ nikseb il-formoli neċessarji u aktar informazzjoni fuq kif napplika? Hemm xi linja ta’ għajnuna jew website speċjali li nista’ nuża? 2.18.
2.19. Nista’ nikseb assistenza legali biex nagħmel l-applikazzjoni? 2.19.
2.20. Fejn għandi nibgħat l-applikazzjoni? 2.20.
2.21. Hemm xi organizzazzjonijiet ta’ sostenn għall-vittmi li jistgħu jagħtu aktar assistenza? 2.21.

 

1. Il-ksib ta’ kumpens f’forma ta’ danni mingħand min iwettaq reat

1.1. Taħt liema kundizzjonijiet nista’ nagħmel talba għad-danni fil-kawża kontra min iwettaq ir-reat (il-proċeduri kriminali)?

Il-kwerelant fi proċeduri kriminali hija persuna li, b’riżultat tar-reat, sofriet ħsara personali, dannu għall-proprjetà, dannu mhux fi flus jew telf ieħor li jista’ jiġi kkwantifikat bħala ammont finanzjarju. It-talba tal-kwerelant għad-danni trid tiġi ppreżentata kontra min ikun wettaq ir-reat fi proċeduri kriminali mhux aktar tard mill-istadju tal-kawża qabel ma jitressqu l-provi. Din l-applikazzjoni għandha tispeċifika r-raġunijiet u l-ammont tad-danni mitluba.

1.2. F’liema mument tal-proċedura għandi nressaq it-talba?

Talba għad-danni tista’ tiġi sottomessa mill-kwerelant f’kull ħin bejn il-bidu tal-proċeduri kriminali (jiġifieri fl-istadju ta’ qabel il-kawża, matul il-proċeduri preliminari) u l-istadju tal-kawża qabel ma jitressqu l-provi.

1.3. Kif għandi nressaq it-talba, u lil min?

Il-liġi ma tippreskrivix forma preċiża għas-sottomissjoni ta’ talba għad-danni. Madankollu, ikun aħjar li titressaq talba bil-miktub li jkun fiha deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom ġraw id-danni, kwantifikazzjoni tad-dannu lill-proprjetà, u l-proposta tal-kwerelant biex il-qorti, fis-sentenza tagħha, tordna lill-konvenut li jikkumpensa lill-kwerelant għad-danni sofferti bħala riżultat tar-reat. Barra minn hekk, huwa possibbli li tiġi ppreżentata talba għad-danni f’dikjarazzjoni quddiem aġenzija ta’ infurzar tal-liġi (matul intervista tal-pulizija mal-kwerelant).

FuqFuq

Talba għad-danni hija sottomessa lill-aġenzija ta’ infurzar tal-liġi kompetenti, jiddependi mill-istat tal-proċeduri kriminali, jiġifieri din l-aġenzija tista’ tkun il-qorti, il-prosekutur pubbliku, jew il-pulizija. Talbiet għad-danni jridu jsiru b’mod u b’forma li jagħmluha assolutament ċara li l-kwerelant qiegħed jitlob danni. Talba għad-danni trid tiġi ppreżentata kontra persuna speċifika - huwa partikolarment importanti li jiġi rrispettat dan il-prinċipju fi proċeduri konġunti fejn aktar minn persuna waħda tkun akkużata bir-reat.

Talba għad-danni fi proċeduri kriminali hija mezz ta’ sodisfazzjon għall-vittmi. Il-kwerelanti jistgħu wkoll ifittxu kumpens għad-dannu fi proċeduri ċivili, anke jekk ma jkunux għamlu talba għad-danni fil-proċeduri kriminali.

1.4. Kif għandi nippreżenta t-talba tiegħi (nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali)?

It-talba għandu jkun fiha ammont totali preċiż ta’ danni, li għandu imbagħad jinqasam f’telf individwali. Jekk dan ma jkunx possibbli (per eżempju jekk il-kwerelant għadu ma jistax jikkwantifika d-dannu preċiżament għax għadu assenti mix-xogħol minħabba inkapaċità u għadu jirċievi benefiċċji tal-mard), almenu figura minima għandha tiġi kkwotata fit-talba. L-ammont tad-danni mitlub jista’ sussegwentement jiġi mibdul matul il-proċeduri f’kull stadju sakemm il-qorti tirtira biex tikkunsidra s-sentenza tagħha. Meta tkun qiegħda tiddeċiedi fuq talba għad-danni, il-qorti hija marbuta bit-talba, jiġifieri ma tistax tagħti aktar danni minn dawk mitluba. Dan ifisser li jekk isir ċar matul il-proċeduri li t-telf kien akbar minn dak li l-kwerelant iddikjara oriġinarjament, hu f’idejn il-kwerelant li jemenda jew jissupplimenta t-talba.

FuqFuq

1.5. Nista’ nikseb assistenza legali qabel u/jew matul il-proċeduri?

Kwerelant jista’ jiġi rrapreżentat fi proċeduri kriminali minn rappreżentant li huwa mogħti l-poter, f’isem il-kwerelant, li jagħmel it-talbiet, jissottometti t-talbiet, jipproponi r-rimedji u jkun parti fl-atti li fihom il-kwerelant huwa intitolat li jipparteċipa. Jekk kwerelant li jkun qiegħed jitlob id-danni jipprova li huwa m’għandux fondi biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż ta’ rappreżentant, jista’ jitlob lill-qorti biex jiġi maħtur lilu avukat bħala r-rappreżentant tiegħu li jipprovdi lill-kwerelant assistenza legali b’xejn jew b’miżata baxxa.

1.6. Xi provi nkun meħtieġ li nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Meta tiġi mressqa talba għad-danni, għandhom jiġu ppreżentati l-provi kollha li jippruvaw l-ammont tat-telf tal-kwerelant. Jekk, per eżempju, jirriżulta dannu lil oġġett speċifiku b’riżultat tar-reat u kellu jiġi msewwi, prova ta’ l-ispejjeż tat-tiswija għandha tiġi prodotta. Jekk il-kwerelant isofri ħsara personali u jkun qiegħed bil-leave tal-mard b’riżultat ta’ dan, hu għandu jippreżenta evidenza tal-benefiċċji tal-mard mogħtija u l-medja tal-qligħ tiegħu qabel il-ħsara sabiex jikkjarifika x’dannu speċifiku jkun sofra, espress bħala d-differenza bejn il-benefiċċji u l-qligħ.

1.7. Jekk inkun mogħti d-danni mill-qorti, hemm xi assistenza speċifika disponibbli għalija bħala vittma tal-kriminalità għall-infurzar tas-sentenza kontra min ikun wettaq ir-reat?

Fir-Repubblika Ċeka, l-ebda assistenza speċjali ma hi disponibbli għall-kwerelanti għall-infurzar ta’ sentenza fuq danni kontra min ikun wettaq ir-reat. Dawk li ma jistgħux iħallsu għas-servizzi legali huma intitolati li jersqu quddiem il-Kamra ta’ l-Avukati Ċeka biex jinħatrilhom avukat. Avukat assenjat mill-Kamra huwa meħtieġ li jipprovdi servizzi legali skond it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ħatra. Fil-prattika, il-Kamra normalment tiddetermina li s-servizzi legali għandhom jiġu pprovduti b’xejn, barra diversi spejjeż żgħar. Jekk isir ċar li l-istatus finanzjarju u soċjali ta’ l-applikant ma jiġġustifikax il-proviżjoni ta’ servizzi legali b’xejn, l-avukat maħtur lill-applikant huwa intitolat li jipproċedi skond l-iskala ta’ tariffi għall-avukati.

FuqFuq

2. Il-ksib ta’ kumpens mill-istat jew minn korp pubbliku

2.1. Huwa possibbli li jinkiseb kumpens mill-istat jew minn korp pubbliku?

Iva. Skond l-Att Nru 209/1997 l-istat jagħti assistenza finanzjarja lill-vittmi tal-kriminalità skond il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dik il-liġi.

2.2. Il-possibbiltà hija limitata għal vittmi li sofrew ċertu tipi ta’ reat?

Iva. Din l-assistenza finanzjarja hija disponibbli biss għall-vittmi tal-kriminalità fejn tkun irriżultat ħsara personali.

2.3. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li sofrew ċertu tipi ta’ ħsara?

L-assistenza finanzjarja hija pprovduta lill-vittmi li jkunu sofrew ħsara personali bħala riżultat ta’ reat. Madankollu, l-assistenza finanzjarja hija disponibbli biss jekk jintlaħaq punteġġ totali ta’ mill-inqas 100 punt fil-mekkaniżmu ta’ punteġġ użat biex jiġi eżaminat il-livell ta’ wġigħ. L-assistenza finanzjarja hija ukoll ipprovduta lis-superstiti ta’ vittma li tmut bħala konsegwenza ta’ ħsarat personali sofferti f’reat, sakemm il-mejjet kien dak li jipprovdi lil dawn il-persuni jew kien responsabbli għall-manteniment tagħhom.

2.4. Jistgħu l-qraba jew nies li jiddependu mill-vittmi li mietu bħala riżultat tar-reat jiksbu kumpens?

Ara r-risposta preċedenti.

2.5. Il-possibbiltà li jinkiseb kumpens hija limitata għal persuni ta’ ċertu nazzjonalità jew persuni li joqgħodu f’ċertu pajjiż?

L-assistenza finanzjarja għall-vittmi tal-kriminalità hija mogħtija mill-istat liċ-ċittadini Ċeki jew persuni mingħajr stat li ġew mogħtija permess ta’ residenza permanenti jew fit-tul biex joqogħdu fir-Repubblika Ċeka. Nies barranin jistgħu japplikaw għall-assistenza skond trattat internazzjonali li jorbot lir-Repubblika Ċeka. Ir-Repubblika Ċeka hija stat parti mill-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Kumpens ta’ Vittmi ta’ Reati Vjolenti, iffirmata fi Strasburgu fl-24 ta’ Novembru 1983. F’dan ir-rigward, ta’ min tissemma’ d-Direttiva tal-Komunità dwar il-kumpens lill-vittmi tal-kriminalità, li tistabbilixxi l-obbligazzjoni ta’ l-Istati Membri li jipprovdu kumpens lill-persuni li joqogħdu b’mod permanenti fi Stat Membru ta’ l-UE ieħor li jsiru vittmi tal-kriminalità fit-territorju tagħhom. Ir-Repubblika Ċeka se tittrasponi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva fil-liġi nazzjonali u l-assistenza finanzjarja tkun imbagħad disponibbli ukoll għall-persuni li joqogħdu b’mod permanenti fi Stat Membru ta’ l-UE.

FuqFuq

2.6. Nista’ napplika għall-kumpens fir-Repubblika Ċeka jekk ir-reat ikun ġie mwettaq barra r-Repubblika Ċeka? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Kif imsemmi aktar 'il fuq, l-assistenza finanzjarja mill-istat hija disponibbli għaċ-ċittadini tar-Repubblika Ċeka. Il-liġi ma tispeċifikax li r-reat irid ikun imwettaq fir-Repubblika Ċeka sabiex il-vittma tkun eliġibbli għall-assistenza finanzjarja. Nistgħu nikkonkludu minn dan li l-assistenza finanzjarja hija mogħtija liċ-ċittadini Ċeki irrispettivament minn fejn ir-reat ikun seħħ.

2.7. Huwa neċessarju li r-reat ikun ġie rrappurtat lill-pulizija?

Iva, ir-rappurtar fil-ħin tar-reat lill-pulizija hija waħda mill-kundizzjonijiet għall-għotja ta’ assistenza finanzjarja. Skond il-liġi dwar l-assistenza finanzjarja, l-istat ma jipprovdix assistenza finanzjarja jekk il-vittma ma tirrappurtax mill-ewwel ir-reat li għalih qiegħed jiġi mitlub kumpens.

2.8. Huwa neċessarju li nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjonijiet tal-pulizija jew proċeduri kriminali qabel inkun nista’ napplika?

L-assistenza finanzjarja tista’ tingħata lil vittma tal-kriminalità jekk min ikun wettaq ir-reat ikun ikkundannat b’reat li jirriżulta fi ħsara personali jew jekk min ikun wettaq ir-reat ikun liberat minħabba li ma jkunx f’kundizzjoni fiżika tajba biżżejjed biex jidher fil-kawża. Madankollu, f’ċertu ċirkostanzi m’hemmx bżonn li wieħed jistenna dan it-tip ta’ verdett (per eżempju jekk min ikun wettaq ir-reat ma jkunx magħruf jew jekk l-akkuża ma tkunx tista’ tiġi kkomunikata lil min ikun wettaq ir-reat), sakemm ir-riżultat ta’ l-investigazzjoni tal-pulizija ma tħalli l-ebda dubju dwar il-fatt li ġie mwettaq reat li rriżulta fi ħsara personali lill-vittma.

FuqFuq

2.9. Jekk min ikun wettaq ir-reat ikun ġie identifikat, huwa neċessarju li l-ewwel wieħed jipprova jikseb kumpens mingħand min ikun wettaq ir-reat?

Għalkemm ma hi msemmija espressament l-ebda obbligazzjoni ta’ dan it-tip fil-liġi, jista’ jiġi konkluż mid-dispożizzjonijiet tal-liġi li l-vittma hija mistennija li tkun attiva fit-tiftix tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat. Għalhekk, l-assistenza finanzjarja tista’ tiġi mnaqqsa jew tista’ tiġi miċħuda fuq il-bażi tas-sitwazzjoni soċjali tal-vittma u jekk il-vittma tkunx eżawriet il-mezzi legali kollha tal-preżentazzjoni għall-kumpens kontra min ikun wettaq ir-reat jew persuna oħra responsabbli għad-danni.

2.10. Jekk min ikun wettaq ir-reat ma jkunx ġie identifikat jew ikkundannat, huwa xorta possibbli li wieħed jikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, xi provi huwa meħtieġ li nipprovdi bħala sostenn ta’ l-applikazzjoni tiegħi?

L-identifikazzjoni jew il-kundanna ta’ min ikun wettaq ir-reat mhijiex kundizzjoni għall-eliġibilità għall-assistenza finanzjarja - ara r-risposta għall-mistoqsija 2.8. F’dawn il-każijiet, jeħtieġ li jkun stabbilit li ġie mwettaq reat li rriżulta fi ħsara personali għall-vittma. Dan jista’ jiġi konkluż mis-sejbiet ta’ l-awtoritajiet ta’ l-infurzar tal-liġi u mill-evidenza ppreżentata mill-vittma.

2.11. Hemm limitu ta’ żmien biex issir l-applikazzjoni għall-kumpens?

L-applikazzjoni għall-assistenza finanzjarja għandha tiġi sottomessa fi żmien sena mid-data li l-vittma ssir taf bit-telf ikkawżat mir-reat, inkella dan id-dritt jintilef.

FuqFuq

2.12. Għal liema telf nista’ niġi kkumpensat?

L-istat jipprovdi l-assistenza finanzjarja f’każijiet fejn il-vittma ssofri ħsara personali bħala riżultat tar-reat. B’mod speċifiku, it-telf ta’ qligħ ippruvat u l-ispejjeż tat-trattament mediku ppruvati huma koperti; is-superstiti ta’ vittma jistgħu jitolbu kumpens għall-ispejjeż tal-funeral u għall-ispejjeż tal-manteniment ippruvati.

2.13. Kif jiġi kkalkulat il-kumpens?

L-assistenza finanzjarja hija mogħtija jew bħala somma waħda ta’ CZK 25 000, jew bħala ammont ekwivalenti għat-telf ta’ qligħ, għall-ispejjeż tat-trattament mediku, għall-ispejjeż tal-funeral u l-ispejjeż tal-manteniment ippruvati. Somom riċevuti mill-vittma bħala danni minn sorsi oħra jiġu mnaqqsa minn dan l-ammont.

2.14. Hemm ammont minimu u/jew massimu li jista’ jiġi mogħti?

L-assistenza finanzjarja pprovduta mill-istat ma tistax taqbeż CZK 150 000. M’hemm l-ebda limitu minimu.

2.15. Il-kumpens li nkun irċevejt, jew li nista’ nirċievi, għall-istess telf imma minn sorsi oħra (bħall-assigurazzjoni) ikun imnaqqas mill-kumpens mill-istat?

L-assistenza finanzjarja hija mogħtija fl-ammont tat-telf ta’ qligħ, ta’ l-ispejjeż tat-trattament mediku, ta’ l-ispejjeż tal-funeral u ta’ l-ispejjeż tal-manteniment ippruvati mingħajr l-ammonti kollha riċevuti mill-vittma bħala danni minn sorsi oħra (per eżempju minn kumpanija ta’ l-assigurazzjoni).

FuqFuq

2.16. Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jinfluwenzaw il-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens, jew kif l-ammont tal-kumpens jiġi kkalkulat, bħall-imġieba tiegħi fir-rigward ta’ l-avveniment li kkawża l-ħsara?

Iva, l-imġieba tal-vittma fir-rigward tar-reat ikkonċernat hija kkunsidrata fid-deċiżjonijiet dwar jekk tingħatax l-assistenza finanzjarja u, jekk iva, kemm. Fatturi oħra jinkludu l-ammont ta’ responsabbiltà tal-vittma għad-dannu, jekk il-vittma tkunx qablet mal-prosekuzzjoni kriminali ta’ min ikun wettaq ir-reat, jekk il-vittma tkunx irrappurtat ir-reat mill-ewwel, jew jekk il-vittma rrifjutatx li tixhed bħala xhud fil-proċeduri kriminali. 

2.17. Nista’ nikseb ħlas bil-quddiem mill-kumpens? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

L-ebda ħlasijiet bil-quddiem mill-assistenza finanzjarja ma jistgħu jingħataw skond il-liġi Ċeka. Madankollu, il-liġi tistabbilixxi limitu ta’ żmien relattivament qasir (tliet xhur) biex tiġi deċiża applikazzjoni għall-assistenza finanzjarja. F’sens wieħed, is-somma waħda ta’ CZK 25 000 li tista’ tingħata meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-liġi dwar l-assistenza finanzjarja jista’ jkollha r-rwol ta’ ħlas bil-quddiem; dan l-ammont jkun l-ewwel disponibbli u mbagħad, jekk l-ammont attwali tat-telf soffert ikun jista’ jiġi ppruvat f’limitu ta’ żmien stabbilit, id-differenza tiġi mħallsa sussegwentement.

2.18. Minn fejn nista’ nikseb il-formoli neċessarji u aktar informazzjoni fuq kif napplika? Hemm xi linja ta’ għajnuna jew website speċjali li nista’ nuża?

L-aġenziji ta’ l-infurzar tal-liġi kollha (il-pulizija, il-prosekuturi pubbliċi, l-imħallfin) huma obbligati li jinfurmaw lill-vittma bil-kundizzjonijiet relatati mal-proviżjoni ta’ l-assistenza finanzjarja. Il-formoli neċessarji u informazzjoni oħra dwar applikazzjoni għall-assistenza finanzjarja huma disponibbli mill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Ċeka.

FuqFuq

2.19. Nista’ nikseb assistenza legali biex nagħmel l-applikazzjoni?

Il-vittma m’għandhiex bżonn rappreżentant legali għas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għall-assistenza finanzjarja. Madankollu, jekk il-vittma tkun tixtieq tista’ tqabbad rappreżentant legali, għalkemm il-vittma tħallas l-ispejjeż relatati hija. Anke f’dan il-każ, dawk li ma jistgħux iħallsu għas-servizzi legali huma intitolati li jersqu quddiem il-Kamra ta’ l-Avukati Ċeka biex jiġi maħtur lilhom avukat.

2.20. Fejn għandi nibgħat l-applikazzjoni?

L-applikazzjonijiet għall-assistenza finanzjarja huma sottomessi lill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Ċeka, Vyšehradská 16, 128 00 Praha 2.

2.21. Hemm xi organizzazzjonijiet ta’ sostenn għall-vittmi li jistgħu jagħtu aktar assistenza?

Iċ-Ċirku Abjad tas-Sigurtà [Bílý kruh bezpečí] hija organizzazzjoni mhux ta’ profitt li tipprovdi għajnuna lill-vittmi tal-kriminalità. B’mod partikolari, din l-organizzazzjoni toffri servizzi ta' konsultazzjoni legali u pariri psikoloġiċi lill-vittmi, inkluż il-proviżjoni ta’ informazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ tiftix ta’ kumpens minn min ikun wettaq ir-reat jew mill-istat. Aktar informazzjoni hija disponibbli fil-website http://www.bkb.cz/ ceština - English.

Aktar tagħrif

  • It-taqsima ‘kumpens’ ceština - English fuq il-website tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Ċeka

« Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Informazzjoni Ġenerali | Repubblika Ċeka - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 28-02-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit