Kummissjoni Ewropea > NGE > Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità > Belġju

L-aħħar aġġornament: 17-10-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Belġju

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Ghal l-ahtar aggiornaurent fuq it-test, Mekk jghogobk ara français

A

T

T

E

N

Z

J

O

N

I

Din il-paġna tinkludi l-istat tal-leġiżlazzjoni li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2004 iżda li, minn din l-istess data, hi applikabbli wkoll għat-talbiet li diġà saru qabel (li huma pendenti quddiem il-Kummissjoni għall-għajnuna tal-vittmi ta’ atti intenzjonali ta’ vjolenza).

Biex tikkonsulta l-istat attwali tal-leġiżlazzjoni, ara s-sit tad-Dipartiment Federali tal-Ġustizzja Deutsch - français - Nederlands.

a) Agħżel il-lingwa, Franċiż jew Olandiż;

b) Agħżel it-taqsima “Leġislazzjoni konsolidata” ("Législation consolidée") ("Geconsolideerde wetgeving");

ċ)Imla t-titli kif ġej:

Tip legali: LIĠI

Data li ġiet promulgata: 1985-08-01

Data tal-pubblikazzjoni: 1985-08-06

Dipartiment: PRIM MINISTRU

Ara wkoll it-taqsima “Informazzjoni”, il-“Ġustizzja mill-A saz-Z” (ara partikolarment "Vittmi ta’ offiża kriminali" u "Għajnuna finanzjarja għall-vittmi ta’ atti intenzjonali ta’ vjolenza” français)

Ara wkoll il-“Kummissjoni għall-għajnuna finanzjarja għall-vittmi ta’ atti intenzjonali ta’ vjolenza” français)



 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Ksib ta’ kumpens għad-danni mingħand dak li jagħmel ir-reat 1.
1.1. Taħt liema kondizzjonijiet nista’ nagħmel talba għad-danni fil-kawża kontra min jagħmel ir-reat ? (il-proċeduri kriminali )? 1.1.
1.2. F’liema waqt tal-proċedura għandi nressaq it-talba? 1.2.
1.3. Kif għandi nressaq it-talba, u lil min? 1.3.
1.4. Kif għandi nippreżenta t-talba tiegħi? 1.4.
1.5. Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u /jew matul il-proċeduri? 1.5.
1.6. Liema provi nintalab nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi? 1.6.
1.7. Jekk ningħata kumpens għad-danni mill-qorti, hemm xi assistenza speċjali li jiena, bħala vittma ta’ delitt, nista’ nagħmel użu minnha biex tiġi infurzata s-sentenza kontra dak li jagħmel ir-reat? 1.7.
2. Ksib ta’ kumpens mingħand l-istat jew minn istituzzjoni pubblika 2.
2.1. Huwa possibbli li jinkiseb kumpens mingħand l-istat jew mingħand istituzzjoni pubblika? 2.1.
2.2. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li jkunu sofrew ċerti tipi ta’ delitti? 2.2.
2.3. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li jkunu sofrew ċerti tipi ta’ ħsarat? 2.3.
2.4. Jistgħu qraba jew dipendenti tal-vittmi li jkunu mietu kawża tad-delitt jiksbu kumpens? 2.4.
2.5. Il-possibbiltà tal-ksib ta’ kumpens hija limitata għall-persuni ta’ ċerta nazzjonalità jew għall-persuni li jgħixu f’ċertu pajjiż? 2.5.
2.6. Nista’ napplika għall-kumpens mill-Belġju jekk id-delitt twettaq f’pajjiż ieħor? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet? 2.6.
2.7. Huwa neċessarju li wieħed ikun irrapporta d-delitt lill-pulizija? 2.7.
2.8. Huwa neċessarju li noqgħod nistenna r-riżultat ta’ l-investigazzjonijiet tal-pulizija jew tal-proċeduri kriminali qabel ma napplika? 2.8.
2.9. Jekk dak li għamel ir-reat ikun ġie identifikat, huwa neċessarju li l-ewwel jipprova jinkseb kumpens mingħand dak li għamel ir-reat? 2.9.
2.10. Jekk dak li għamel ir-reat ma jkunx ġie identifikat jew ma jkunx instab ħati, ikun għadu possibbli li wieħed jikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, xi provi neħtieġ nipproduċi biex insostni l-applikazzjoni tiegħi għall-kumpens? 2.10.
2.11. Hemm xi terminu li matulu trid issir l-applikazzjoni għall-kumpens? 2.11.
2.12. Għal liema ħsarat nista’ niġi ikkumpensat? 2.12.
2.13. Kif jiġi ikkalkulat il-kumpens? 2.13.
2.14. Jeżisti ammont minimu u/jew massimu li jista’ jiġi mogħti? 2.14.
2.15. Il-kumpens li nkun irċevejt, jew li nista’ nirċievi, għall-istess ħsarat imma minn sorsi oħrajn (bħall-assigurazzjoni), jitnaqqas mill-kumpens li nirċievi mill-istat? 2.15.
2.16. Hemm xi kriterji oħrajn li jistgħu jinfluwenzaw l-opportunità li nirċievi kumpens, jew il-mod kif jiġi ikkalkulat l-ammont tal-kumpens, bħall-imġieba tiegħi stess fir-rigward tal-fatt li kkaġuna l-ħsara? 2.16.
2.17. Nista’ nirċievi ħlas antiċipat tal-kumpens? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet? 2.17.
2.18. Minn fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa kif ukoll aktar tagħrif dwar kif għandi napplika? Hemm xi help line jew sit ta’ l-internet speċjali li nista’ nuża? 2.18.
2.19. Nista’ nikseb għajnuna legali biex nagħmel l-applikazzjoni? 2.19.
2.20. Fejn għandi nibgħat l-applikazzjoni? 2.20.
2.21. Hemm xi organizzazzjonijiet li jgħinu lill-vittmi minn fejn nista’ nirċievi iktar assistenza? 2.21.

 

Fil-liġi Belġjana, il-kumpens għandu jitħallas mill-persuna li wettqet ir-reat. Jekk ma jwettaqx dan l-obbligu, il-kumpens jista’ jinkiseb permezz ta’ azzjoni legali quddiem il-Qorti (il-ġudikatura). Is-sistema deskritta f’dan id-dokument informattiv huwa għajnuna mogħtija jew ipprovduta mill-Gvern (l-eżekuttiv).

1. Ksib ta’ kumpens għad-danni mingħand dak li jagħmel ir-reat

1.1. Taħt liema kondizzjonijiet nista’ nagħmel talba għad-danni fil-kawża kontra min jagħmel ir-reat ? (il-proċeduri kriminali )?

Il-vittma ta’ reat li jixtieq jikseb kumpens għad-danni mill-qorti kriminali għandu obbligatorjament u formalment jikkostitwixxi ruħu bħala parti ċivili. Din il-formalità jisimha l-parteċipazzjoni bħala parti ċivili. Ilment lill-awtoritajiet ġudizzjarji jew lill-pulizija biss mhux biżżejjed.

Żewġ proċeduri huma disponibbli għall-persuna li sofriet ir-reat: din tista’ tressaq azzjoni jew intervent.

L-azzjoni, li twassal għal prosekuzzjoni pubblika tista’ ssir b’żewġ modi: jew bil-ftuħ ta’ proċedura ta’ parti ċivili quddiem maġistrat inkwerenti (l-Artikoli 66 sa 70 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali) jew b’ċitazzjoni diretta (l-Artikoli 64, it-tieni inċiż, 145, 182 u 183 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali).

L-intervent hija l-proċedura l-aktar spissa u l-aktar irħisa. Il-vittma jintervjeni fil-proċeduri li diġà jkunu nbdew mill-prosekutur pubbliku.

1.2. F’liema waqt tal-proċedura għandi nressaq it-talba?

Il-ftuħ ta’ azzjoni ssir qabel mal-każ ikun riferit lill-imħallef li jrid jiddeċiedi l-każ. Il-vittma ngħatat is-saħħa mil-liġi li tibda azzjoni pubblika biex tinvoka l-ġurisdizzjoni kriminali waqt l-azzjoni ċivili mingħajr ma tiddependi mill-prosekutur pubbliku.

Il-ftuħ ta’ intervent isir wara li l-każ jitressaq quddiem l-imħallef li jrid jiddeċiedih. Din tista’ tintlaqa’ fiż-żmien bejn il-bidu ta’ l-azzjoni pubblika sa l-għeluq tad-dibattiti quddiem l-imħallef li jrid jiddeċiedi l-każ fl-ewwel istanza (l-Artikolu 67 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali).

FuqFuq

1.3. Kif għandi nressaq it-talba, u lil min?

Kif jindika isimha, azzjoni ċivili mibdija quddiem maġistrat inkwerenti hi mressqa lill-maġistrat inkwerenti, kemm jekk il-każ ikun diġà quddiemu u kemm jekk le. Mhix meħtieġa xi forma partikolari għall-ilment bl-għan li tinfetaħ azzjoni ta’ parti ċivili. Il-maġistrat inkwerenti jieħu nota ta’ l-ilment fil-verbali tal-kawża. Madankollu, il-parti ċivili hi obbligata tindika bi preċiżjoni l-fatti li fuqhom qed tibbaża t-talba tagħha biex tipparteċipa fil-proċeduri. Meta l-prosekuzzjoni tinbeda permezz tal-parti ċivili, din għandha tgħaddi lill-Iskrivan tal-Qorti s-somma meqjusa bħala meħtieġa biex tkopri l-ispejjeż tal-proċedura.

Fir-rigward taċ-ċitazzjoni diretta, il-persuna li sofriet ir-reat titlob lill-uffiċjal tal-qorti biex jibgħat ċitazzjoni li titlob il-preżenza quddiem il-qorti kriminali jew il-qorti tal-pulizija skond ir-regoli tal-kompetenza u b’osservanza tat-termini stabbiliti għad-dehra. Iċ-ċitazzjoni telenka l-fatti. F’ċertu każijiet, ma tistax tintuza ċ-ċitazzjoni (reati u delitti politiċi u ta’ l-istampa, Qorti ta’ l-Appell, Tribunal tal-Minorenni).

L-intervent isir quddiem il-maġistrat li jiddeċiedi l-każ. Dan isir b’xejn u jista’ isir oralment.

Fir-rigward tal-ftuħ ta’ intervent, ninnutaw li quddiem il-qorti tal-pulizija u quddiem il-qorti kriminali, meta prosekuzzjoni tinbeda permezz tal-konvokazzjoni permezz ta’ rapport (l-Artikoli 216quater u 216quinquies tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali), il-persuna li sofriet ir-reat tista’ tressaq il-każ quddiem il-qrati permezz ta’ talba depożitata għand l-Iskrivan tal-Qorti (l-Artikolu 4 tat-Titolu Preliminari tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali).

FuqFuq

1.4. Kif għandi nippreżenta t-talba tiegħi?

It-talba għandha tippreċiża aggravji speċifiċi. It-talba tista’ tkun kompletata matul il-proċedura.

1.5. Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u /jew matul il-proċeduri?

Ara "l-Għajnuna ġudizzjarja - Belġju".

1.6. Liema provi nintalab nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Kull mezz ta’ prova legali jista’ jkun ippreżentat biex tkun ippruvata l-entità tad-dannu u r-rabta bejn ir-reat (id-delitt) u dan id-dannu.

1.7. Jekk ningħata kumpens għad-danni mill-qorti, hemm xi assistenza speċjali li jiena, bħala vittma ta’ delitt, nista’ nagħmel użu minnha biex tiġi infurzata s-sentenza kontra dak li jagħmel ir-reat?

Ma teżistix għajnuna speċjali għall-vittmi ta’ reat għall-infurzar tas-sentenza kontra l-persuna li wettqet ir-reat. Madankollu, jekk ir-riżorsi finanzjarji tal-vittma ma jippermettulux iħallas l-ispejjeż marbuta ma’ l-infurzar ta’ l-ordnijiet u s-sentenza mogħtija, din tista’ tgawdi minn għajnuna legali (l-Artikolu 665 tal-Kodiċi Ġudizzjarju) Ara "Għajnuna ġudizzjarja - Belġju"

2. Ksib ta’ kumpens mingħand l-istat jew minn istituzzjoni pubblika

2.1. Huwa possibbli li jinkiseb kumpens mingħand l-istat jew mingħand istituzzjoni pubblika?

Tista’ tikseb kumpens mill-kummissjoni għall-għajnuna finanzjarja għall-vittmi ta’ reati intenzjonali ta’ vjolenza.

FuqFuq

Il-liġi applikabbli hi s-sezzjoni II tal-Kapitolu III, “Għajnuna ta’ l-Istat lill-vittmi ta’ reati intenzjonali ta’ vjolenza”, tal-Liġi ta’ l-1 ta’ Awwissu 1985 li tistabbilixxi miżuri fiskali u oħrajn, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-liġi”.

2.2. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li jkunu sofrew ċerti tipi ta’ delitti?

Il-possibbiltà ta’ kumpens hi limitata għall-persuni li sofrew att intenzjonali ta’ vjolenza. Fil-prinċipju, dan jirreferi għal reati intenzjonali. Madankollu, il-kummissjoni hi ħielsa fl-interpretazzjoni tagħha meta tiddefinixxi l-kunċett ta’ att intenzjonali ta’ vjolenza (l-Artikolu 31, 1°, tal-liġi).

2.3. Il-possibbiltà hija limitata għall-vittmi li jkunu sofrew ċerti tipi ta’ ħsarat?

Il-possibbiltà hi limitata għall-vittmi li soffrew danni fiżiċi jew psikoloġiċi importanti (l-Artikolu 31, 1°, tal-liġi).

Jistgħu wkoll jitolbu l-għajnuna:

  1. missier u omm ta’ tifel/tifla taħt l-età jew persuni li huma responsabbli għal tifel/tifla taħt l-età, li wara att intenzjonali ta’ vjolenza, għandu/għandha bżonn ta’ kura medika jew terapewtika fuq tul ta’ żmien (l-Artikolu 31, 3°, tal-liġi) u
  2. il-qraba sat-tieni livell ta’ vittma jew il-qraba li kienu jgħixu f’rapport familjari għal tul ta’ żmien mal-vittma li tkun ilha nieqsa għal aktar minn sena, fejn ikun aċċettat li wisq probabbilment il-persuna għebet minħabba att intenzjonali ta’ vjolenza (l-Artikolu 31, 4°, tal-liġi).

Meta d-dannu jsir aktar serju b’mod evidenti wara l-għoti tal-kumpens, tista’ tingħata għajnuna addizzjonali mill-kummissjoni (l-Artikolu 37 tal-liġi).

FuqFuq

2.4. Jistgħu qraba jew dipendenti tal-vittmi li jkunu mietu kawża tad-delitt jiksbu kumpens? 

Il-qraba u persuni li kienu jgħixu f’rapport familjari għal tul ta’ żmien ma’ persuna li mietet bħala riżultat dirett ta’ att ta’ vjolenza jistgħu jiksbu l-għajnuna (l-Artikolu 31, 2°, tal-liġi).

2.5. Il-possibbiltà tal-ksib ta’ kumpens hija limitata għall-persuni ta’ ċerta nazzjonalità jew għall-persuni li jgħixu f’ċertu pajjiż?

L-għajnuna mhix limitata għall-persuni ta’ ċerta nazzjonalità jew persuni li jgħixu f’ċertu pajjiż. Madankollu, il-vittma għandha, meta jitwettaq l-att ta’ vjolenza, tkun ta’ nazzjonalità Belġjana jew ikollha d-dritt li tidħol, tirrisjedi u tgħix fir-Renju (l-Artikolu 31bis, 2°, tal-liġi).

Eċċezzjoni: il-vittmi li fil-mument li twettaq l-att ta’ vjolenza kienu fir-Renju b’mod illegali iżda li eventwalment jingħataw mill-Uffiċċju ta’ l-Immigrazzjoni permess ta’ residenza għal żmien mhux determinat fil-qafas ta’ inkjesta marbuta mal-kummerċ tal-persuni jistgħu jingħataw l-għajnuna (l-Artikolu 31bis, 2°, tal-liġi).

2.6. Nista’ napplika għall-kumpens mill-Belġju jekk id-delitt twettaq f’pajjiż ieħor? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet?

Biex tingħata l-għajnuna, l-att ta’ vjolenza jrid ikun twettaq fil-Belġju (l-Artikolu 31bis, 2°, tal-liġi).

Eċċezzjoni: meta l-att ta’ vjolenza jkun twettaq barra mill-pajjiż, ċertu individwi li qed iservu barra l-pajjż jistgħu jingħataw l-għajnuna (l-Artikolu 31bis, 12°, tal-liġi). Dawn il-persuni huma membri: 

FuqFuq

  1. tas-servizzi tal-pulizija,
  2. tas-servizzi esterni tad-dipartiment tas-“Sigurtà ta’ l-Istat”,
  3. tal-personal tal-forzi armati u l-aġenti ċivili tad-Dipartiment Federali tad-Difiża,
  4. tas-servizzi tal-protezzjoni ċivili,
  5. tas-servizzi tat-tifi tan-nar,
  6. tas-servizzi esterni tad-Direttorat Ġenerali ta’ l-Infurzar tal-pieni u l-miżuri.
2.7. Huwa neċessarju li wieħed ikun irrapporta d-delitt lill-pulizija?

Mhux neċessarju li wieħed ikun irraporta r-reat lill-pulizija biex jingħata l-għajnuna (eċċezzjonijiet: ara l-punti 2.10 u 2.17).

2.8. Huwa neċessarju li noqgħod nistenna r-riżultat ta’ l-investigazzjonijiet tal-pulizija jew tal-proċeduri kriminali qabel ma napplika?

Jeżistu żewġ possibbiltajiet differenti (l-Artikolu 31bis, 3°, tal-liġi):

  1. Jekk l-awtur tar-reat hu magħruf, ma tistax tingħata għajnuna qabel ma tingħata d-deċiżjoni definittiva dwar l-azzjoni pubblika.
  2. Jekk jibqa’ ma jsirx magħruf min kien l-awtur, l-għajnuna ma tistax tingħata qabel ma jkun ingħalaq il-każ. Eċċezzjoni: Wara li jgħaddi perjodu ta’ sena mill-ftuħ ta’ proċedura ta’ parti ċivili, tista’ tingħata l-għajnuna anke jekk il-każ ikun għadu ma ngħalaqx.
2.9. Jekk dak li għamel ir-reat ikun ġie identifikat, huwa neċessarju li l-ewwel jipprova jinkseb kumpens mingħand dak li għamel ir-reat?

Jekk dak li għamel ir-reat ikun ġie identifikat, huwa neċċessarju li l-ewwel jipprova jinkiseb kumpens għal dak ir-reat. Meta titressaq din il-pretensjoni, prova li l-persuna li talbet kumpens kkostitwiet ruħha bħala parti ċivili, ipproċediet b’ċitazzjoni diretta jew fetħet proċedura quddiem qorti ċivili għandha tkun ipprovduta. (l-Artikolu 31bis, 3°, tal-liġi).

FuqFuq

2.10. Jekk dak li għamel ir-reat ma jkunx ġie identifikat jew ma jkunx instab ħati, ikun għadu possibbli li wieħed jikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, xi provi neħtieġ nipproduċi biex insostni l-applikazzjoni tiegħi għall-kumpens?

Jekk dak li għamel ir-reat ma jkunx ġie identifikat, tista’ tikseb l-għajnuna (l-Artikolu 31bis, 3°, it-tieni paragrafu, tal-liġi). Għandha tingħata prova li l-persuna li talbet kumpens kkostitwiet ruħha parti ċivili (l-Artikolu 31bis, 3°, l-ewwel paragrafu, tal-liġi).

Madankollu, il-kummissjoni tista’ tqis li hu biżżejjed għall-persuna li talbet kumpens li tippreżenta ilment jew tikkwalifika bħala l-vittma (l-Artikolu 31bis, 3°, it-tieni paragrafu, tal-liġi).

2.11. Hemm xi terminu li matulu trid issir l-applikazzjoni għall-kumpens?

L-applikazzjoni għandha ssir sa mhux tard minn tliet snin. Skond il-każ, il-perjodu ta’ żmien jibda mill-ewwel deċiżjoni biex jingħalaq il-każ, id-deċiżjoni tal-ġurisdizzjoni istruttorja, sal-jum meta tittieħed deċiżjoni finali li tinbeda prosekuzzjoni pubblika jew mill-jum li tkun ittieħdet deċiżjoni dwar l-interessi ċivili wara d-deċiżjoni dwar li tinbeda l-azzjoni pubblika. (l-Artikolu 31bis, 4° tal-liġi).

Ma tistax tintalab għajnuna addizzjonali għaxar snin wara l-jum li tkun tħallset l-għajnuna (l-Artikolu 37 tal-liġi).

2.12. Għal liema ħsarat nista’ niġi ikkumpensat?

Il-kummissjoni tibbaża esklussivament fuq l-elementi segwenti ta’ dannu soffrut (l-Artikolu 32, l-1 paragrafu, tal-liġi).

FuqFuq

  1. id-dannu morali, meqjusa d-diżabilità temporanja jew permanenti;
  2. l-ispejjeż mediċi u ta’ l-isptar, inklużi l-ispejjeż għall-protesi;
  3. id-diżabilità temporanja jew permanenti;
  4. telf jew tnaqqis ta’ dħul li jirriżulta mill-fatt li ma tistax tibqa’ taħdem xogħol temporanju jew permanenti;
  5. id-dannu estetiku;
  6. spejjeż legali sa 4,000 Ewro;
  7. spejjeż materjali sa 1,250 Ewro;
  8. id-dannu li jirriżulta mit-telf ta’ sena jew aktar ta’ edukazzjoni.

Għall-għoti ta’ għajnuna lill-qraba ta’ vittma li mietet, il-kummissjoni tibbaża esklussivament fuq l-elementi segwenti ta’ dannu soffrut (l-Artikolu 32, it-2 paragrafu, tal-liġi):

  1. id-dannu morali;
  2. l-ispejjeż mediċi u ta’ l-isptar
  3. it-telf ta’ allokazzjonijiet għall-persuni li, fil-mument tal-mewt tal-vittma, kienu jiddependu minnha;
  4. l-ispejjeż għall-funeral sa massimu ta’ 2,000 Ewro;
  5. spejjeż legali sa 4,000 Ewro;
  6. id-dannu li jirriżulta mit-telf ta’ sena jew aktar ta’ edukazzjoni.
Għall-għoti ta’ għajnuna lill-persuni li jkunu responsabbli minn tifel/tifla li wara att intenzjonali ta’ vjolenza għandu/għandha bżonn ta’ kura medika jew terapewtika għal tul ta’ żmien u lill-ġenitura ta’ vittma li sparixxiet, il-kummissjoni tibbaża esklussivament fuq l-elementi segwenti ta’ dannu soffrut (l-Artikolu 32, it-3 paragrafu, tal-liġi):
  1. id-dannu morali;
  2. l-ispejjeż mediċi u ta’ l-sptar;
  3. spejjeż legali sa 4,000 Ewro;
2.13. Kif jiġi ikkalkulat il-kumpens?

L-ammont ta’ l-għajnuna hu stipulat b’mod ekwu minn kamra tal-kummissjoni komposta minn tliet membri, li l-President tagħha jkun maġistrat (l-Artikolu 33, l-ewwel paragrafu, l-ewwel inċiż, tal-liġi).

FuqFuq

2.14. Jeżisti ammont minimu u/jew massimu li jista’ jiġi mogħti?

L-ammont minimu li jista’ jingħata hu ta’ 500 Ewro. L-ammont massimu hu ta’ 62,000 Ewro. (l-Artikolu 33, it-tieni paragrafu tal-liġi).

L-ammont ta’ għajnuna addizjonali hu limitat għal 62,000 Ewro li minnu jitnaqqas l-ammont diġa mogħti (l-Artikolu 37 tal-liġi).

2.15. Il-kumpens li nkun irċevejt, jew li nista’ nirċievi, għall-istess ħsarat imma minn sorsi oħrajn (bħall-assigurazzjoni), jitnaqqas mill-kumpens li nirċievi mill-istat?

Il-kumpens li l-vittma rċeviet jew tista’ tirċievi għall-istess ħsarat iżda minn sorsi oħrajn jitnaqqas mill-għajnuna mogħtija (l-Artikolu 31bis, 5°, tal-liġi).

2.16. Hemm xi kriterji oħrajn li jistgħu jinfluwenzaw l-opportunità li nirċievi kumpens, jew il-mod kif jiġi ikkalkulat l-ammont tal-kumpens, bħall-imġieba tiegħi stess fir-rigward tal-fatt li kkaġuna l-ħsara?

Il-kummissjoni tista’, b’mod partikolari, tikkunsidra (l-Artikolu 33, l-ewwel paragrafu, it-tieni inċiż, tal-liġi):

  • l-imġieba ta’ min ressaq it-talba fejn din ikkontribwiet direttament jew indirettament għat-twettiq tad-dannu jew biex dan ikun aktar gravi;
  • ir-relazzjoni bejn min ressaq it-talba u l-awtur tar-reat.
2.17. Nista’ nirċievi ħlas antiċipat tal-kumpens? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet?

Il-kummissjoni tista’ tħallas għajnuna ta’ urġenza fil-każ li dewmien fl-għoti ta’ din l-għajnuna tippreġudika b’mod sinifikanti lil min ressaq it-talba minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu (l-Artikolu 36, l-ewwel inċiż, tal-liġi).

FuqFuq

Applikazzjoni biex tingħata għajnuna urġenti tista’ ssir wara li din il-persuna li tressaq it-talba tkun ressqet ilment jew ikkostitwiet ruħha parti ċivili (l-Artikolu 36, it-tielet inċiż, tal-liġi).

L-għajnuna urġenti tingħata skond kull każ u kull persuna li tagħmel it-talba għal danni li jeċċedu l-500 Ewro u tkun limitata għal ammont ta’ 15,000 Ewro (l-Artikolu 36, it-tieni inċiż, tal-liġi).

2.18. Minn fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa kif ukoll aktar tagħrif dwar kif għandi napplika? Hemm xi help line jew sit ta’ l-internet speċjali li nista’ nuża?

Il-formoli meħtieġa u aktar tagħrif dwar il-proċedura u kif għandek tapplika huma disponibbli għand:

Il-Kummissjoni għall-għajnuna finanzjarja għall-vittmi ta’ atti intenzjonali ta’ vjolenza

Indirizz postali: Boulevard de Waterloo/Waterloolaan 115, 1000 Bruxelles/Brussel

Uffiċċji: Avenue de la Porte de Hal/Hallepoortlaan, 5-8 à 1060 Bruxelles/Brussel

Telefon (bil-Franċiż): +32 (0)2 542 08 jew +32 (0)2 542 72 44;

Telefon (bl-Olandiż): +32 (0)2 542 72 18, +32 (0)2 542 72 24 jew +32 (0)2 542 72 29

Fax: +32 (0)2 542 72 40;

Ħinijiet tal-ftuħ: kull jum tax-xogħol mid-9.00 a.m.. sal-11.45a.m. u mis-2 p.m. sal-4.30p.m.

2.19. Nista’ nikseb għajnuna legali biex nagħmel l-applikazzjoni?

Tista’ tikseb għajnuna legali biex tagħmel l-applikazzjoni (ara “l-Għajnuna legali – il-Belġju”).

FuqFuq

Il-proċedura quddiem il-kummissjoni hi b’xejn.

Il-preżenza tal-vittma waqt l-udjenza u r-rappreżentazzjoni permezz ta’ avukat mhux obbligatorji.

Il-vittma tista’ titlob l-għajnuna ta’ rappreżentant ta’ istituzzjoni pubblika jew ta’ assoċjazzjoni approvata għal dan l-għan (ara l-punt 2.21).

2.20. Fejn għandi nibgħat l-applikazzjoni?

L-applikazzjoni għall-għajnuna finanzjarja, l-għajnuna urġenti jew l-għajnuna addizzjonali għandha ssir permezz ta’ żewġ kopji mogħtija lis-segretarjat tal-kummissjoni jew indirizzata lilu permezz ta’ ittra reġistrata bil-posta

Indirizz postali: Boulevard de Waterloo, 115, 1000 Bruxelles;

Uffiċċji: Avenue de la Porte de Hal, 5-8, 1060 Bruxelles;

Ħinijiet tal-ftuħ: kull jum tax-xogħol mid-9.00 a.m.. sal-11.45a.m. u mis-2 p.m. sal-4.30p.m.

2.21. Hemm xi organizzazzjonijiet li jgħinu lill-vittmi minn fejn nista’ nirċievi iktar assistenza?

Fil-Belġju, il-politika favur il-vittmi tikkonċerna numru ta’ entitajiet differenti.

Is-servizzi tal-pulizija jipprovdu dik li tissejjaħ l-għajnuna tal-pulizija lill-vittmi, partikolarment billi tipprovdilhom l-informazzjoni meħtieġa.

L-assistenti legali, membri tal-personal tad-Dipartiment taċ-Ċentri tal-Konsulenza Legali jgħinu lill-maġistrati kompetenti biex jiggwidaw lill-persuni involuti fi proċeduri ġudizzjarji.

Is-servizzi ta’ għajnuna għall-vittmi jipprovdu għajnuna psikoloġika u soċjali individwali għall-vittmi u l-qraba tagħhom. Dawn l-assoċjazzjonijiet jistgħu wkoll jgħinu lill-vittmi quddiem il-kummissjoni għall-għajnuna finanzjarja għall-vittmi. Tistgħu tiksbu l-indirizzi tagħhom mingħand dawn is-servizzi:

  1. id-Dipartiment Federali tal-Ġustizzja (Boulevard de Waterloo 115, 1000 Brussel, +32 (0)2 542 65 11),
  2. ċentri tal-Konsulenza Legali
  3. is-servizzi tal-pulizija
  4. is-servizz ta’ għajnuna għall-vittmi ta’ HUY (Rue Rioul 22-24, 4500 HUY, +32 (0)85 21 65 65) għall-parti frankofona tal-pajjiż
  5. Steunpunt Algemeen Welzijnswerk, Afdeling slachtofferhulp (Diksmuidelaan 50, 2600 BERCHEM, +32 (0)3 366 15 40) għall-parti tal-pajjiż ta’ lingwa Olandiża.
  6. jew billi tikkonsulta l-fuljett “Id-drittijiet tiegħek bħala vittma ta’ reat”

Aktar tagħrif

  • Hemm xi modi oħra biex tikseb kumpens mingħand il-persuna li wettqet ir-reat?

Il-Prosekutur tar-Re jista’ jiddeċiedi li ma jipprosegwix lis-suspettat jekk dan jilħaq ċertu kondizzjonijiet. L-ewwel kondizzjoni li l-awtur tar-reat għandu josserva u dik li hi ta’ interess dirett għall-vittma hi l-kumpens jew it-tiswija tal-ħsara. Din il-proċedura partikolari hi msejħa l-medjazzjoni kriminali. Din mhix possibbli ħlief għal dawk ir-reati li għalihom il-Prosekutur tar-RE jqis li m’hemmx lok li jitlob aktar minn sentejn ħabs f’faċilità korrettiva (l-Aritkolu 216ter tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali).

Il-proċedura ssir quddiem maġistrat ta’ l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku responsabbli għall-medjazzjoni kriminali. Il-persuna li wettqet ir-reat u l-vittma għandhom jilħqu ftehim dwar il-kumpens. Il-ftehim jitħejja f’rapport. Jekk il-persuna li wettqet ir-reat ma tikkonformax bis-sħiħ mal-kondizzjonijiet deċiżi, il-vittma jista’ jressaq azzjoni ċivili għad-danni fil-qrati ċivili jew tikkostitwixxi ruħha parti ċivili.

  • Tista’ tikseb informazzjoni dwar deċiżjonijiet tal-Kummissjoni għall-għajnuna finanzjarja għall-vittmi ta’ atti intenzjonali ta’ vjolenza?

Tista’ tkun taf aktar dwar il-każijiet preċedenti tal-Kummissjoni għall-għajnuna finanzjarja français fuq is-sit tad-Dipartiment Federali tal-Ġustizzja: Deutsch - français - Nederlands

  • Tista’ tikkonsulta l-liġi li tipprevedi l-għajnuna finanzjarja għall-vittmi?

Il-liġi applikabbli hi l-Kapitolu III, sezzjoni II tal-liġi ta’ l-1 ta’ Awwisu 1985 li tistabbilixxi miżuri fiskali u oħrajn. Il-leġiżlazzjoni tista’ tkun ikkonsultata fuq is-sit tad-Dipartiment Federali tal-Ġustizzja: Deutsch - français - Nederlands

- Agħżel il-lingwa Franċiża jew Olandiża,

- Agħżel it-taqsima “Leġislazzjoni konsolidata” (“Législation consolidée”) (“Geconsolideerde wetgeving”),

- Imla t-titli kif ġej:

    • Tip legali: LIĠI
    • Data ta’ meta ġiet promulgata: 1985-08-01
    • Data tal-pubblikazzjoni: 1985-08-06
    • Dipartiment: PRIM MINISTRU

- Ikkonsulta l-Artikoli 28 sa 41 tal-liġi.

« Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Informazzjoni Ġenerali | Belġju - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 17-10-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit