Kummissjoni Ewropea > NGE > Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità > Awstrija

L-aħħar aġġornament: 10-08-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Awstrija

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità mingħand min għamel ir-reat 1.
1.1. Taħt liema kundizzjonijiet nista’ nressaq klejm għal kumpens mingħand min għamel ir-reat waqt proċedura kriminali? 1.1.
1.2. Meta għandi nressaq klejm għal kumpens waqt il-proċedura? 1.2.
1.3. Kif u fejn għandi nagħmel klejm? 1.3.
1.4. Kif għandi nifformola l-klejm tiegħi għal kumpens (billi nagħti ammont totali, jew inqassmu f’affarijiet individwali)? 1.4.
1.5. L-assistenza legali hija disponibbli qabel jew matul il-proċedura? 1.5.
1.6. Liema provi għandi nippreżenta meta nressaq klejm? 1.6.
1.7. Hemm xi assistenza disponibbli biex jiġi nfurzat digriet tal-qorti li jkun ordna lil min għamel ir-reat biex iħallas il-kumpens lill-vittma? 1.7.
2. Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità mill-Istat jew minn Istituzzjonijiet Statali 2.
2.1. Tista’ l-vittma ta’ reat tirċievi kumpens mill-istat jew minn istituzzjonijiet statali? 2.1.
2.2. Dan il-kumpens mill-istat huwa disponibbli biss għal persuni li huma vittmi ta’ atti kriminali partikolari? 2.2.
2.3. Dan il-kumpens huwa disponibbli biss għal persuni li sofrew xi danni partikolari? 2.3.
2.4. Jekk il-vittma tmut, il-qraba tiegħu jew tagħha jew xi persuni dipendenti huma intitolati li jitolbu kumpens? 2.4.
2.5. Klejm għal kumpens jiddependi fuq xi nazzjonalità partikolari jew fuq xi ċirkustanzi partikolari ta’ residenza permanenti? 2.5.
2.6. Nista’ nfittex għal kumpens jekk l-att kriminali jkun sar ġo xi stat ieħor? Taħt liema kundizzjonijiet? 2.6.
2.7. L-att kriminali jrid ikun ġie rrappurtat lill-pulizija? 2.7.
2.8. Hemm bżonn li l-investigazzjonijiet tal-pulizija jew il-proċedura kriminali jkunu ġew konklużi biex klejm jiġi mressaq? 2.8.
2.9. Klejm għal kumpens irid l-ewwel jiġi mressaq kontra min instab ħati li kkaġuna d-danni? 2.9.
2.10. Jista’ jiġi mitlub il-kumpens mill-Istat anke jekk mhux magħruf min għamel ir-reat jew jekk għadu ma nstabx ħati? 2.10.
2.11. Klejm għal kumpens irid jiġi mressaq sa xi limitu ta’ żmien partikolari? 2.11.
2.12. Għal liema tipi ta’ danni nista’ nressaq klejm għal kumpens? 2.12.
2.13. Kif jiġi kkalkulat il-kumpens? 2.13.
2.14. Hemm ammonti minimi jew massimi ta’ kumpens mill-istat? 2.14.
2.15. Jekk inkun irċevejt jew inkun se nirċievi pagamenti ta’ kumpens minn x’imkien ieħor (eż. l-assigurazzjoni), dan jiġi kkunsidrat meta jiġi kkalkulat il-kumpens mill-istat? 2.15.
2.16. Hemm xi kriterji oħrajn li jiddeterminaw jekk nistax nieħu kumpens mill-Istat, jew kif tiġi kkalkulata l-għajnuna mill-Istat, per eżempju l-imġiba tiegħi fir-rigward ta’ l-att kriminali li kkaġuna l-korriment? 2.16.
2.17. Huwa possibbli li parti mill-pagament tal-kumpens titħallas bil-quddiem? Taħt liema kundizzjonijiet? 2.17.
2.18. Min fejn nista’ niġbor il-formoli ta’ l-applikazzjoni neċessarji, kif ukoll aktar tagħrif dwar kif titressaq applikazzjoni għal kumpens mill-istat? Hemm xi helpline jew website imwaqqaf għal dan l-għan? 2.18.
2.19. Nista’ nitlob għall-assistenza legali biex inressaq klejm għal kumpens? 2.19.
2.20. Fejn għandi nibgħat l-applikazzjoni tiegħi? 2.20.
2.21. Jistgħu jittieħdu aktar pariri mingħand xi organizzazzjonijiet li jgħinu lill-vittmi tal-kriminalità? 2.21.

 

1. Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità mingħand min għamel ir-reat

1.1. Taħt liema kundizzjonijiet nista’ nressaq klejm għal kumpens mingħand min għamel ir-reat waqt proċedura kriminali?

Waqt proċedura kriminali, persuni li jkunu sofrew xi danni jistgħu jressqu klejm għal kumpens billi jiddikjaraw li jridu jieħdu sehem fil-proċedura kriminali b’relazzjoni mad-drittijiet tagħhom. Klejm għal kumpens jista’ jiġi mressaq jekk il-vittma jkun sofra xi danni finanzjarji minħabba att kriminali mħarrek mill-istat. Danni għal interessi mhux marbutin ma’ telf finanzjarju m’humiex eliġibbli.

1.2. Meta għandi nressaq klejm għal kumpens waqt il-proċedura?

Fil-kodiċi kriminali [Strafprozessordnung] § 47 para. 1, huwa stipulat li persuni li jkunu sofrew id-danni għandhom jasserixxu d-drittijiet legali privati tagħhom marbutin ma’ l-att kriminali sal-bidu tal-proċedura prinċipali. Madankollu, il-ġurisprudenza tippermetti wkoll li persuni jieħdu sehem waqt li l-proċedura prinċipali tkun għaddejja.

1.3. Kif u fejn għandi nagħmel klejm?

Is-sehem ta’ persuna li tkun sofriet id-danni fir-rigward tad-drittijiet privati tagħha (sehem bħala persuna privata) ma titqiesx bħala azzjoni ekwivalenti għal azzjoni formali skond il-liġi ċivili. Kull m’hemm bżonn hija dikjarazzjoni, mhux f’xi forma partikolari, dwar l-intenzjoni li se jitressaq klejm għal kumpens għad-danni u li għalhekk se jittieħed sehem fil-proċedura kriminali. Il-kodiċi kriminali [Strafprozessordnung] ma jistipulax xi forma partikolari biex wieħed jieħu sehem fil-proċedura kriminali bħala persuna privata. X’aktarx, tista’ tingħata xhieda verbali filwaqt li jkun qiegħed isir ir-rapport, filwaqt li tkun qiegħda tinstema’ x-xhieda ta’ l-awtoritajiet tas-sigurtà (pulizija, ġendarmerija) jew ta’ l-imħallef istruttorju fil-proċedura preliminari tal-qorti jew - ara 1.2. – anke matul il-proċedura prinċipali. Barra minn hekk, ir-rappreżentazzjoni ta’ avukat m’hix neċessarja fil-każ ta’ dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-intenzjoni li se jittieħed sehem fil-proċedura. B’din id-dikjarazzjoni li se tieħu sehem fil-proċedura, il-vittma tingħata l-istatus ta’ persuna privata (§ 47 para. 1 Strafprozessordnung) u b’hekk tieħu sehem fil-proċedura kriminali.

FuqFuq

1.4. Kif għandi nifformola l-klejm tiegħi għal kumpens (billi nagħti ammont totali, jew inqassmu f’affarijiet individwali)?

L-ammont ta’ kumpens ma jridx jiġi stipulat fid-dikjarazzjoni dwar l-intenzjoni li wieħed se jieħu sehem bħala persuna privata fil-proċedura kriminali; madankollu, huwa bżonnjuż li jiġi ddikjarat l-ammont tal-klejm mitlub. Jekk il-klejm jiddependi fuq ċirkustanzi materjali differenti kif ukoll fuq raġunijiet legali diversi (eż. spejjeż ta’ l-isptar jew danni għal uġigħ u tbatija), f’dan il-każ il-klejm għal kumpens irid jiġi speċifikat – mhux aktar tard mill-proċedura tal-qorti.

1.5. L-assistenza legali hija disponibbli qabel jew matul il-proċedura?

L-assistenza legali hija disponibbli bla ħlas għall-vittmi – irrispettivament minn jekk ikunx hemm proċedura kriminali pendenti jew le – fil-qrati kollha distrettwali u bħala ‘opinjoni legali inizjali’. Minbarra dan, l-awtoritajiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-proċedura kriminali huma obbligati li jispjegaw lill-vittmi tal-kriminalità x’inhuma d-drittijiet tagħhom fil-proċedura kriminali (§ 47a para. 1 Strafprozessordnung), li jinfurmawhom dwar il-proċeduri kriminali li jkunu għaddejjin, jekk ikun hemm xi dubju dwar jekk dawn jafux bihom (§ 365 para. 1 Strafprozessordnung), u li jikkunsidraw id-danni kkaġunati mill-att kriminali u xi ċirkustanzi inċidentali ta’ importanza b’relazzjoni għad-drittijiet privati (§ 365 para. 1 Strafprozessordnung). Minkejja li din l-assistenza m’hix obbligatorja, kull persuna li tieħu sehem fi proċedura kriminali bħala persuna privata tista’ tkun irrappreżentata minn avukat. Minuri li huma vittmi ta’ maltrattament jew ta’ abbuż sesswali, jistgħu jkunu rappreżentati bla ħlas minn avukat, minn meta jsir ir-rapport sa’ l-egħluq tal-proċedura kriminali, skond dak li huwa magħruf bħala ‘akkumpanjament legali fil-proċedura’. Ir-rappreżentazzjoni bla ħlas b’mod ġenerali m’hix ipprovduta għal persuni li jieħdu sehem f’kapaċità privata.

FuqFuq

1.6. Liema provi għandi nippreżenta meta nressaq klejm?

Fil-proċedura kriminali, bħala parti mill-proċedura uffiċjali tagħha l-qorti trid tikkunsidra d-danni kkaġunati mill-att kriminali kif ukoll iċ-ċirkustanzi inċidentali ta’ importanza b’relazzjoni mad-drittijiet privati (§ 365 para. 1 Strafprozessordnung). Jekk fil-proċedura kriminali m’hemmx biżżejjed evidenza biex tittieħed deċiżjoni ta’ min jorbot fuqha, il-qorti hija obbligata wkoll tiġbor aktar informazzjoni b’mod sempliċi (§ 366 para. 2 Strafprozessordnung). Fil-proċedura kriminali Awstrijaka kif ukoll fil-proċedura dwar il-kumpens għal danni kkaġunat mill-att u asseriti matul il-proċedura kriminali (Adhäsionsverfahren), japplika l-prinċipju ta’ l-inkjesta (Inquisitionsmaxime), jiġifieri, bħala parti mill-ħidma uffiċjali tagħha l-qorti trid tinvestiga l-fatti minflok il-partijiet infushom. Dan ifisser li l-qorti trid tinnota l-evidenza neċessarja sabiex tittieħed deċiżjoni fuq il-klejm għal kumpens li jkun ġie mressaq.

1.7. Hemm xi assistenza disponibbli biex jiġi nfurzat digriet tal-qorti li jkun ordna lil min għamel ir-reat biex iħallas il-kumpens lill-vittma?

L-assistenza legali (‘akkumpanjament legali fil-proċedura’) għall-vittmi tal-kriminalità pprovduta mill-Ministeru Federali għall-Ġustizzja Awstrijak, tista’ wkoll tinkludi preparazzjoni psikoloġika kif ukoll l-għoti ta’ pariri, u jekk hemm bżonn tista’ tiġi pprovduta matul il-proċedura kriminali kollha sat-tmiem tagħha. Minkejja dan, din l-għajnuna għall-vittmi ma tkoprix il-proċedura ċivili jew xi proċedura li ssir biex jiġi infurzat ħlas ta’ kumpens (proċedura ta’ l-esekuzzjoni [Executionsverfahren]), li jsiru sussegwentement.

FuqFuq

Iżda wieħed irid jinnota li fil-proċedura ta’ l-esekuzzjoni, id-deċiżjonijiet tal-qorti jittieħdu ġeneralment mingħajr li jkun sar proċess verbali qabel, u għalhekk is-soltu ma tinstemax ix-xhieda tal-vittma tal-kriminalità. F’dawk il-ftit każijiet fejn il-liġi tirrekjedi xhieda, din tista’ tiġi sottomessa bil-miktub u mhux biss b’mod verbali. Xhieda verbali tista’ ssir - fil-preżenza ta’ persuna awtorizzata u persuna ta’ fiduċja – mingħajr il-preżenza fl-istess ħin ta’ persuni oħrajn li jridu jagħtu xhieda. B’hekk tkun evitata konfrontazzjoni bejn il-vittma u dak li għamel ir-reat.

2. Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità mill-Istat jew minn Istituzzjonijiet Statali

2.1. Tista’ l-vittma ta’ reat tirċievi kumpens mill-istat jew minn istituzzjonijiet statali?

Kumpens mill-Istat jiġi mgħoti skond il-liġi Federali tad-9 ta’ Lulju 1972 dwar l-Għotja ta’ Kumpens lill-Vittmi tal-Kriminalità, il-Gazzetta tal-Gvern Awstrijaka Nru. 288/1972, (Att dwar il-Vittmi tal-Kriminalità).

2.2. Dan il-kumpens mill-istat huwa disponibbli biss għal persuni li huma vittmi ta’ atti kriminali partikolari?

Biex tingħata l-għajnuna mill-Istat, irid ikun sar att kriminali intenzjonali u li jista’ jkun ikkastigat b’sentenza ta’ aktar minn sitt xhur ħabs.

2.3. Dan il-kumpens huwa disponibbli biss għal persuni li sofrew xi danni partikolari?

L-att deskritt f’2.2. ikun ġeneralment ikkaġuna xi korriment fil-ġisem jew li tellef is-saħħa tal-vittma.

FuqFuq

Jekk il-kapaċità tal-vittma li jkollha impjieg bi qligħ tkun ġiet affettwata negattivament, l-għajnuna wara t-tmiem tax-xogħol tingħata biss jekk din is-sitwazzjoni tkun mistennija tkompli għal aktar minn sitt xhur, jew fil-każ ta’ korriment gravi fil-ġisem skond il-kodiċi kriminali [Strafgesetzbuch].

2.4. Jekk il-vittma tmut, il-qraba tiegħu jew tagħha jew xi persuni dipendenti huma intitolati li jitolbu kumpens?

Skond il-VOG, persuni dipendenti mill-mejjet huma intitolati għal kumpens.

2.5. Klejm għal kumpens jiddependi fuq xi nazzjonalità partikolari jew fuq xi ċirkustanzi partikolari ta’ residenza permanenti?

Il-fatt li ċ-ċittadini Awstrijaki jistgħu jingħataw il-kumpens mhux marbut mal-lok fejn ikun sar ir-reat. Minbarra dan, ċittadini taż-ŻEE huma intitolati għal kumpens għal danni li jkunu sofrew fl-Awstrija. Jekk id-dannu jkun sar barra mill-Awstrija, il-vittmi jridu jkunu residenti permanenti ta’ l-Awstrija, u dan skond il-libertà tar-residenza u tal-moviment kif stipulata fil-Ftehim taż-ŻEE.

2.6. Nista’ nfittex għal kumpens jekk l-att kriminali jkun sar ġo xi stat ieħor? Taħt liema kundizzjonijiet?

Kif ġie spjegat f’2.5., skond il-VOG, f’ċerti ċirkustanzi l-kumpens jista’ jingħata wkoll għal reati li jkunu saru barra minn Awstrija.

2.7. L-att kriminali jrid ikun ġie rrappurtat lill-pulizija?

Kull min jirreġistra klejm għal kumpens huwa obbligat li jgħin biex l-att kriminali jiġi solvut u biex dak li għamel ir-reat jinqabad. Il-vittma ma tingħatax il-kumpens jekk ma tkunx trid tagħti l-għajnuna tagħha.

FuqFuq

2.8. Hemm bżonn li l-investigazzjonijiet tal-pulizija jew il-proċedura kriminali jkunu ġew konklużi biex klejm jiġi mressaq?

Skond il-VOG, klejm jista’ jiġi mressaq indipendentement mill-investigazzjonijiet tal-pulizija jew mill-proċedura kriminali.

2.9. Klejm għal kumpens irid l-ewwel jiġi mressaq kontra min instab ħati li kkaġuna d-danni?

Skond il-VOG, biex vittma tingħata l-kumpens mill-Istat mhux neċessarju li l-ewwel il-vittma tħarrek lill-ħati.

Minkejja dan, skond il-VOG il-pagamenti tal-kumpens diġà mħallsin mill-ħati jiġu kkunsidrati meta jiġi kkalkulat il-kumpens mill-Istat.

2.10. Jista’ jiġi mitlub il-kumpens mill-Istat anke jekk mhux magħruf min għamel ir-reat jew jekk għadu ma nstabx ħati?

Il-kumpens mill-Istat jista’ jingħata wkoll f’każijiet meta mhux magħruf min għamel id-delitt, sakemm wieħed jista’ jissoponi b’ċerta probabbiltà li seħħ att kriminali kif ġie deskritt f’2.2..

2.11. Klejm għal kumpens irid jiġi mressaq sa xi limitu ta’ żmien partikolari?

It-tipi differenti ta’ klejms għal kumpens jridu jiġu mressqin jew fi żmien sitt xhur jew fi żmien sentejn wara li jkun sar ir-reat. Jekk l-applikazzjoni ssir wara ż-żmien stipulat, il-kumpens ġeneralment jingħata fil-bidu tax-xahar ta’ wara li tkun saret l-applikazzjoni.

2.12. Għal liema tipi ta’ danni nista’ nressaq klejm għal kumpens?

Il-VOG jagħti dawn it-tipi ta’ kumpens:

FuqFuq

  • Kumpens għat-telf ta’ qligħ jew manteniment
  • Kura medika
  • Trattament ortopediku
  • Riabilitazzjoni
  • Sussidji għall-kura jew għan-nuqqas ta’ dawl
  • Kumpens għall-ispejjeż ta’ funeral.
2.13. Kif jiġi kkalkulat il-kumpens?

Il-kumpens mill-Istat skond 2.12 huwa ġeneralment mgħoti skond il-kriterji tad-drittijiet ċivili (drittijiet għall-kumpens għal danni).

Għal kumpens mgħoti għat-telf ta’ qligħ jew manteniment, il-qligħ mitluf jiġi mħallas sa ammont massimu fiss. Fil-każ ta’ kumpens mgħoti bħala sussidju għall-kura jew għan-nuqqas ta’ dawl, spejjeż żejda marbutin mal-kura jiġu mħallsin permezz ta’ ammonti b’rata fissa.

2.14. Hemm ammonti minimi jew massimi ta’ kumpens mill-istat?

Ġeneralment m’hemmx ammont minimu jew massimu ta’ kumpens mill-Istat. Minkejja dan, jeżistu limiti fuq il-qligħ fix-xahar fil-każ tal-kumpens għat-telf ta’ qligħ jew ta’ manteniment.

2.15. Jekk inkun irċevejt jew inkun se nirċievi pagamenti ta’ kumpens minn x’imkien ieħor (eż. l-assigurazzjoni), dan jiġi kkunsidrat meta jiġi kkalkulat il-kumpens mill-istat?

Skond il-VOG, pagamenti ta’ kumpens mingħand il-ħati, kif ukoll pagamenti mill-Istat u pagamenti mis-sigurtà soċjali skond il-liġi, jiġu kkunsidrati meta jiġi kkalkulat il-kumpens. Pagamenti minn assigurazzjoni privata kontra l-inċidenti ma jiġux ikkunsidrati.

2.16. Hemm xi kriterji oħrajn li jiddeterminaw jekk nistax nieħu kumpens mill-Istat, jew kif tiġi kkalkulata l-għajnuna mill-Istat, per eżempju l-imġiba tiegħi fir-rigward ta’ l-att kriminali li kkaġuna l-korriment?

Il-VOG jistipula l-kriterji taċ-ċirkustanzi fejn ma jingħatax il-kumpens mill-istat jew fejn jingħata anqas kumpens (eż. parteċipazzjoni fl-att, taqbida, nuqqas ta’ sforz biex id-danni jiġu limitati – ara wkoll 2.7).

FuqFuq

2.17. Huwa possibbli li parti mill-pagament tal-kumpens titħallas bil-quddiem? Taħt liema kundizzjonijiet?

Il-kumpens jista’ jitħallas bil-quddiem fil-każ ta’ bżonn finanzjarju urġenti.

2.18. Min fejn nista’ niġbor il-formoli ta’ l-applikazzjoni neċessarji, kif ukoll aktar tagħrif dwar kif titressaq applikazzjoni għal kumpens mill-istat? Hemm xi helpline jew website imwaqqaf għal dan l-għan?

Taħt Leistungen/Behinderung/Entschädigung Deutsch - English fuq il-homepage tal-Ministeru Federali għas-Sigurtà Soċjali, Ġenerazzjonijiet u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, hemm informazzjoni fuq il-VOG. M’hemmx bżonn ta’ formola biex wieħed japplika għal kumpens mill-Istat skond il-VOG.

2.19. Nista’ nitlob għall-assistenza legali biex inressaq klejm għal kumpens?

Naturalment, l-awtorità responsabbli għall-infurzar tal-VOG tagħti pariri fuq il-possibbiltajiet diversi għal kumpens u tgħin ukoll fl-applikazzjonijiet.

Minkejja dan, il-VOG ma tkoprix il-provvediment ta’ avukat

2.20. Fejn għandi nibgħat l-applikazzjoni tiegħi?

Applikazzjonijiet iridu jiġu indirizzati lill-Uffiċċju Federali għall-Għajnuna Soċjali [Bundessozialamt], li għandu fergħa f’kull pajjiż federali [Bundesland]. Persuni li japplikaw minn barra l-Awstrija jridu jindirizzaw l-applikazzjoni tagħhom lil Landesstelle Wien, Babenbergerstraße 5, 1010 Wien.

2.21. Jistgħu jittieħdu aktar pariri mingħand xi organizzazzjonijiet li jgħinu lill-vittmi tal-kriminalità?

L-organizzazzjoni privata prinċipali li tgħin lill-vittmi tal-kriminalità hija l-Weiße Ring Aktar tagħrif jista’ jittieħed mill-homepage tagħhom taħt Weisser Ring: Die Kriminalitätsopferhilfe Deutsch.

« Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità - Informazzjoni Ġenerali | Awstrija - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 10-08-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit