Kummissjoni Ewropea > NGE > Ftuħ ta’ kawża fil-qorti > Isvezja

L-aħħar aġġornament: 06-09-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Isvezja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Għandek tilwima ma' kumpanija, ma' entità kummerċjali, ma' min iħaddmek, ma' membru tal-familja jew ma' persuna oħra f'pajjiżek jew f'pajjiż barrani. Dawn huma eżempji ta' xi ftit mistoqsijiet li tistaqsi lilek innifsek fil-bidu.



 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Għandi bżonn nirrikorri għall-qorti? 1.
2. Huwa tard wisq biex nibda proċedura legali? 2.
3. Għandi nibda proċedura legali quddiem Qorti Żvediża? 3.
4. Quddiem liema qorti fl-Iżvezja għandi nirrikorri? 4.
5. Quddiem liem tip ta' qorti għandi nirrikorri? 5.
6. Nista' niftaħ il-proċedura jien stess, jew ikolli nqabbad avukat? 6.
7. Fejn għandi nippreżenta r-rikors: fis-sala ta’ dħul tal-qorti, fir-reġistru jew xi awtorità oħra? 7.
8. B'liema lingwa għandu jsir ir-rikors? Jista' jsir bil-fomm, jew bilfors bil-miktub? Jistgħu jintużaw faks jew email? 8.
9. Hemm bżonn li jimtlew xi formoli speċjali? Jekk m'hemmx, kif nibda l-kawża? Hemm xi regoli dwar x'għandu jkun fih rikors? 9.
10. Irrid inħallas lill-qorti? Irrid inħallas lill-avukat bil-quddiem? 10.
11. Nista' nikseb għajnuna legali? (Ara l-paġna dwar l-għajnuna legali (rättshjälp)11.
12. Sa minn meta huwa validu r-rikors tiegħi? Ningħata konferma mill-awtoritajiet li r-rikors sar kif suppost? 12.
13. Huwa possibbli li ningħata skeda bid-dati (per eżempju, meta suppost nidher quddiem il-qorti)? 13.

 

MISTOQSIJIET LI GĦANDEK TWIEĠEB QABEL MA' TIRRIKORRI GĦALL-QORTI

1. Għandi bżonn nirrikorri għall-qorti?

Fil-prattika xi kultant iktar ikun xieraq li tuża proċeduri alternattivi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim (ara l-paġna dwar dan is-suġġett).

2. Huwa tard wisq biex nibda proċedura legali?

It-terminu ta' skadenza biex tinbeda proċedura legali quddiem il-qorti jvarja skond is-suġġett in kwistjoni. Il-mistoqsijiet dwar it-terminu ta' skadenza jistgħu jiġu mwieġba minn konsulent legali jew konsulent tal-konsumaturi, per eżempju.

3. Għandi nibda proċedura legali quddiem Qorti Żvediża?

Ara l-paġna dwar il-kompetenza tal-qrati.

4. Quddiem liema qorti fl-Iżvezja għandi nirrikorri?

Il-post fejn tgħix inti, fejn tgħix il-parti l-oħra, u ċirkostanzi oħrajn jistgħu jkunu importanti. Ara l-paġna dwar il-kompetenza tal-qrati Żvediżi.

5. Quddiem liem tip ta' qorti għandi nirrikorri?

Jiddependi fuq it-tip ta' kawża, is-sorte tal-kawża. eċċ. Ċirkostanzi oħrajn jistgħu jkunu importanti wkoll. Ara l-paġna dwar il-kompetenza tal-qrati Żvediżi.

FuqFuq

KIF TIBDA PROĊEDURA LEGALI

6. Nista' niftaħ il-proċedura jien stess, jew ikolli nqabbad avukat?

L-individwi jistgħu jidhru l-qorti weħidhom. M'huwiex obbligatorju li jkollok rappreżentant legali jew avukat fl-Iżvezja. L-avukati m'għandhomx monopolju biex jirrappreżentawk quddiem il-qorti, u għalhekk ir-rappreżentant tiegħek mhux bilfors ikun avukat. Għaldaqstant, tista' tagħti bidu għal proċedura legali mingħajr avukat.

7. Fejn għandi nippreżenta r-rikors: fis-sala ta’ dħul tal-qorti, fir-reġistru jew xi awtorità oħra?

Ir-rikors biex tiftaħ azzjoni legali għandu jiġi ppreżentat fil-qorti nnifisha; jista' jittieħed fir-reġistru tal-qorti, jew sempliċement jintefa’ fil-kaxxa ta' l-ittri tal-qorti. Jista' jiġi ppreżentat ukoll lil skrivan tal-qorti jew jintbagħat bil-posta fl-indirizz tal-qorti in kwistjoni.

8. B'liema lingwa għandu jsir ir-rikors? Jista' jsir bil-fomm, jew bilfors bil-miktub? Jistgħu jintużaw faks jew email?

Fl-Iżvezja l-lingwa tal-qorti hija l-Iżvediż. Kull att legali għaldaqstant irid jinkiteb bl-Iżvediż. F'każ illi xi dokument ikun inkiteb b'lingwa oħra, il-qorti tista' f'xi każijiet tordna li ċerti partijiet jiġu tradotti. Hemm xi eċċezzjonijiet madanakollu, meta d-dokument jiġi tradott mill-qorti nnifisha.

9. Hemm bżonn li jimtlew xi formoli speċjali? Jekk m'hemmx, kif nibda l-kawża? Hemm xi regoli dwar x'għandu jkun fih rikors?

M'hemmx rekwiżiti speċjali fir-rigward tal-formoli biex tinbeda kawża legali. Madanakollu, hemm formola li ġiet żviluppata għal dawn il-każijiet: DV 161. Din tinsab fuq is-sit ta’ l-internet tad-Domstolsverkets svenska (l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Qrati)

FuqFuq

Rikors għal azzjoni quddiem il-qorti għandu jinkludi d-dettalji tal-partijiet, it-talba eżatta, l-isfond tat-talba, il-fatti u l-verifika tal-provi msemmija kif ukoll dettalji dwar iċ-ċirkostanzi li jippermettu lill-qorti biex tieħu azzjoni. Flimkien mar-rikors għandhom jingħataw il-provi bil-miktub ta' dak li jissemma fih. Jekk rikors ikollu xi ħaġa nieqsa, il-qorti titlob li jiġu rimedjati dawn in-nuqqasijiet. Jekk dan ma jsirx, il-qorti tirrifjuta li tieħu konjizzjoni tar-rikors.

10. Irrid inħallas lill-qorti? Irrid inħallas lill-avukat bil-quddiem?

Għar-rikors ir-rikorrent irid iħallas it-tariffi applikabbli. Din it-tariffa titħallas lill-qorti distrettwali (tingsrätten) meta jiġi ppreżentat ir-rikors. It-tariffa tar-rikors bħalissa hija ta' SEK 450 (cca.=EUR 50). Jekk it-tariffa tar-rikors ma titħallasx, tinħareġ twissija u jekk minkejja din it-twissija, tibqa' xorta waħda ma titħallasx, ir-rikors ma jiġix ikkunsidrat.

Għar-rigward tad-dritt ta' l-avukat, dan jiġi miftiehem bil-quddiem bejn il-klijent u l-avukat. Huwa komuni kemm li l-ħlas jintalab bil-quddiem kif ukoll li l-ħlas isir wara.

Jekk ikollok għajnuna legali, japplikaw regoli speċjali. Ara s-suġġett dwar l-għajnuna legali (rättshjälp).

11. Nista' nikseb għajnuna legali? (Ara l-paġna dwar l-għajnuna legali (rättshjälp))

X'JIĠRI WARA

12. Sa minn meta huwa validu r-rikors tiegħi? Ningħata konferma mill-awtoritajiet li r-rikors sar kif suppost?

Fl-Iżvezja, ir-rikors għandu effett mill-jum meta jasal il-qorti. "Jasal il-qorti" tfisser jew li jasal id-dokument innifsu, jew l-irċevuta tal-posta li turi li ħallast u mpustajt id-dokument. Mod ieħor kif jieħu effett hu jekk tgħaddi d-dokument lil skrivan awtorizzat.

Irrispettivament minn jekk id-dokument ikunx ġie impustat u separat mill-posta li tkun dieħla, jew jekk jiġix ippreżentat bl-idejn, isir validu immedjatament. Jekk jiġi ppreżentat lil skrivan awtorizzat, il-validità tiegħu tibda mill-jum ta' wara, kemm-il darba dan ikun jum ta' xogħol.

Ebda konferma ma tintbagħtlek awtomatikament dwar jekk ir-rikors sarx kif suppost jew le. Madanakollu, tista' tikseb din l-informazzjoni mill-qorti billi ċċempel.

13. Huwa possibbli li ningħata skeda bid-dati (per eżempju, meta suppost nidher quddiem il-qorti)?

Skond ir-regolamenti tal-kodiċi tal-qorti, il-qorti għandha tfassal skeda ta' żmien tal-każijiet pendenti skond l-esiġenzi tagħha. Madanakollu, hemm ċerti każijiet li ma jiġġustifikawx li ssir skeda ta' żmien (jekk il-konvenut ma jippreżenta l-ebda risposta, per eżempju). Dejjem tista' tikkuntattja lill-qorti dwar fhiex ikun wasal il-każ tiegħek.

Aktar tagħrif

  • Dipartiment tal-Ġustizzja English - svenska
  • L-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Qrati svenska
  • Bord Fiskali Nazzjonali svenska

« Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Informazzjoni Ġenerali | Isvezja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 06-09-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit