Kummissjoni Ewropea > NGE > Ftuħ ta’ kawża fil-qorti > Spanja

L-aħħar aġġornament: 19-05-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Spanja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Jekk inti għandek kwistjoni kontra kumpanija, professjonist, persuna li magħha għandek kuntratt, membru tal-familja jew kwalunkwe persuna oħra, sew jekk f’pajjiżek sew jekk le, u tixtieq soluzzjoni għal din il-kwistjoni, inti ser tħabbat wiċċek ma’ numru ta’ mistoqsijiet, fosthom:



 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Bilfors irrid inressaq il-każ tiegħi quddiem Qorti? 1.
2. Għadni fil-ħin biex inressaq il-każ tiegħi quddiem Qormi? 2.
3. Bilfors irrid nirrikorri quddiem Qorti Spanjola? 3.
4. Jekk dak huwa l-każ, f’liema Qorti partikolari Spanjola għandi nressaq il-każ tiegħi skond fejn jien ngħix u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skond elementi oħra relattivi għall-post tat-talba tiegħi? 4.
5. Quddiem liema Qorti għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru skond in-natura tat-talba tiegħi u l-ammont involut? 5.
6. Nista’ inressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn ta’ xi intermedjarju, bħal per eżempju avukat? 6.
7. Fil-prattika fejn għandi nressaq il-każ tiegħi, fl-uffiċċju ta’ l-informazzjoni, fir-Segreterija tal-Qorti jew quddiem xi organu amministrattiv ieħor? 7.
8. F’liema lingwa nista’ nikteb it-talba tiegħi? Nista’ nippreżentaha bil-fomm jew obbligat nagħmilha bil-miktub? Nista’ nibgħatha bil-fax jew bil-posta elettronika? 8.
9. Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tippreżenta talba? Meta dawn ma jeżistux, kif għandi nabbozza t-talba tiegħi? Hemm xi elementi partikolari li bilfors għandhom jiżdiedu mat-talba? 9.
10. Huwa meħtieġ ħlas lill-Qorti? Jekk huwa hekk, hemm bżonn li l-avukat jitħallas mal-preżentazzjoni tat-talba? 10.
11. Nista’ nibbenefika mill-għajnuna legali? (it-tema "ġħajnuna legali"11.
12. Minn liema mument titqies li ġiet ippreżentata t-talba tiegħi? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet li t-talba tiegħi ġiet ippreżentata b’mod korrett? 12.
13. Nista’ nikseb informazzjoni preċiża dwar is-seduti li ser jinżammu (bħal per eżempju ż-żmien meħtieġ sakemm isir l-ewwel smigħ)? 13.

 

MISTOQSIJIET TA’ QABEL IL-PREŻENTAZZJONI TA’ TALBIET QUDDIEM QORTI

1. Bilfors irrid inressaq il-każ tiegħi quddiem Qorti?

Jista’ jkunlek utli li tikkonsulta il-"Metodi alternattivi għas-soluzzjoni tal-kwistjonijiet". Ara din it-tema

2. Għadni fil-ħin biex inressaq il-każ tiegħi quddiem Qormi?

Il-perjodi ta’ preskrizzjoni biex tressaq kawża quddiem Qorti jvarjaw skond il-każ ikkonċernat. Tista’ tikseb tweġiba għall-mistoqsija tiegħek dwar iż-żmien tal-preskrizzjoni billi tfittex parir mingħand uffiċċju tal-pariri jew uffiċċju ta’ l-informazzjoni dwar l-aċċess għall-ġustizzja.

3. Bilfors irrid nirrikorri quddiem Qorti Spanjola?

Ara t-tema "Il-kompetenza tal-Qrati"

4. Jekk dak huwa l-każ, f’liema Qorti partikolari Spanjola għandi nressaq il-każ tiegħi skond fejn jien ngħix u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skond elementi oħra relattivi għall-post tat-talba tiegħi?

Ara t-tema "Il-kompetenza tal-Qrati - Spanja"

5. Quddiem liema Qorti għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru skond in-natura tat-talba tiegħi u l-ammont involut?

Ara t-tema "Il-kompetenza tal-Qrati - Spanja"

FuqFuq

PROĊEDURA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TA’ TALBIET QUDDIEM QORTI

6. Nista’ inressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn ta’ xi intermedjarju, bħal per eżempju avukat?

Bħala regola ġenerali, biex tidher quddiem Qorti Spanjola għandek bżonn is-servizzi ta’ Prokuratur Legali” (“Procurador”) li jirrappreżentak kif ukoll Avukat (“Abogado”) li jmexxi l-kawża quddiem il-Qorti.

Tista’ tmexxi l-każ waħdek mingħajr il-bżonn ta’ l-imsemmija professjonisti meta l-ammont ikkonċernat ma jaqbiżx id-900 Euro.

Tista’ tippreżenta wkoll it-talba tal-bidu mingħajr xkiel, iżda ma tistax tkompli tmexxi l-proċeduri waħdek jekk id-debitur ma jħallasx, fi proċedura speċjali mgħaġġla msejħa “monitorio” (“giljottina” jew “proċedura sommarja”) li tista’ tuża meta l-kwistjoni tikkonċerna somma flus ta’ mhux aktar minn 30,000 Euro u jkollok f’idejk id-dokumenti li jsostnu d-dritt tiegħek.

Tista’ wkoll tmexxi mingħajr Avukat jew Prokuratur Legali biex tagħmel talbiet ta’ natura urġenti qabel jibda s-smigħ tal-każ. Dan jgħodd fil-każ ta’ talbiet provviżorji f’kawżi dwar annullament, separazzjoni personali jew divorzju, li huma intenzjonati biex jittieħdu miżuri immedjati ta’ natura personali u ekonomika dwar il-konjuġi u uliedhom meta wieħed minnhom qed iressaq talba bħal dik.

7. Fil-prattika fejn għandi nressaq il-każ tiegħi, fl-uffiċċju ta’ l-informazzjoni, fir-Segreterija tal-Qorti jew quddiem xi organu amministrattiv ieħor?

Inti obbligat tressaq il-każ tiegħek fis-Segreterija tal-Qorti jew fir-Reġistru stabbilit mis-Segretarju ta’ l-istess Qorti direttament taħt is-superviżjoni tiegħu.  Is-Segretarji Ġudizzjarji u l-uffiċjali inkarigati minnhom huma l-uniċi persuni li jistgħu jagħtuk informazzjoni li tista’ torbot fuqha dwar il-ġranet u l-ħinijiet li fihom jistgħu jiġu ppreżentati t-talbiet, it-talbiet bil-miktub biex tinbeda proċedura u kull dokument ieħor li għandu żmien perentorju biex jiġi ppreżentat.

FuqFuq

Bħala regola t-talbiet jiġu ppreżentati lis-Segretarju tal-Qorti ta’ l-Ewwel Istanza kompetenti jew lill-uffiċjal inkarigat tas-segreterija maħtur minn dan. F’każ li hemm aktar minn Qorti waħda ta’ l-Ewwel Istanza fl-istess taqsima, it-talba għanda tiġi ppreżentata lis-Segretarju tal-“Juzgado Decano” (L-Imħallef l-aktar anzjan) jew lill-uffiċjal jew Reġistru taħt is-superviżjoni u r-responsabbiltà ta’ l-istess Segretarju. Il-“Juzgado Decano” jieħu ħsieb iqassam il-kawżi bejn il-qrati kollha tat-taqsima.

Għall-preżentazzjoni ta’ kawżi ċivili jew kummerċjali ma tista’ tirrikorri quddiem l-ebda istituzzjoni pubblika oħra, lanqas quddiem il-qorti ta’ l-għassa (juzgado de guardia).

8. F’liema lingwa nista’ nikteb it-talba tiegħi? Nista’ nippreżentaha bil-fomm jew obbligat nagħmilha bil-miktub? Nista’ nibgħatha bil-fax jew bil-posta elettronika?

  • Il-Qrati u kull min jaħdem fihom jużaw il-Castellano, iżda fil-Komunitajiet Awtonomi li għandhom il-lingwa tagħhom (Cataluña, Valencia, Baleares, Galicia u País Vasco), tista’ tintuża dik il-lingwa sakemm xi waħda mill-partijiet ma toġġezzjonax għaliex ma tkunx taf dik il-lingwa. Il-partijiet kollha fil-kawża jistgħu jippreżentaw l-atti u s-sottomissjonijiet bil-fomm jew bil-Castellano jew bil-lingwa tal-Komunità Awtonoma fejn jinstema’ il-każ. Il-Qorti tqabbad interpretu jekk xi parti ma tifhimx il-lingwa tal-Komunità Awtonoma.

    Jekk tixtieq tuża xi lingwa oħra għaliex ma tafx bil-Castellano jew bil-lingwa tal-Komunità Awtonoma, tista’ titlob interpetu u t-traduzzjoni ta’ l-atti li tippreżenta (huwa importanti li jiġi nnutat li skond l-Artikolu 3.1 tal-Kostituzzjoni Spanjola, l-Ispanjoli kollha obbligati jkunu jafu bil-Castellano).

    FuqFuq

  • Għalkemm fil-biċċa l-kbira l-proċeduri ġudizzjarji fi Spanja jsiru bil-fomm, it-talba tal-bidu dejjem trid issir bil-miktub. Dan id-dokument jissejjaħ “demanda” (rikors jew ċitazzjoni) u huwa sempliċi ħafna fil-każijiet fejn il-kawża ma tikkonċernax aktar minn 900 Euro. Trid tniżżel biss id-dettalji personali tiegħek, dawk li taf dwar il-parti l-oħra u, bil-preċiżjoni kollha meħtieġa, it-talba tiegħek.
  • Il-liġi tipprevedi l-possibbiltà li tikkomunika mal-Qrati b’mezz elettroniku, ta’ l-informatika jew telemetriku, dejjem jekk għandhom il-mezzi tekniċi li jippermettu li jintbagħtu u jiġu normalment irċevuti l-atti u d-dokumenti, b’mod li tkun iggarantita l-awtentiċità tal-komunikazzjoni u jkun żgurat li l-fajl ikkonċernat intbagħat u ġie rċevut b’mod integru. Madankollu l-Qrati għadhom ma ġewx mogħtija l-mezzi tekniċi biex tkun tista’ tintuża din il-possibbiltà.

9. Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tippreżenta talba? Meta dawn ma jeżistux, kif għandi nabbozza t-talba tiegħi? Hemm xi elementi partikolari li bilfors għandhom jiżdiedu mat-talba?

  1. Jeżistu formoli għall-preżentazzjoni ta’ talbiet dwar ammonti ta’ mhux aktar minn 900 Euro, kif ukoll biex jiġu ppreżentati talbiet permezz tal-proċedura speċjali msejħa “monitorio” (“giljottina” jew “proċedura sommarja”) li tista’ tuża meta l-kwistjoni tikkonċerna somma flus li ma taqbiżx 30,000 Euro u jkollok f’idejk id-dokumenti li jsostnu d-dritt tiegħek.
  2. Meta ma teżistix formola jew ma tistax tużaha, trid tippreżenta talba lill-Qorti bil-miktub li tissejjaħ “demanda” (rikors), u huwa sempliċi ħafna fil-każijiet fejn il-kawża ma tikkonċernax aktar minn 900 Euro. Trid tniżżel biss id-dettalji personali tiegħek, dawk li taf dwar il-parti l-oħra u, bil-preċiżjoni kollha meħtieġa, it-talba tiegħek. Fil-każijiet fejn l-ammont ikkonċernat huwa aktar minn dik is-somma, ir-rikors huwa aktar ikkomplikat għaliex trid tagħmel dikjarazzjoni tal-fatti li taw lok għall-każ, l-argumenti legali li jsostnu t-talba tiegħek u elenku tad-dokumenti u ta’ provi oħra li tixtieq tressaq.

Fiż-żewġ każi huwa meħtieġ li flimkien mat-talba tal-bidu tippreżenta d-dokumenti kollha li jsostnu d-dritt tiegħek, kif ukoll l-informazzjoni partikolari, esperta jew ta’ tip ieħor dwar il-kawża li għandek fil-pussess tiegħek. Jekk ma tagħmilx hekk ma tkunx tista’ tippreżentahom wara, ħlief f’każijiet ferm speċjali.

FuqFuq

10. Huwa meħtieġ ħlas lill-Qorti? Jekk huwa hekk, hemm bżonn li l-avukat jitħallas mal-preżentazzjoni tat-talba?

  • Sa mis-sena 1986, fi Spanja ġew aboliti l-ħlasijiet kollha li jikkonċernaw proċeduri quddiem il-Qrati jew it-Tribunali. L-Istat ma jdaħħal xejn mingħand min juża dawn il-faċilitajiet. Minkejja dan, teżisti l-possibbiltà li jintalbu ħlasijiet biex jinġabru kopji informali ta’ dokumenti u atti relattivi għas-sentenzi li ġew mitluba mill-partijiet fil-kawża, iżda sa llum dawn il-ħlasijiet mhumiex fis-seħħ.
  • L-avukat u l-prokuratur legali ma jistgħux jitolbu l-ħlasijiet jew drittijiet kollha tagħhom bil-quddiem. Għal dan l-iskop, il-kawża hija mqassma fi stadji u għal kull stadju huwa stabbilit persentaġġ ta’ l-imsemmija ħlasijiet jew drittijiet li l-professjonisti jistgħu jitolbu lill-klijent tagħhom biex iħallas qabel ma jingħata bidu għall-istadju korrispondenti.

    Fil-prattika l-ebda wieħed minn dawn il-professjonisti ma jitlob il-ħlasijiet jew drittijiet tiegħu qabel ma tispiċċa l-kawża.

    Madankollu l-Prokuratur legali jista’ jitlob ħlas bil-quddiem għall-ispejjeż li ser ikollu iħallas lill-Qorti.

11. Nista’ nibbenefika mill-għajnuna legali? (it-tema "ġħajnuna legali")

Il-Kostituzzjoni Spanjola tistabbilixxi li l-aċċess għall-ġustizzja għandu jkun mingħajr ħlas għal dawk li m’għandhomx biżżejjed riżorsi biex jipparteċipaw f’kawża.

Fil-mument, jitqiesu bħala li m’għandhom mezzi suffiċjenti biex jipparteċipaw f’kawża l-individwi li l-mezzi ekonomiċi u dħul tagħhom, ikkalkulati annwalment għall-finijiet kollha u għal kull familja, ma jkunux aktar mid-doppju tas-salarju minimu inter-professjonali applikabbli fil-mument tat-talba. Għas-sena 2002 is-Salarju Minimu inter-professjonali kien ta’ 442.20 Euro fix-xahar.

FuqFuq

KONSEGWENZI TAL-PREŻENTAZZJONI TAT-TALBA

12. Minn liema mument titqies li ġiet ippreżentata t-talba tiegħi? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet li t-talba tiegħi ġiet ippreżentata b’mod korrett?

  • It-talba titqies effettivament ippreżentata meta, ladarba ġiet ippreżentata lis-Segreterija tat-Tribunal, jingħata digriet ta’ aċċettazzjoni tat-talba wara li jitqies jekk il-kwistjoni taqax fil-ġurisdizzjoni u kompetenza oġġettiva tal-Qorti, ġewx osservati r-rekwiżiti kollha legali u ġewx ippreżentati d-dokumenti kollha li titlob il-liġi f’każijiet partikolari. F’xi każijiet, qabel ma tiġi aċċetata t-talba, il-Qorti trid tiddeċiedi jekk is-suġġett tal-kawża hux wieħed li jista’ jitressaq quddiemha meta titqies il-kompetenza territorjali tagħha.

    Ladarba tiġi aċċettata t-talba, hija l-Qorti li tmexxi l-proċedura mill-istadji kollha tagħha u li tagħti d-direzzjonijiet meħtieġa biex il-kawża titkompla mingħajr ma inti tagħmel xejn aktar. B’mod partikolari, hija l-Qorti li tinnotifika lill-parti l-oħra u tiddikjaraha kontumaċi jekk tonqos li tidher fil-ġurnata lilha indikata.

  • Id-digriet li permezz tiegħu l-Qorti taċċetta t-talba tiegħek u d-digrieti kollha sussegwenti jiġu nnotifikati lilek permezz tal-Prokuratur Legali tiegħek, jekk utilizzajt wieħed, u hu jkun jista’ jiġbor kopja tad-digriet mis-segreterija tal-Qorti, jew lilek personalment jekk ma utilizzajtx Prokuratur Legali. F’dan l-aħħar każ, il-Qorti tinnotifikak bid-digriet bil-posta. Għal dan l-iskop jintuża l-indirizz li inti tajt fit-talba.

    Jekk għamilt żball fil-preżentazzjoni tat-talba li jwaqqafha milli tkompli tiġi kkunsidrata, inti tiġi avżat mill-Qorti u jekk huwa żball li jista’ jissewwa, tagħtik żmien biex tagħmel il-korrezzjoni meħtieġa.

13. Nista’ nikseb informazzjoni preċiża dwar is-seduti li ser jinżammu (bħal per eżempju ż-żmien meħtieġ sakemm isir l-ewwel smigħ)?

Kwalunkwe avvertiment jew posponiment waqt is-smigħ tal-każ jiġi immedjatament innotifikat lilek bil-metodu spjegat fir-risposta għall-mistoqsija preċedenti.

Aktar tagħrif

  • Ikkonsulta s-salarju minimu fiss sena b’sena español
  • Ikkonsulta l-entitajiet ġudizzjarji u l-muniċipalitajiet li fihom jinsabu español

« Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Informazzjoni Ġenerali | Spanja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 19-05-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit