Kummissjoni Ewropea > NGE > Ftuħ ta’ kawża fil-qorti > Slovenja

L-aħħar aġġornament: 02-11-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Slovenja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Immaġina sitwazzjoni fejn ikollok kontroversja ma’ kumpanija, persuna professjonali, l-impjegat tiegħek, membru tal-familja tiegħek jew xi ħadd ieħor f’pajjiżek stess jew barra minn pajjiżek. Sabiex issolvi din il-problema, tistaqsi lilek innifsek għadd ta’ mistoqsijiet:



 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Ikolli mmur il-qorti? 1.
2. Għadni fil-ħin biex niftaħ kawża fil-qorti? 2.
3. Żgur/a li għandi mmur il-qorti is-Slovenja? 3.
4. Jekk iva, f’liema qorti partikulari għandi mmur fis-Slovenja, meta tqis fejn ngħix u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew aspetti oħra tal-każ tiegħi? 4.
5. F’liema qorti partikulari għandi mmur fis-Slovenja, meta tqis in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont involut? 5.
6. Nista’ niftaħ kawża waħdi jew irrid nistaqsi persuna intermedjarja, ngħidu aħna jirrappreżentani konsulent legali? 6.
7. Fejn għandi nagħmel it-talba sewwa sew: fl-uffiċċju għat-tagħrif jew fl-uffiċċju ta’ l-iskrivan/a tal-qorti jew għand xi amministrazzjoni oħra? 7.
8. B’liema lingwa nista’ nagħmel it-talba tiegħi? Nista’ nagħmilha bil-fomm jew trid tkun bil-miktub? Nista’ nibgħat it-talba tiegħi bil-faks jew bil-posta elettronika? 8.
9. Hemm formoli speċjali għall-ftuħ tal-kawża, jew, jekk le, kif irid nippreżenta l-każ tiegħi? Hemm elementi li jridu jiġu inklużi fil-fajl? 9.
10. Ikolli nħallas xi drittijiet tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikolli nħallas avukat sa mill-introduzzjoni tat-talba tiegħi? 10.
11. Nista’ nitlob għajnuna legali? (ara taħt Għajnuna legali11.
12. Minn liema waqt jitqies uffiċjalment li nfetħet il-kawża tiegħi? L-awtoritajiet jagħtuni xi konferma li l-każ tiegħi kien ippreżentat sew? 12.
13. Ikolli tagħrif dettaljat dwar meta jiġru l-affarijiet li jkun imiss (ngħidu aħna ż-żmien meta għandi nidher)? 13.

 

MISTOQSIJIET PRELIMINARI QABEL TIFTAĦ KAWŻA FIL-QORTI

1. Ikolli mmur il-qorti?

Forsi jkun aħjar issolvi l-kontroversja b’mezzi alternattivi. Ara taħt Riżoluzzjoni alternattiva tal-kontroversji.

2. Għadni fil-ħin biex niftaħ kawża fil-qorti?

It-termini perentorji biex tiftaħ kawża jiddependu min-natura tal-każ. Konsulent legali jew is-servizz ta’ l-għajnuna legali jistgħu jiċċaraw mistoqsijiet dwar termini perentorji u żminijiet ta’ preskrizzjoni.

3. Żgur/a li għandi mmur il-qorti is-Slovenja?

Ara taħt "Il-ġurisdizzjoni tal-qrati".

4. Jekk iva, f’liema qorti partikulari għandi mmur fis-Slovenja, meta tqis fejn ngħix u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew aspetti oħra tal-każ tiegħi?

Ara taħt "Il-ġurisdizzjoni tal-qrati - is-Slovenja".

5. F’liema qorti partikulari għandi mmur fis-Slovenja, meta tqis in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont involut?

Ara taħt "Il-ġurisdizzjoni tal-qrati - is-Slovenja".

FuqFuq

PASSI LI GĦANDEK TIEĦU BIEX TIFTAĦ KAWŻA FIL-QORTI

6. Nista’ niftaħ kawża waħdi jew irrid nistaqsi persuna intermedjarja, ngħidu aħna jirrappreżentani konsulent legali?

Fis-Slovenja, il-partijiet jistgħu jiftħu kawża waħedhom, għajr fi proċeduri li jinvolvu rimedji legali straordinarji, fejn jistgħu biss jieħdu azzjoni legali permezz ta’ persuna intermedjarja li tkun konsulent/a legali.

7. Fejn għandi nagħmel it-talba sewwa sew: fl-uffiċċju għat-tagħrif jew fl-uffiċċju ta’ l-iskrivan/a tal-qorti jew għand xi amministrazzjoni oħra?

It-talba għandha tkun ippreżentata fil-qorti li jkollha ġurisdizzjoni, bil-posta jew jiġi kkonsenjat direttament fl-uffiċċju għat-tagħrif.

8. B’liema lingwa nista’ nagħmel it-talba tiegħi? Nista’ nagħmilha bil-fomm jew trid tkun bil-miktub? Nista’ nibgħat it-talba tiegħi bil-faks jew bil-posta elettronika?

Il-lingwa uffiċjali tal-qrati fis-Slovenja hija s-Sloven. Madanakollu, f’żoni fejn hemm minoranza etnika Ungeriża Taljana, l-Ungeriż jew it-Taljan jopera wkoll bħala lingwa uffiċjali flimkien mas-Sloven. It-talba trid titfassal bis-Sloven u tiġi ffirmata minn min jagħmel it-talba stess. Dan ifisser li t-talba trid issir bil-miktub.

9. Hemm formoli speċjali għall-ftuħ tal-kawża, jew, jekk le, kif irid nippreżenta l-każ tiegħi? Hemm elementi li jridu jiġu inklużi fil-fajl?

Fis-Slovenja, talba mhux bilfors trid issir fuq formola speċjali, imma jrid bil-liġi jkun fiha ċerti elementi: referenza lill-qorti, l-ismijiet tal-partijiet u r-residenza permanenti jew temporanja tagħhom, l-ismijiet tar-rappreżentanti legali jew aġenti tagħhom, talba speċifika li tistipula s-suġġett prinċipali tal-każ u l-pretensjonijiet tal-parti, il-fatti li jsostnu t-talba ta’ min qed jagħmel din it-talba, l-evidenza li ssostni sawk il-fatti, l-ammont tal-kontroversja u l-firma ta’ min jagħmel it-talba.

FuqFuq

10. Ikolli nħallas xi drittijiet tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikolli nħallas avukat sa mill-introduzzjoni tat-talba tiegħi?

Id-drittijiet tal-qorti jridu jitħallsu mal-ftuħ tal-kawża, mal-konsenja ta’ deċiżjoni tal-qorti fil-prima istanza, meta jiġi ppreżentat appell u mal-konsenja ta’ deċiżjoni tal-qorti ta sekonda istanza; dawn jitħallsu meta jirriżulta d-debitu tad-dritt. L-ispejjeż tal-proċeduri tal-qorti jiġu koperti mill-parti li titlef il-kawża. Il-limitu ta’ żmien għall-ħlas lura ta’ l-ispejjeż tal-konsulent/a legali jiddependi mill-ftehim individwali bejn il-party u l-konsulent/a legali.

11. Nista’ nitlob għajnuna legali? (ara taħt Għajnuna legali)

SEGWITU

12. Minn liema waqt jitqies uffiċjalment li nfetħet il-kawża tiegħi? L-awtoritajiet jagħtuni xi konferma li l-każ tiegħi kien ippreżentat sew?

Kawża titqies li nfetħet meta tiġi riċevuta mill-qorti li jkollha ġurisdizzjoni. Fejn tintbagħat bil-posta rreġistrata jew b’telegramma, id-data ta’ meta ntbagħtet tittieħed bħala d-data tal-konsenja lill-qorti li tkun indirizzata lilha. Min jagħmel it-talba ma jirċivix komferma awtomatika li l-kawża nfetħet.

13. Ikolli tagħrif dettaljat dwar meta jiġru l-affarijiet li jkun imiss (ngħidu aħna ż-żmien meta għandi nidher)?

Fejn l-attivitajiet ikunu marbuta ma’ termini perentorji preklussivi, il-qorti twissi lill-parti bil-miktub u tehmeż avviż legali li jfiehem il-konsegwenzi jekk il-parti ma ssegwix l-istruzzjonijet tal-qorti.

Aktar tagħrif

Links utli

  • Državni zbor Republike Slovenije (il-Parlament Sloven) English - slovenšcina
  • Ministrstvo za pravosodje Republike Slovenije (il-Ministeru tal-Ġustizzja) English - slovenšcina
  • Vrhovno sodišče Republike Slovenije (il-Qorti Suprema) Deutsch - English - slovenšcina

« Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Informazzjoni Ġenerali | Slovenja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 02-11-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit