Kummissjoni Ewropea > NGE > Ftuħ ta’ kawża fil-qorti > Rumanija

L-aħħar aġġornament: 11-05-2009
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Rumanija

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Immaġina sitwazzjoni li fiha inti tkun f’tilwima ma’ kumpanija, ma’ persuna professjonali, ma’ min jimpjegak, ma’ membru tal-familja tiegħek jew ma’ xi ħaddieħor f’pajjiżek jew barra minn pajjiżek. Biex tkun tista’ issib soluzzjoni għal din il-problema, inti għandek tistaqsi lilek innifsek għadd ta’ mistoqsijiet:



 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Għandi għalfejn immur il-Qorti? Naħseb li jkun aħjar li nagħmel użu mill-proċeduri ta’ soluzzjoni alternattiva ta’ tilwim. Ara din it-tema. 1.
2. Jeżisti terminu li fih tista’ tinġieb azzjoni quddiem qorti? Termini biex jinġiebu azzjonijiet fil-qrati jvarjaw skont il-każ. Il-kwistjoni ta’ termini tista’ tkun iċċarata ma’ konsulent legali jew f’uffiċċju ta’ informazzjoni għaċ-ċittadini li jagħti pariri dwar l-aċċess għas-sistema tal-ġustizzja. 2.
3. Jiena ċert jekk għandix immur quddiem qorti fl-[Istat Membru inkwistjoni]? Ara t-tema 'Il-Ġuriżdizzjoni tal-qrati3.
4. Jekk fl-affermattiv, f’liema qorti fl-[Istat Membru inkwistjoni] għandi mmur meta jitqies fejn ngħix u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew aspetti oħra tal-każ tiegħi? Ara t-tema 'Il-Ġuriżdizzjoni tal-qrati – l-Istat Membru inkwistjoni'. 4.
5. Jekk fl-affermattiv, f’liema qorti partikulari fl-Istat Membru għandi mmur meta jitqiesu n-natura u l-ammont involut? Ara t-tema 'Il-Ġuriżdizzjoni tal-qrati – l-Istat Membru inkwistjoni' . 5.
6. Nista’ nibda proċedimenti legali jiena stess jew ikolli nuża intermedjarju, eż. avukat? 6.
7. Lil min għandi nindirizza t-talba tiegħi: lill-uffiċċju tal-akkoljenza, lill-iskrivan tal-qorti jew lil xi uffiċċju amministrattiv ieħor? 7.
8. F’liema lingwa għandha tkun miktuba t-talba tiegħi? Nista’ nagħmilha bil-fomm jew għandi nissottomettiha bil-miktub? Nista’ nibgħatha bil-faks jew b'email? 8.
9. Hemm formola speċjali li għandi nuża biex nibda proċedimenti legali? Liema dokumenti għandhom ikunu inklużi fl-inkartament? 9.
10. Ikolli nħallas spejjeż legali, u jekk hu hekk, meta? Ikolli nħallas avukat meta nippreżenta t-talba? 10.
11. Nista’ nitlob għal għajnuna legali (suġġett "l-għajnuna legali"). 11.
12. Meta jitqies li t-talba tiegħi tkun iddaħħlet uffiċjalment? Nirċievi konferma ta’ dan mingħand l-awtoritajiet? 12.
13. Nista’ nirċievi tagħrif dettaljat tal-iskala taż-żmien għal proċeduri ta’ wara (eż. il-perjodu ta’ żmien li jkolli biex nidher)? 13.

 

MISTOQSIJIET PRELIMINARI QABEL MA TRESSAQ KAŻ IL-QORTI

1. Għandi għalfejn immur il-Qorti? Naħseb li jkun aħjar li nagħmel użu mill-proċeduri ta’ soluzzjoni alternattiva ta’ tilwim. Ara din it-tema.

Jekk tkun imdaħħal f’tilwima tista’ jew tippreżenta l-ilment tiegħek quddiem qorti jew tipprova mezzi alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwima, skont in-natura tagħha (nazzjonali, internazzjonali, kontestata, eċċ.) Din it-tieni alternattiva hija obbligatorja qabel ma jkun ippreżentat l-ilment quddiem qorti fil-każ ta’ tilwim relatat ma’ xogħol jew ma’ kwistjoni kummerċjali (konċiljazzjoni). Konċiljazzjoni fakultattiva hija pprovduta espressament fil-każ ta’ tilwima bejn il-klijent u l-avukat dwar drittijiet. Jista’ jkun hemm ukoll il-medjazzjoni f’tilwim tal-konsumatur u tal-familja, kemm qabel kif ukoll matul il-proċedimenti (Il-Liġi 182/2006 dwar il-medjazzjoni u l-organizzazzjoni tal-professjoni ta’ medjatur).

2. Jeżisti terminu li fih tista’ tinġieb azzjoni quddiem qorti? Termini biex jinġiebu azzjonijiet fil-qrati jvarjaw skont il-każ. Il-kwistjoni ta’ termini tista’ tkun iċċarata ma’ konsulent legali jew f’uffiċċju ta’ informazzjoni għaċ-ċittadini li jagħti pariri dwar l-aċċess għas-sistema tal-ġustizzja.

Id-Digriet 167/1958 dwar il-preskrizzjoni estintiva jgħid li minbarra l-perjodu ġenerali ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin hemm ħafna aktar perjodi b’dispożizzjonijiet differenti dwar tul, bidu u tmiem. Bħalissa m’hemmx uffiċċju ta’ informazzjoni għaċ-ċittadini li jagħti pariri dwar l-aċċess għas-sistema tal-ġustizzja.

FuqFuq

3. Jiena ċert jekk għandix immur quddiem qorti fl-[Istat Membru inkwistjoni]? Ara t-tema 'Il-Ġuriżdizzjoni tal-qrati'

L-Artikoli 147-158 tal-Att 105/1992 dwar relazzjonijiet tad-dritt internazzjonali privat jistipulaw ir-regoli li jistabbilixxu jekk qorti Rumena għandhiex ġuriżdizzjoni esklussiva jew alternattiva.

4. Jekk fl-affermattiv, f’liema qorti fl-[Istat Membru inkwistjoni] għandi mmur meta jitqies fejn ngħix u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew aspetti oħra tal-każ tiegħi? Ara t-tema 'Il-Ġuriżdizzjoni tal-qrati – l-Istat Membru inkwistjoni'.

Il-ġuriżdizzjoni territorjali hija stabbilita abbażi tal-kriterji alternattivi jew esklussivi stabbiliti fl-Artikoli 5-18 tal-Kodiċi Ċivili, li tgħid li t-talba għandha tkun ippreżentata fil-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni fil-post tar-residenza tal-konvenut.

5. Jekk fl-affermattiv, f’liema qorti partikulari fl-Istat Membru għandi mmur meta jitqiesu n-natura u l-ammont involut? Ara t-tema 'Il-Ġuriżdizzjoni tal-qrati – l-Istat Membru inkwistjoni' .

Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati hija stabbilita mill-Artikol 1-4 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili abbażi tan-natura tal-każ jew tal-kriterji tal-valur.

FuqFuq

PROĊEDURI BIEX JINBDEW PROĊEDIMENTI LEGALI

6. Nista’ nibda proċedimenti legali jiena stess jew ikolli nuża intermedjarju, eż. avukat?

Skont l-Artikoli 67-73 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, il-parti tagħżel jekk tiddefendix lilha nfisha personalment jew bl-assistenza jew l-intermedjazzjoni ta’ avukat.

7. Lil min għandi nindirizza t-talba tiegħi: lill-uffiċċju tal-akkoljenza, lill-iskrivan tal-qorti jew lil xi uffiċċju amministrattiv ieħor?

It-talba lill-qorti għandha tkun indirizzata lill-president tal-qorti wara li tkun ġiet reġistrata mill-qorti jew mill-imħallef tal-għassa partikulari.

8. F’liema lingwa għandha tkun miktuba t-talba tiegħi? Nista’ nagħmilha bil-fomm jew għandi nissottomettiha bil-miktub? Nista’ nibgħatha bil-faks jew b'email?

Skont l-Artikolu 14(5) tal-Att Nru 304/2004 dwar l-organizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja, talbiet proċedurali u dokumenti għandhom ikunu bir-Rumen, u skont l-Artikolu 82 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, talbiet għandhom ikunu bil-miktub.

9. Hemm formola speċjali li għandi nuża biex nibda proċedimenti legali? Liema dokumenti għandhom ikunu inklużi fl-inkartament?

M’hemmx formoli speċifiċi għad-diversi talbiet u azzjonijiet legali. L-Artikolu 114 tal-Kodiċi ta’ Proċedura dwar id-dokumenti li jiffurmaw it-talba tgħid x’inhija l-proċedura stabbilita mill-każistika.

FuqFuq

10. Ikolli nħallas spejjeż legali, u jekk hu hekk, meta? Ikolli nħallas avukat meta nippreżenta t-talba?

L-Artikolu 174 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili tispeċifika li spejjeż legali jitħallsu meta t-talba ma jkollhiex suċċess. Ċerti spejjeż, bħal dawk ġudizzjarji u taxxi tal-boll, drittijiet tal-esperti, eċċ., ikollhom jitħallsu qabel.

11. Nista’ nitlob għal għajnuna legali (suġġett "l-għajnuna legali").

L-Artikolu 74 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili tgħid li kull minn ma jkunx jista’ jħallas l-ispejjeż legali tal-proċedimenti jista’ jitlob għal għajnuna legali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti hemmhekk.

MONITORAĠĠ TAL-PROĊEDIMENTI

12. Meta jitqies li t-talba tiegħi tkun iddaħħlet uffiċjalment? Nirċievi konferma ta’ dan mingħand l-awtoritajiet?

Il-preżentata u r-reġistrazzjoni tal-talba huma obbligatorji għall-qorti. L-awtoritajiet ma joħorġux konferma li t-talba tkun iddaħħlet kif imiss.

13. Nista’ nirċievi tagħrif dettaljat tal-iskala taż-żmien għal proċeduri ta’ wara (eż. il-perjodu ta’ żmien li jkolli biex nidher)?

Tagħrif dettaljat dwar il-kawża jista’ jinkiseb mingħand l-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew mis-sit elettroniku tagħha, jekk ikollha wieħed. Il-partijiet ikunu mgħarrfa awtomatikament dwar l-iskeda ta’ żmien għall-proċedimenti u l-proċeduri li jkollhom jitwettqu.

Aktar tagħrif

  • www.just.ro română

« Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Informazzjoni Ġenerali | Rumanija - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 11-05-2009

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit