Kummissjoni Ewropea > NGE > Ftuħ ta’ kawża fil-qorti > Portugall

L-aħħar aġġornament: 25-09-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Portugall

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Immaġina li jkollok tilwima ma' kumpanija, ma' professjonist, ma' min iħaddmek, ma' membru tal-familja tiegħek jew xi persuna oħra, fil-pajjiż tiegħek jew f'pajjiż barrani. Sabiex tinstab soluzzjoni għal din it-tilwima, wieħed irid jagħmel diversi mistoqsijiet, fosthom:



 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Huwa tassew meħtieġ li nirrikorri għall-Qorti? 1.
2. Hemm biżżejjed żmien biex nirrikorri għall-Qorti? 2.
3. Żgur/a li għandi nirrikorri għand Qorti Portugiża? 3.
4. Jekk iva, għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri fil-Portugall, meta nqis il-post ta' domiċilju tiegħi u tal-parti l-oħra u l-elementi l-oħra tat-talba tiegħi? 4.
5. Għal liema Qorti f'dan l-Istat Membru għandi nirrikorri meta wieħed jikkunsidra n-natura tat-talba tiegħi u l-ammont involut? 5.
6. Nista' mmur jien personalment il-Qorti jew għandi jkolli intermedjarju jirrapreżentani, bħal per eżempju, avukat? 6.
7. F'liema dipartiment għandi mmur: fir-reception, fis-segretarjat tal-Qorti jew f'xi dipartiment amministrattiv? 7.
8. B'liema lingwa nista' nippreżenta t-talba tiegħi? Nista' nippreżenta t-talba tiegħi bil-fomm jew għandi nippreżentaha bil-miktub? Nista' nippreżenta t-talba tiegħi b'faks jew bl-email? 8.
9. Hemm xi formoli speċifiċi biex nirrikorri għall-Qorti u, fin-nuqqas ta' dan kif nista' nibda kawża? Hemm xi elementi mandatorji li jistgħu jkunu parti tal-proċess? 9.
10. Iridu jitħallsu xi drittijiet lill-Qorti? Jekk iva, meta għandhom jitħallsu dawn id-drittijiet? Għandi nibda nħallas lill-avukati d-drittijiet dovuti malli jibda' l-proċess? 10.
11. Nista' nibbenefika minn għajnuna legali? (Ara l-link ‘Ghajnuna Legali11.
12. Meta jitqies illi l-kawża tiegħi ġiet effettivament aċċettata mill-Qrati? Nircievi konferma mill-awtoritajiet li l-kawża ġiet aċċettata u kkunsidrata valida? 12.
13. Inkun nista' nikseb tagħrif preċiż dwar il-kalendarju tal-fażijiet sussegwenti (per eżempju, data ta' meta rrid nidher quddiem il-Qorti)? 13.

 

MISTOQSIJIET PRELIMINARI QABEL MA TINFETAĦ KAWŻA FIL-QORTI

1. Huwa tassew meħtieġ li nirrikorri għall-Qorti?

Jista' jkun aktar xieraq li tirrikorri għal ‘Metodi Alternattivi ta' Soluzzjoni ta' Tilwim’. Ara dan il-link.

2. Hemm biżżejjed żmien biex nirrikorri għall-Qorti?

It-termini ta' skadenza jvarjaw skond il-każ partikolari. Dan il-punt jista' jiġi kkjarifikat minn avukat jew mis-servizz ta' tagħrif għaċ-ċittadin li għandu x'jaqsam mal-kwistjonijiet ta' aċċess għall-ġustizzja.

3. Żgur/a li għandi nirrikorri għand Qorti Portugiża?

Ara l-link ‘Kompetenza tal-Qrati'.

4. Jekk iva, għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri fil-Portugall, meta nqis il-post ta' domiċilju tiegħi u tal-parti l-oħra u l-elementi l-oħra tat-talba tiegħi?

Ara l-link ‘Kompetenza tal-Qrati - Il-Portugall’.

5. Għal liema Qorti f'dan l-Istat Membru għandi nirrikorri meta wieħed jikkunsidra n-natura tat-talba tiegħi u l-ammont involut?

Ara l-link ‘Kompetenza tal-Qrati - il-Portugall’.

PASSI LI GĦANDEK ISSEGWI BIEX TIRRIKORRI GĦALL-QORTI

FuqFuq

6. Nista' mmur jien personalment il-Qorti jew għandi jkolli intermedjarju jirrapreżentani, bħal per eżempju, avukat?

F'dawk il-każijiet fejn il-preżenza ta' avukat m'hijiex obbligatorja, il-partijiet involuti jistgħu jippreżentaw it-talbiet huma stess jew jistgħu jiġu rappreżentati minn student tal-liġi li qed jipprattika jew prokuratur legali.

Huwa obbligatorju li tqabbad avukat:

  1. F'każijiet fejn ikollha kompetenza Qorti li quddiemha hija ammissibbli talba b'rikors ordinarju (meta s-sorte tal-kawża quddiem Qorti ta' l-ewwel grad ma jkunx jaqbeż l-ammont ta' €3.740,98, bil-liġi m'huwiex meħtieġ l-intervent ta' professjonist tal-forum).
  2. F'dawk il-kawżi fejn rikors huwa dejjem ammissibbli, ikun xi jkun l-ammont involut;
  3. F'dawk r-rikorsi u kawżi ppreżentati quddiem il-Qorti Superjuri.

    Jekk ikun obbligatorju li tqabbad avukat, jew avukat li jkun għadu qed jipprattika, jew prokuratur legali u l-partijiet infushom jistgħu jippreżentaw talbiet f'każijiet fejn ma jkunux involuti kwistjonijiet ta' dritt.

F'każ ta' inventarji, tkun xi tkun in-natura tagħhom jew l-ammont involut, l-intervent ta' avukat hu obbligatorju biss biex iqajjem jew jiddiskuti kwistjonijiet ta' dritt.

Meta ma jkunx hemm avukat fil-muniċipalità, il-patronċinju jista' jiġi eżerċitat minn prokuratur legali.

Jekk il-kawża tkun tinvolvi ammonti taħt it-€ 3,740.98, il-preżenza ta' avukat m'hijiex meħtieġa fil-bidu ta' proċeduri ta' inġunzjoni jew f'kull proċedura oħra li taqa' taħt il-kompetenza tal-Qrati tal-Paċi (Qrati b'kompetenza għal talbiet żgħar).

FuqFuq

Sabiex tiġi istitwita azzjoni għall-irkupru ta' debitu bbażżat fuq titolu li għandu saħħa legali eżekuttiva (titolu eżekuttiv), għandu jitqabbad avukat biss jekk l-ammont involut ikun ta' aktar minn €14,963.94. Madankollu, jekk l-azzjoni tinvolvi ammont ta' aktar minn €3,740.98, jista' jkun meħtieġ l-intervent ta' avukat fil-fażijiet aħħarija tal-proċeduri, f'dawk il-każijiet meta jkun hemm oġġezzjoni (oppożizzjoni) mid-debitur jew minn terza persuna jew proċeduri oħrajn ta' natura dikjaratorja.

7. F'liema dipartiment għandi mmur: fir-reception, fis-segretarjat tal-Qorti jew f'xi dipartiment amministrattiv?

L-entità kompetenti li għandha tirċievi t-talba inizzjali (talba inizzjali f'azzjoni dikjaratorja) hija s-Segretarjat Ġenerali tal-Qorti.

8. B'liema lingwa nista' nippreżenta t-talba tiegħi? Nista' nippreżenta t-talba tiegħi bil-fomm jew għandi nippreżentaha bil-miktub? Nista' nippreżenta t-talba tiegħi b'faks jew bl-email?

Il-lingwa Portugiża trid tintuża fl-atti kollha ppreżentati mill-partijiet.

Id-dokumenti kollha miktuba b'lingwi barranin iridu jiġu tradotti dejjem.

Kull meta jkun irid jinstema' ċittadin minn pajjiż barrani li ma jafx jesprimi ruħu bil-Portugiż quddiem Qorti Portugiża, dan jiġi pprovdut b'interpretu.

Fil-Qrati tal-Paċi, il-kawża tista' tiġi ppreżentata bil-fomm.

Għal kull proċedura oħra, il-kawża trid tiġi ppreżentata bil-miktub, u huwa permess l-użu ta' faks jew ta' email, kemm-il darba, fi żmien ħamest ijiem, il-Qorti tirċievi l-kopja stampata jew il-kopja ta' sigurtà, flimkien mad-dokumenti l-oħrajn li ma jkunux ġew ippreżentati qabel.

FuqFuq

Is-sottomissjonijiet, it-talbiet u l-kontro-talbiet ta' rikorsi bil-miktub jistgħu jiġu ppreżentati f'kopja diġitali u wara għandu jintbagħat dokument ta' appoġġ stampat fuq il-karta li jitqies bħala kopja supplenti u attestazzjoni kontra modifiki mhux awtorizzati mdaħħla fit-test diġitali u d-dokumenti ppreżentati mill-partijiet li m'humiex diġitali; kull att ieħor li jrid jiġi ppreżentat bil-miktub mill-partijiet fil-proċeduri jista' wkoll jiġi ppreżentat b'kopja diġitali.

Is-sottomissjonijiet, it-talbiet, it-tweġibiet, u dokumenti li jirreferu għal xi att ieħor li jrid isir bil-miktub mill-partijiet fil-proċeduri jistgħu:

  1. Jingħataw lis-segretarju tal-Qorti mat-turija ta' l-identifikazzjoni tal-persuna li qed tippreżenta d-dokumenti fil-Qorti u, jekk tintalab, tingħata irċevuta tal-wasla tagħhom.
  2. Jintbagħtu bil-posta rreġistrata, fejn id-data effettiva tar-reġistrazzjoni postali titqies bħala d-data ta' l-att proċedurali.
  3. Jintbagħtu bil-faks jew bl-email, iżda fil-każ ta' l-aħħar tkun meħtieġa l-firma diġitali tal-firmatarju u d-data tat-trażmissjoni titqies bħala d-data ta' l-att proċedurali.

Minn Jannar 2003, il-prattika li jintbagħtu atti b'mezzi diġitali saret obbligatorja meta jkun hemm patronċinju legali. Dawn il-kopji diġitali jridu jiġu segwiti b'kopja stampata, li għandha tasal fi żmien 5 ijiem.

9. Hemm xi formoli speċifiċi biex nirrikorri għall-Qorti u, fin-nuqqas ta' dan kif nista' nibda kawża? Hemm xi elementi mandatorji li jistgħu jkunu parti tal-proċess?

Hemm formoli apposta biex jinbdew proċeduri ta' inġunzjoni kif ukoll biex jinbdew proċeduri quddiem il-Qrati tal-Paċi meta, fil-każ ta' l-aħħar ma jkunx hemm l-alternattiva li l-każ jiġi ppreżentat bil-fomm.

FuqFuq

F'kull każ ieħor, m'hemmx formoli, u l-elenkar tal-fatti jista’ jiġi ppreżentat f'żewġ kopji; meta l-elenkar tal-fatti jirrigwarda aktar minn persuna waħda, huma jiġu offruti l-istess numru ta' kopji duplikati daqs kemm hemm persuni li jgħixu f'postijiet separati, ħlief jekk ikunu qed jiġu rappreżentati mill-istess avukat.

It-talbiet, sottomisjonijiet u dokumenti ppreżentati minn kull waħda mill-partijiet jridu jiġu segwiti b'ammont ta' kopji stampati daqs kemm huwa msemmi fil-paragrafu ta' qabel. Dawn il-kopji jintbagħtu lill-kontroparti ma' l-ewwel notifika wara li jiġu ppreżentati.

Meta jkun ġustifikat minħabba raġunijiet speċjali, l-Imħallef jista' jeżenta lill-parti in kwestjoni milli tippreżenta l-kopiji jew jistabilixxi perjodu addizzjonali għall-preżentazzjoni tagħhom. Minbarra l-kopji duplikati li jridu jingħataw lill-kontroparti, il-parti trid toffri kopja oħra ta' kull elenku ta' fatti biex tiġi infilzata u li jrid jitqies bħala bażi għar-riforma tal-proċeduri f'każ illi din tkun nieqsa.

Fil-mument li jkunu ser jibdew il-proċeduri, id-dokument li jipprova li sar il-ħlas tad-drittijiet inizjali jew tad-drittijiet tat-talba għal għajnuna legali għandu jiġi ppreżentat.

10. Iridu jitħallsu xi drittijiet lill-Qorti? Jekk iva, meta għandhom jitħallsu dawn id-drittijiet? Għandi nibda nħallas lill-avukati d-drittijiet dovuti malli jibda' l-proċess?

Iva, il-ħlas ta' l-ispejjez huwa obbligatorju f'każ li ma jinkiseb ebda benefiċċju ta' għajnuna legali (jekk jogħġbok ara l-fajl rispettiv).

FuqFuq

Id-drittijiet tal-Qorti jitħallsu ftit ftit, imma parti minn dawn id-drittijiet iridu jitħallsu malli jibdew il-proċeduri.

Meta parti tkun rappreżentata minn avukat u ma tirċievi  l-ebda benefiċċju ta' għajnuna legali, il-ħlasijiet lill-avukat iridu jsiru skond il-kundizzjonijiet u t-termini miftehma minn qabel ma' l-avukat.

11. Nista' nibbenefika minn għajnuna legali? (Ara l-link ‘Ghajnuna Legali)

KIF JITMEXXEW IL-PROĊEDURI

12. Meta jitqies illi l-kawża tiegħi ġiet effettivament aċċettata mill-Qrati? Nircievi konferma mill-awtoritajiet li l-kawża ġiet aċċettata u kkunsidrata valida?

L-azzjoni titqies li ġiet ippreżentata fil-mument meta tasal għand is-segretarjat it-talba inizzjali rispettiva (l-ewwel elenku ta' fatti tal-proċeduri minn min jippreżenta ruħu fil-Qorti u jifformula t-talba inizjali).

L-aspetti formali jiġu vverifikati, fil-mument tal-wasla tat-talba, mill-uffiċjal inkarigat biex jirċevihom, imma jkun hemm proċeduri ulterjuri meta l-Imħallef jeżegwixxi dan il-kontroll b'mod aktar rigoruż u profond (b'mod partikolari fir-rigward ta' azzjoni dikjaratorji, provi dokumentarji u s-sentenza).

Il-partijiet dejjem jiġu notifikati b'dawn id-deċiżjonijiet.

13. Inkun nista' nikseb tagħrif preċiż dwar il-kalendarju tal-fażijiet sussegwenti (per eżempju, data ta' meta rrid nidher quddiem il-Qorti)?

Il-liġi ma timponix li l-Qrati jagħtu dan it-tip ta' tagħrif.

Aktar tagħrif

  • Il-Qrati Supremi tal-Ġustizzja English - français - português
  • Ministeru tal-Ġustizzja English - português
  • Qorti Kostituzzjonali português
  • Qorti ta' Appell ta' Lisbona português
  • Qorti ta' Appell ta' Coimbra português
  • Qorti ta' Appell ta' Évora English - français - português
  • Qorti ta' Appell ta' Porto português
  • Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika português
  • Entità responsabbli għat-taħriġ ta' l-Imħallfin Portugiżi English - français - português
  • Li tipprovdi fost oħrajn, il-kuntatti tal-Qrati u l-ġurisdizzjonijiet territorjali tagħhom u l-aċċess għal websajt ta' l-Uffiċjali tal-Ġustizzja português
  • Uffiċċju tal-Politika Leġislattiva u l-Ippjanar fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja English - português
  • Direttorat Ġenerali tar-Reġistru u n-Nutara português
  • Istitut tal-Konsumatur português
  • Assoċjazzjoni ta' l-Imħallfin Portugiżi português
  • Sindikat tal-Maġistrati tal-Ministeru Pubbliku português
  • Kamra ta' l-Avukati português
  • Qafas ta' leġislazzjoni «online» português fih iċ-ċertifikati u l-atti ppubblikati fis Serje I ta' D.R. sa mill-01-01-1970; jippermetti aċċess liberu għal leġislazzjoni ppubblikata fis-Serje I sa mill-1/1/2000

« Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Informazzjoni Ġenerali | Portugall - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 25-09-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit