Kummissjoni Ewropea > NGE > Ftuħ ta’ kawża fil-qorti > Polonja

L-aħħar aġġornament: 12-05-2009
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Polonja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Nista’ nressaq azzjoni quddiem il-qorti waħdi jew ikolli nqabbad intermedjarju, bħal pereżempju avukat, biex jirrappreżentani? 1.
2. Quddiem min eżattament għandi napplika: fl-uffiċċju tar-reġistru jew fl-ufiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew lil xi amministrazzjoni oħra? 2.
3. F’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi? Nista’ nagħmlu bil-fomm jew jeħtieġ li jkun bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors tiegħi bil-faks jew bil-posta elettronika? 3.
4. Hemm formoli speċjali biex jitressqu azzjonijiet, jew, jekk le, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi? Hemm elementi li għandhom ikunu inklużi fl-inkartament? 4.
5. Ikolli nħallas drittijiet tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikolli nħallas avukat malli nippreżenta r-rikors tiegħi? 5.
6. Nista’ nitlob għajnuna legali? (It-tema tal-‘Għajnuna legali’) 6.

 

1. Nista’ nressaq azzjoni quddiem il-qorti waħdi jew ikolli nqabbad intermedjarju, bħal pereżempju avukat, biex jirrappreżentani?

Fil-prinċipju, il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Pollakk (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ KĊP) ma jipprovdix għal rappreżentanza obbligatorja minn avukat. Il-partijiet u l-awtoritajiet jew rappreżentanti statutorji tagħhom jistgħu jaġixxu quddiem il-qorti personalment jew permezz ta’ prokuraturi de facto. Skont l-Artikolu 871 tal-KĊP, ir-rappreżentazzjoni obbligatorja minn avukat tapplika għal proċedimenti quddiem il-Qorti Suprema. Fi proċedimenti bħal dawn, parti tista’ taġixxi biss permezz ta’ avukat jew konsulent legali. Eċċezzjoni waħda għal dan l-obbligu fir-rigward ta’ rikors għal eżenzjoni minn spejjeż tal-qorti u għall-ħatra ta’ avukat jew konsulent legali ex officio.

Azzjoni fil-qorti tista’ titressaq minn individwu li jkollu kapaċità sħiħa, jew minn persuna ġuridika jew organizzazzjoni soċjali li l-liġi tippermettilha taġixxi, ukoll jekk ma jkollhiex personalità ġuridika. Individwu jikseb kapaċità legali meta jagħlaq 18-il sena. Individwu li ma jkollux kapaċità jista’ jressaq azzjonijiet proċedurali biss permezz ta’ rappreżentant statutorju. Persuni ġuridiċi u organizzazzjonijiet oħra li jkollhom kapaċità li jaġixxu fil-qorti jressqu azzjonijiet proċedurali permezz tal-korpi awtorizzati biex jaġixxu f’isimhom. Korpi bħal dawn ikunu obbligati li jagħtu prova tal-awtorità tagħhom li jaġixxu permezz ta’ dokument, li għandu jkun ippreżentat meta jagħmlu l-ewwel azzjoni proċedurali.

FuqFuq

Il-qorti tista’ temporanjament tippermetti persuna li ma jkollhiex kapaċità ġuridika jew litiġjuża jew persuna li ma jkollhiex l-awtorità statutorja xierqa, li taġixxi, bil-kondizzjoni li qabel l-iskadenza tat-terminu preskritt jiġi rrettifikat kull nuqqas u li l-azzjonijiet ikunu approvati mill-persuna maħtura għal dak il-fini. Għal parti li ma jkollhiex kapaċità litiġjuża jew rappreżentant statutorju u għal parti li ma jkollhiex awtorità maħtura biex tirrappreżentaha, il-qorti taħtar, fuq talba tal-kontroparti, amministratur ġudizzjarju, jekk il-parti tkun qed tressaq azzjoni proċedurali urġenti kontra l-persuna l-oħra.

Skont l-Artikolu 87 tal-KĊP, prokuratur jista’ jkun avukat jew konsulent legali, u f’każijiet ta’ proprjetà industrijali anki konsulent dwar il-privattivi u, barra dan, tista’ tkun persuna li tieħu ħsieb l-assi jew l-interessi tal-parti u persuna b’kuntratt permanenti mal-parti, jekk is-suġġett tal-każ ikun skont l-iskop ta’ dak il-kuntratt, kopartiċipant f’tilwima, kif ukoll il-ġenituri, ir-raġel jew il-mara, l-aħwa jew id-dixxendenti tal-parti u persuni li jkunu jiġu mill-parti b’adozzjoni.

Il-prokuratur ta’ persuna ġuridika jew ta’ impriża, inklużi dawk mingħajr personalità ġuridika, jista’ wkoll ikun impjegat ta’ entità bħal dik jew ikun l-awtorità superjuri tagħha. Persuna ġuridika li, skont dispożizzjonijiet differenti tal-liġi, tipprovdi servizzi legali lil impriża, lil persuna ġuridika jew lil entità organizzattiva oħra, tista’ tagħti prokura ad litem, f’isem l-entità li liha tipprovdi servizzi legali, lil avukat jew lil konsulent legali, jekk tkun awtorizzata tagħmel hekk minn dik l-entità.

FuqFuq

F’kawżi ta’ paternità jew manteniment, il-prokuratur jista’ wkoll ikun rappreżentant ta’ awtorità ta’ gvern lokali responsabbli għall-ħarsien soċjali jew organizzazzjoni soċjali li l-għan ewlieni tagħha jkun li tgħin lill-familji.

F’każijiet relatati mal-operazzjoni ta’ azjenda agrikola, il-prokuratur tal-bidwi jista’ wkoll ikun rappreżentant ta’ assoċjazzjoni ta’ bdiewa individwali li tagħha l-bidwi inkwistjoni jkun membru.

F’każijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur, il-prokuratur jista’ jkun rappreżentant tal-organizzazzjoni li l-ħidma statutorju tagħha tkun tinkludi l-protezzjoni tal-konsumatur.

F’każijiet relatati mal-protezzjoni ta’ proprjetà industrijali, il-prokuratur tal-awtur ta’ proposta ta’ invenzjoni jista’ wkoll ikun rappreżentant ta’ organizzazzjoni li l-ħidma statutorja tagħha tkun tinkludi appoġġ għal proprjetà industrijali u assistenza lil awturi ta’ proposti ta’ invenzjoni.

2. Quddiem min eżattament għandi napplika: fl-uffiċċju tar-reġistru jew fl-ufiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew lil xi amministrazzjoni oħra?

Inti għandek tapplika lill-qorti billi timla d-dikjarazzjoni tat-talba (att proċedurali) fil-bini tal-qorti, fl-uffiċċju tal-ġurnal jew billi tibgħat l-istess bil-posta.

3. F’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi? Nista’ nagħmlu bil-fomm jew jeħtieġ li jkun bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors tiegħi bil-faks jew bil-posta elettronika?

Id-dikjarazzjoni tat-talba u atti oħra proċedurali għandhom ikunu ppreżentati bil-Pollakk jew għandu jkollhom magħhom traduzzjoni bil-Pollakk.

FuqFuq

Id-dikjarazzjoni tat-talba għandha ssir bil-miktub. Eċċezzjoni hija għal każijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-liġi tal-impjiegi u s-sigurtà soċjali, fejn l-impjegat jew il-parti assigurata li jaġixxu mingħajr avukat jew konsulent legali, jistgħu jissottomettu l-kawża u l-kontenut ta’ kull appell u atti proċedurali oħra verbalment lill-qorti li jkollha l-kompetenza, biex ikunu rreġistrati (Artikolu 466 tal-KĊP).

Formoli uffiċjali jkunu meħtieġa fil-kawżi li l-lista tagħhom tidher fl-Artikolu 1871-2 tal-KĊP u fi proċedimenti sommarji (ara l-inkartament relattiv għal proċedimenti sommarji).

Barra minn hekk, jekk id-dikjarazzjoni tat-talba (att proċedurali) tintbagħat bil-posta elettronika jew bil-faks, din għandha tkun irreġistrata wara fl-uffiċċju tal-ġurnal tal-qorti jew tintbagħat bil-posta.

4. Hemm formoli speċjali biex jitressqu azzjonijiet, jew, jekk le, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi? Hemm elementi li għandhom ikunu inklużi fl-inkartament?

L-azzjoni tinġieb billi timtela dikjarazzjoni dwar it-talba. Id-dikjarazzjoni dwar it-talba għandha tkun konformi mar-rekwiżiti ta' att proċedurali (Artikoli 125 sa 128 KĊP) u għandu jkollha l-elementi addizzjonali msemmija fl-Artikolu 187 et seq. tal-KĊP.

Att proċedurali għandu jkollu b'mod partikulari:

  1. l-isem tal-qorti li lilha jkun indirizzat, l-ismijiet u l-kunjomijiet jew l-ismijiet tal-partijiet tal-kumpanija, tar-rappreżentanti statutorji tagħhom u tal-prokuraturi;
  2. il-valur tas-suġġett tat-tilwima (jew il-valur tas-suġġett tal-appell) fi żloti Pollakki, imqarrba 'il fuq sa żlot sħiħ;
  3. jekk ikun l-ewwel att fil-kawża, l-isem tal-post tar-residenza jew tal-uffiċċju reġistrat tal-partijiet, tar-rappreżentanti statutorji u tal-prokuraturi tagħhom, u jekk ikun hemm aktar atti, ir-referenza tal-kawża;
  4. l-ispeċifikazzjonijiet tat-tip ta' att;
  5. il-qofol tar-rikors jew dikjarazzjoni u x-xhieda biex isostnu ċ-ċirkustanzi msemmija;
  6. f'atti proċedurali bi tħejjija għas-smigħ (atti preparatorji), l-istatus tal-kawża għandu jkun deskritt fil-qosor, id-dikjarazzjonijiet tal-kontroparti u x-xhieda sottomessa minnha għandhom ikunu indirizzati, u fl-aħħar nett, il-provi li jkunu ser jiġu ppreżentati matul is-seduta għandhom jiġu identifikati jew mehmuża;
  7. il-firma tal-parti jew tar-rappreżentant statutorju jew tal-prokuratur; għal parti li ma tkunx taf tiffirma l-att, l-att għandu jkun iffirmat minn persuna awtorizzata minn dik il-persuna, li tgħid għaliex il-parti ma tkunx iffirmat l-att hija nfisha;
  8. lista ta' eżibiti;
  9. kull att proċedurali għandu jkollu miegħu kopji u kopji tal-eżibiti li jkollhom jingħataw lil persuni li jieħdu sehem fil-kawża, u, jekk l-oriġinali tal-eżibiti ma jkunux intbagħtu lill-qorti, kopja ta' kull eżibit għar-reġistru tal-qorti; f'kawżi tal-kummerċ, hemm l-obbligu li tintbagħat kopja tal-att mal-eżibiti direttament lill-kontroparti u li mal-att tinhemeż il-konferma li jkunu ġew ikkonsenjati jew li jkunu ntbagħtu bil-posta rreġistrata lill-kontroparti (Artikolu 4799 tal-KĊP);
  10. barra dan, l-att proċedurali għandu jkollu miegħu prokura, jekk l-att ikun ippreżentat minn prokuratur li ma jkunx issottometta prokura qabel.

Skont l-Artikolu 187 tal-KĊP, id-dikjarazzjoni tat-talba għandha tinkludi wkoll:

FuqFuq

  1. it-talba speċifikata fid-dettall;
  2. fatti li jissustanzjaw it-talba u, jekk ikun meħtieġ, li jissustanzjaw ukoll il-kompetenza tal-qorti.

Id-dikjarazzjoni tat-talba tista' tinkludi wkoll:

  • mozzjonijiet għal talba ta' garanzija għall-azzjoni, mozzjonijiet biex is-sentenza tkun eżegwibbli mill-ewwel u biex jinżamm smigħ fl-assenza tal-attur;
  • mozzjonijiet biex isiru tħejjijiet għas-smigħ, l-aktar biex jitħarrku għas-smigħ ix-xhieda u l-esperti maħturin mill-attur, biex issir spezzjoni viżiva, biex il-konvenut ikun ordnat iġib għas-smigħ kull dokument fil-pussess tiegħu li jkun meħtieġ għall-finijiet ta' xhieda jew tal-ispezzjoni viżiva, jew biex tintalab kull prova miżmuma minn qrati, istituzzjonijiet uffiċjali jew partijiet terzi għas-smigħ.

5. Ikolli nħallas drittijiet tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikolli nħallas avukat malli nippreżenta r-rikors tiegħi?

Skont l-Att tat-28 ta’ Lulju 2005 dwar spejjeż tal-qorti f’kawżi ċivili, l-ispejjeż tal-qorti (dawn jinkludu tariffi u nfiq) jitħallsu mill-parti li tissottometti lill-qorti att soġġett għal ħlas jew li joħloq spejjeż. Il-ħlas għandu jsir fil-mument meta l-att soġġett għal ħlas ikun ippreżentat fil-qorti. Jekk il-ħlas mitlub ma jsirx, il-qorti ma tieħu l-ebda azzjoni (Artikolu 1262 tal-KĊP).

Skont l-Artikolu 130 tal-KĊP u l-Artikolu 1301 tal-KĊP, jekk att proċedurali ma jkunx jista’ jiġi pproċessat sewwa minħabba nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti formali, nuqqas ta’ forma uffiċjali jew nuqqas ta’ ħlas ta’ dritt, il-parti tintalab tikkoreġi, tissupplimenta jew tħallas l-istess fi żmien ġimgħa, u jekk tonqos l-att jintbagħat lura lill-parti. Jekk l-att ikun ġie ppreżentat minn persuna residenti jew li jkollha uffiċċju reġistrat barra mill-pajjiż li ma jkollux rappreżentant fil-Polonja, it-terminu ffissat biex l-att ikun supplimentat m’għandux ikun aqsar minn xahar. Jekk ma tkunx ittieħdet azzjoni fit-terminu speċifikat fl-avviż, l-att jintbagħat lura. Att mibgħut lura ma jkollu ebda effett mogħti mil-liġi għall-preżentata ta’ att proċedurali fil-qorti. Att ikkoreġut jew supplimentat fi żmien it-terminu jkun effikaċi mill-mument li jkun ippreżentat (Artikolu 130 tal-KĊP).

FuqFuq

Skont l-Artikolu 1302 tal-KĊP, atti li jkollhom difetti formali jew li ma jkunx sar ħlas għalihom, ippreżentati minn avukat, konsulent legali, konsulent dwar il-privattivi jew, fi proċedimenti tal-kummerċ, minn impriża, jintbagħtu lura b’avviż separat. Fil-prinċipju, rimedji fil-liġi jew miżuri fl-appell (appelli, denunzji, denunzji finali, rikorsi biex deċiżjoni legalment valida tkun iddikjarata kontra l-liġi, oġġezzjonijiet kontra sentenza fil-kontumaċja, talbiet kontra ordni għal ħlas, denunzji kontra d-deċiżjoni tal-uffiċjal tad-diviżjoni tal-qorti), li jkollhom difetti formali jew ma jkunux imħallsa, ippreżentati mill-entitajiet imsemmijin hawn fuq, ikunu wkoll miċħudin mingħajr avviż ieħor biex ikunu supplimentati.

Rimborż tal-ispejjeż għal proċedimenti bejn il-partijiet isir skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 98 tal-KĊP sal-Artikolu 110 tal-KĊP u l-Artikolu 520 tal-KĊP. Ir-regola bażika skont l-Artikolu 98 tal-KĊP hija li l-parti li titlef il-kawża tirrimborża lill-kontroparti, meta tintalab, l-ispejjeż meħtieġa għall-infurzar effettiv ta’ drittijiet u difiza effettiva (spejjeż ta’ proċedimenti). Barra dan, skont l-Artikolu 100 tal-KĊP, jekk it-talbiet jintlaqgħu parzjalment, l-ispejjeż jinħafru b’mod reċiproku jew ikunu allokati b’mod proporzjonat. Il-qorti tista’, iżda, timponi fuq waħda mill-partijiet l-obbligu li tirrimborża l-ispejjeż kollha, jekk il-kontroparti tkun ammettiet parti żgħira biss mit-talba tagħha jew jekk biex ikun stabbilit l-ammont dovut lilha kien ikun meħtieġ ftehim reċiproku jew l-eżami tal-qorti. Fi proċedimenti mhux litiġjużi, kull partiċipant iħallas l-ispejjeż relatati mal-partiċipazzjoni tiegħu fil-kawża. Il-qori tista’ tordna li l-ispejjeż jitħallsu abbażi ta’ ħtija jew ekwità, jekk dan ikun iġġustifikat miċ-ċirkustanzi tal-kawża.

FuqFuq

L-ispejjeż meħtieġa għal proċedimenti mmexxijin minn parti personalment jew permezz ta’ prokuratur li ma jkunx avukat jew konsulent legali jinkludu l-ispejjeż tal-qorti magħmulin mill-parti, l-ispejjeż ta’ ivvjaġġar għall-qorti mill-parti jew mill-prokuratur tagħha u l-ekwivalenti tal-qligħ li tkun tilfet minħabba li kellha tidher quddiem il-qorti. L-ispejjeż kollha ta’ ivvjaġġar u l-ekwivalenti f’telf ta’ qligħ ma jistgħux jaqbżu r-rimunerazzjoni ta’ avukat wieħed li jipprattika fil-post fejn tkun tinsab il-qorti fejn il-proċeduri jkunu għaddejjin. Spejjeż meħtieġa għal proċedimenti ta’ parti rappreżentata minn avukat jinkludu d-dritt, mhux ogħla, iżda, mir-rati stabbiliti f’dispożizzjonijiet separati, u l-ispejjeż ta’ avukat wieħed, l-ispejjeż tal-qorti u l-ispejjeż għad-dehra personali tal-parti quddiem il-qorti, ordnata mill-qorti (Artikolu 98 u Artikolu 99 tal-KĊP).

Il-livell tal-ispejjeż tal-qorti huwa rregolat mill-Att tat-28 ta’ Lulju 2005 dwar spejjeż tal-qrati f’kawżi ċivili. Il-livelli minimi ta’ drittijiet ta’ avukati u konsulenti legali huma stabbiliti minn żewġ Regolamenti tal-Ministru tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Settembru 2002. Kull kwistjoni oħra relatata mar-rimunerazzjoni ta’ avukat jew ta’ konsulent legali hija rregolata mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 735 et seq. tal-Kodiċi Ċivili (KĊ). It-terminu ta’ skadenza għall-ħlas ikun stabbilit bi ftehim bejn il-partijiet.

L-eżenzjoni mill-ħlas tal-ispejjeż tal-qorti hija rregolata mill-Artikoli 94 sa 118 tal-Att tat-28 ta’ Lulju 2005 dwar spejjeż tal-qrati f’kawżi ċivili. L-Artikoli 94-98 ta’ dak l-Att għandhom lista tal-kategoriji ta’ entitajiet u każijiet eżenti mill-obbligu ta’ ħlas ta’ spejjeż tal-qorti bis-saħħa tal-Att. Il-kategorija ta’ entitajiet eżenti mill-obbligu li jħallsu spejjeż tal-qorti tinkludi, pereżempju, persuni li jitolbu konferma ta’ paternità jew li japplikaw għal ħlasijiet ta’ manteniment.

FuqFuq

Individwu li jkun għamel dikjarazzjoni li ma jkunx jista’ jħallas spejjeż tal-qorti bħal dawk bla ħsara għall-għajxien tiegħu u tal-familja tiegħu, jista’ wkoll jitlob eżenzjoni minn spejjeż bħal dawk (Artikolu 102). Il-qorti tista’ tagħti eżenzjoni mill-ispejjeż tal-qorti lil persuna ġuridika jew lil unità organizzattiva barra minn persuna ġurika li tkun ingħatat il-kapaċità legali bil-liġi, jekk persuna bħal dik tkun ġabet prova li ma jkollhiex mezzi suffiċjenti għall-ħlas ta’ spejjeż bħal dawk (Artikolu 103). Barra minn dan, fir-rigward ta’ organizzazzjonijiet soċjali li ma jkunux involuti f’attivitajiet ta’ negozju, il-qorti tista’ tagħti eżenzjoni mill-ispejjeż tal-qorti fil-kawżi tagħhom stess miġjubin b’rabta ma’ attivitajiet soċjali, xjentifiċi, edukattivi, kulturali, karitevoli jew ta’ għajnuna għall-individwu fir-rigward tal-protezzjoni tal-konsumaturi, il-ħarsien tal-ambjent u ħarsien soċjali. Meta tagħti eżenzjoni mill-ispejjeż tal-qorti, il-qorti tqis, qabel kollox, l-għanijiet statutorji ta’ operazzjoni u l-ħiliet tal-organizzazzjoni, kif ukoll il-ħtieġa li jinkisbu dawn l-għanijiet permezz ta’ proċedimenti ċivili.

Applikazzjonijiet għal eżenzjoni mill-ispejjeż tal-qorti għandhom ikunu ppreżentati bil-miktub jew bil-fomm biex ikunu rreġistrati fil-qorti fejn il-kawża tkun ser tinbeda jew tkun għadha għaddejja. L-applikazzjoni għal eżenzjoni mill-ispejjeż tal-qorti għandha jkollha magħha dikjarazzjoni inklużi dettalji tal-istat tal-familja, assi, dhul u għajxien tal-persuna li titlob eżenzjoni. Id-dikjarazzjoni għandha ssir bil-formola preskritta. Jekk id-dikjarazzjoni ma ssirx jew ma jkollhiex l-informazzjoni kollha meħtieġa, il-parti tintalab biex tirrimedja n-nuqqasijiet fit-terminu preskritt, u fin-nuqqas ir-rikors jintbagħat lura. Individwi li l-post ta’ residenza tagħhom ma jkunx fil-kompetenza tal-qorti jistgħu japplikaw għal eżenzjoni mill-ispejjeż tal-qorti fil-qorti tad-distrett b’kompetenza għall-post tagħhom ta’ residenza. Il-qorti tirreferi rikorsi bħal dawn lill-qorti kompetenti mingħajr dewmien.

FuqFuq

Fi proċedimenti ta’ reġistrazzjoni ta’ artijiet u ipoteki, eżenzjoni mill-ispejjeż tista’ ssir biss qabel ma jintbagħat ir-rikors biex jiddaħħal fir-reġistru tal-artijiet u l-ipoteki. Jekk ir-rikors għad-dħul fir-reġistru tal-artijiet u l-ipoteki jkollu jsir b’att notarili, eżenzjoni mill-ispejjeż tal-qorti tista’ tingħata biss qabel ma jkun ġie konkluż dak l-att notarili.

Spejjeż tal-qorti li l-parti ma kinitx obbligata tħallas jew li ma kellhomx jitħallsu mill-kustodju tal-qorti jew mill-prosekutur pubbliku ikunu ordnati mill-qorti fid-deċiżjoni li ttemm il-kawża f’dik l-istanza li jitħallsu mill-kontroparti, jekk ikun hemm motivi biex isir hekk, soġġett għall-applikazzjoni xierqa tar-regoli dwar ir-rimborż tal-ispejjeż tal-proċedimenti. Kull spiża li ma tkunx ordnata titħallas mill-kontroparti, għandha tkun ordnata mill-qorti fid-deċiżjoni finali li ttemm il-kawża f’dik l-istanza li titnaqqas mit-talba li l-parti tkun rebħet. F’każijiet fejn b’mod partikolari jkun rakkomandabbli li jsir hekk, il-qorti tista’ ma tordnax il-ħlas ta’ spejjeż bħal dawn (Artikolu 113).

Eżenzjoni mill-ispejjeż tal-qorti ma teħlisx lill-parti mill-obbligu li tirrimborża l-ispejjeż tal-proċedimenti lill-kontroparti.

6. Nista’ nitlob għajnuna legali? (It-tema tal-‘Għajnuna legali’)

Skont l-Artikolu 117 tal-KĊP, parti eżentata għal kollox jew parzjalment minn qorti mill-ispejjeż tal-qorti jew parti li tibbenefika mill-eżenzjoni statutorja mill-ispejjeż, tista' tissottometti, bil-miktub jew bil-fomm biex tkun irreġistrata, rikors biex avukat jew konsulent legali jinħatru għaliha ex officio. Il-parti tissottometti dan ir-rikors lill-qorti fejn il-kawża tkun ser issir jew tkun tinsab pendenti. Parti li l-post ta' residenza tagħha ma jkunx fil-kompetenza ta' dik il-qorti tista' tissottometti r-rikors lill-qorti distrettwali b'kompetenza għall-post tagħha ta' residenza. Il-qorti għandha tirrinvija rikorsi bħal dawn lill-qorti kompetenti mingħajr dewmien. Rikorsi biex jinħatar avukat jew konsulent legali, ippreżentati għall-ewwel darba fi proċedimenti ta' appell jew ta' appell finali, jistgħu jiġu rrinvjati mill-qorti għal eżami mill-qorti tal-prim'istanza.

FuqFuq

Il-qorti taċċetta r-rikors, jekk tqis li l-partiċipazzjoni ta' avukat jew ta' konsulent legali tkun meħtieġa fil-kawża inkwistjoni. Il-qorti titlob lill-kunsill tal-avukati tad-distrett jew lill-kunsill tal-konsulenti legali tad-distrett, skont il-każ, biex jaħtru avukat jew konsulent legali. Jekk l-avukat jew konsulent legali maħturin b'dan il-mod ikollu jieħu azzjoni barra mill-kompetenza tal-qorti li tkun qed tiġġudika, il-kunsill tal-avukati tad-distrett jew il-kunsill tal-konsulenti legali tad-distrett, skont il-każ, fuq talba tal-avukat jew konsulent legali maħturin, jaħtru avukat jew konsulent legali minn belt oħra, jekk ikun meħtieġ. Is-sottomissjoni ta' rikors għall-ħatra ta' avukat jew konsulent legali u l-preżentata ta' appell kontra rifjut għall-ħatra tal-istess, ma tinterrompix proċeduri li jkunu jinsabu pendenti, jekk il-materja ma jkollhiex x'taqsam mal-ħatra ta' avukat jew ta' konsulent legali bħala riżultat ta' mozzjoni sottomessa fid-dikjarazzjoni tat-talba jew qabel ma tkun tressqet l-azzjoni. Il-qorti tista', iżda, tissospendi l-eżami tal-każ sakemm jiġi deċiż ir-rikors b'mod legalment validu, u, għaldaqstant, tista' tieqaf milli tiffissa data għas-smigħ, jew tista' tikkanċella jew tiddifferixxi s-smigħ li jkun diġà ġie stabbilit (Artikolu 124 tal-KĊP).

Eżenzjoni mill-ispejjeż u l-ħatra ta' avukat ex officio f'tilwim transkonfinali huma rregolati mill-Att tas-17 ta' Diċembru 2004 dwar l-għajnuna legali fi proċedimenti f'kawżi ċivili mmexxijin fi Stati Membri tal-UE u dwar għajnuna legali għall-fini ta' riżoluzzjoni ta' tilwima qabel ma jkunu istitwiti proċedimenti bħal dawn (ara l-folja dwar għajnuna legali).

« Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Informazzjoni Ġenerali | Polonja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 12-05-2009

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit