Kummissjoni Ewropea > NGE > Ftuħ ta’ kawża fil-qorti > Olanda

L-aħħar aġġornament: 15-11-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Olanda

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Immaġina sitwazzjoni fejn għandek tilwima ma’ kumpanija, professjonist, min iħaddmek, membru tal-familja tiegħek jew xi ħadd ieħor f’pajjiżek jew barra. Sabiex tkun tista’ ssolvi din il-problema, tistaqsi lilek innifsek għadd ta’ mistoqsijiet:



 

LISTA TAL- KONTENUT

Mistoqsijiet qabel ma tiftaħ kawża fil-qorti: Mistoqsijiet qabel ma tiftaħ kawża fil-qorti:
1. Ikolli mmur il-qorti? 1.
2. Għadni fil-ħin biex niftaħ kawża fil-qorti? 2.
3. Żgur għandi mmur il-qorti fl-Olanda? 3.
4. F’liema qorti partikulari għandi mmur fl-Olanda, meta tqis fejn noqgħod u fejn toqgħod il-parti l-oħra, jew aspetti oħra tal-każ tiegħi? 4.
5. F’liema qorti partikulari għandi mmur f’dan l-Istat Membru, meta tqis in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont involut? 5.
Il-proċedura biex tiftaħ kawża fil-qorti Il-proċedura biex tiftaħ kawża fil-qorti
6. Nista’ niftaħ kawża waħdi fil-qorti jew għandi nistaqsi persuna intermedjarja, ngħidu aħna jirrappreżentani konsulent legali? 6.
7. Għand min għandi nirrikorri sewwa sew: fl-uffiċċju għat-tagħrif jew fl-uffiċċju ta’ l-iskrivan/a tal-qorti jew xi amministrazzjoni oħra? 7.
8. B’liema lingwa nista’ nagħmel it-talba tiegħi? Nista’ nagħmilha bil-fomm jew trid tkun bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors tiegħi bil-faks jew bil-posta elettronika? 8.
9. Hemm formoli speċjali għall-ftuħ tal-kawżi, jew, jekk le, kif irrid nippreżenta l-każ tiegħi? Hemm xi elementi li jridu jiddaħħlu fil-proċess? 9.
10. Ikolli nħallas xi drittijiet tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikolli nħallas avukat mal-preżentazzjoni tar-rikors tiegħi? 10.
11. Nista’ nitlob assistenza legali? (legal aid file) 11.
Verifika Verifika
12. Minn liema waqt ikun ikkunsidrat uffiċjalment li nfetħet il-kawża tiegħi? Jagħtuni xi konferma l-awtoritajiet li l-każ tiegħi kien ippreżentat kif jixraq? 12.
13. Ikolli tagħrif dettaljat dwar meta jiġru l-affarijiet li jkun imiss (bħalma huwa ż-żmien li fih nista’ nidher)? 13.

 

Mistoqsijiet qabel ma tiftaħ kawża fil-qorti:

1. Ikolli mmur il-qorti?

Jaf ikun jaqbillek tuża “Proċeduri alternattivi ta’ soluzzjoni tat-tilwim” – ara din it-tema.

2. Għadni fil-ħin biex niftaħ kawża fil-qorti?

It-termini ta’ żmien biex jinfetħu l-kawżi fil-qorti jvarjaw skond il-każ. Kwistjonijiet marbuta mal-limiti ta’ żmien jstgħu jkunu ċċarati ma’ konsulent legali jew uffiċċju speċjalizzat għat-tagħrif liċ-ċittadini dwar kif jiksbu aċċess għal-liġi. Ara t-tema “Għajnuna legali - L-Olanda.

3. Żgur għandi mmur il-qorti fl-Olanda?

Ara t-tema “Ġurisdizzjoni tal-qrati - L-Olanda.

4. F’liema qorti partikulari għandi mmur fl-Olanda, meta tqis fejn noqgħod u fejn toqgħod il-parti l-oħra, jew aspetti oħra tal-każ tiegħi?

Ara t-tema “Ġurisdizzjoni tal-qrati - L-Olanda.

5. F’liema qorti partikulari għandi mmur f’dan l-Istat Membru, meta tqis in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont involut?

Ara t-tema “Ġurisdizzjoni tal-qrati - L-Olanda.

FuqFuq

Il-proċedura biex tiftaħ kawża fil-qorti

6. Nista’ niftaħ kawża waħdi fil-qorti jew għandi nistaqsi persuna intermedjarja, ngħidu aħna jirrappreżentani konsulent legali?

Bħala regola, fl-Olanda, il-partijiet f’kawżi ċivili u kummerċjali jridu jkunu rrappreżentati minn avukat ("advocaat"). Sabiex tiftraħ kawża, teħtieġ l-għajnuna ta’ avukat. Ma jagħmel l-ebda differenza jekk il-kawża li tkun tinvolvix proċedura ta’ ċitazzjoni, proċedura ta’ rikors, kawża interlokutorja, miżura ppovviżorja jew, ngħidu aħna, proċedura ta’ kontumaċa.

L-eċċezzjonijiet waħdiena huma fir-rigward ta’ talbiet ta’ €5 000 jew inqas, jew fir-rigward ta’ talbiet ta’ valur indeterminat fejn hemm indikazzjonijiet ċari li l-ammont involut ma jkunx se jaqbeż il-€5 000. F’dawn il-każijiet, l-imħallef tal-qarti tas-sottodistrett ("kantonrechter") għandu ġurisdizzjoni, li jfisser li l-partijiet jitgħu jipproċedu waħedhom u ma jridux ikunu rrappreżentati minn avukat. Dan japplika wkoll inter alia f’każijiet li jinvolvu kuntratt ta’ impjieg, frehim ta’ aġenzija u ftehim ta’ kera jew ta’ komprovendita, irrispettivament mill-ammont massimu jew il-valur tat-talba. Il-kawżi f’qorti tas-sottodistrett iridu, madankollu, jsiru minn marixxall ("deurwaarder").

7. Għand min għandi nirrikorri sewwa sew: fl-uffiċċju għat-tagħrif jew fl-uffiċċju ta’ l-iskrivan/a tal-qorti jew xi amministrazzjoni oħra?

Id-dokumenti meħtieġa biex tinfetaħ kawża fil-qorti iridu jintbagħtu fl-uffiċċju ta’ l-iskrivan/a tal-qorti li jkollha ġurisdizzjoni. Għandek iżżomm f’moħħok li l-proċeduri  ta’ ċitazzjoni u l-proċeduri ta’ rikors mhumiex l-istess. Fil-każ ta’ proċeduri ta’ ċitazzjoni, il-konvenut irid l-ewwel ikun innotifikat biċ-ċitazzjoni, u mbagħad iċ-ċitazzjoni tkun innotifikata fl-uffiċċju ta’ l-iskrivan tal-qorti. Iż-żewġ proċeduri jridu jsiru minn marixxall. Wara, il-proċedura ssir permezz tal-lista tal-kawżi. Fi proċedura b’rikors, ir-rikors ikun ippreżentat direttament fl-uffiċċju ta’ l-iskrivan/a tal-qortiu l-bqija tal-proċedura ssir permezz ta’ dan l-uffiċċju. (cf. Notifika tad-dokumenti - L-Olanda)

FuqFuq

8. B’liema lingwa nista’ nagħmel it-talba tiegħi? Nista’ nagħmilha bil-fomm jew trid tkun bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors tiegħi bil-faks jew bil-posta elettronika?

Il-lingwa tal-qrati fl-Olanda hija l-Olandiż. Hekk, iċ-ċitazzjoni jew ir-rikors biex tinfetaħ il-kawża iridu jsiru b’dik il-lingwa. Issir eċċezzjoni fir-rigward tad-dokumenti f’kawża quddiem qorti fil-provinċja ta’ Friesland. Dawn id-dokumenti jistgħu jsiru bil-Frison.

Documents may also be served at the office of l-iskrivan/a tal-qortiby fax. Id-dokumenti riċevuti fl-uffiċċju ta’ l-iskrivan/a tal-qorti bil-faks qabel nofs il-lejl fid-data ta’ l-għeluq tat-terminu jitqiesu li kienu nnotifikati fil-ħin. Il-liġi ma teskludix it-tranżmissjoni b’forom oħra moderni tal-komunikazzjoni, bħalma hija l-imejl.

9. Hemm formoli speċjali għall-ftuħ tal-kawżi, jew, jekk le, kif irrid nippreżenta l-każ tiegħi? Hemm xi elementi li jridu jiddaħħlu fil-proċess?

L-ebda formoli speċjali mhuma meħtieġa bil-liġi Olandiża.

Madankollu, il-liġi tistipula ċerti ħtiġiet fir-rigward tal-kontenut taċ-ċitazzjoni jew ir-rikors biex tinfetaħ il-kawża.

Jekk parti tikkwota dokument b’rabta ma’ ċitazzjoni, eċċezzjonijiet jew kuntratt, din trid tinkludi kopja tiegħu.

10. Ikolli nħallas xi drittijiet tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikolli nħallas avukat mal-preżentazzjoni tar-rikors tiegħi?

Meta tiftaħ kawża, tid tħallas dritt tar-reġistru. L-amount tad-dritt jiddependi mit-tip ta’ tilwima u l-ammont involut. Fil-prattika, l-avukat tiegħek jgħaddilek l-ammont u jżidulek mal-kont ta’ l-ispejjeż legali. Jekk matul il-kawża jkun meħtieġ li tuża s-servizzi ta’ persuna esperta (bħalma huma kontabilista, speċjalist mediku jew konsulent tekniku), l-imħallef jordna/tordna li l-ispejjeż relatati jitħallsu mill-parti li titlef il-kawża, sakemm ma jiddeċidix mod ieħor (eż. f’każijet fir-rigward tal-liġi tal-familja, fejn l-ispejjeż normalment jitħallsu mill-parti li tagħmilhom). Dan japplika wkoll għall-ispejjeż tax-xhieda jew spejjeż assoċjati ma’ forom oħra ta’ xhieda.

FuqFuq

L-avukati jżommu dritt għax-xogħol tagħhom, ibbażat fuq rata fis-siegħa. Fil-prinċipju, id-drittijiet ta’ l-avukati fl-Olanda mhumiex irregolati. Qabel ma tipproċedi, għandek titlob lill-avukat tiegħek għad-dettalji dwar id-drittijiet tiegħu/tagħha jew tikkuntattja lill-Assoċjazzjoni ta’ l-Avukatura ta’ l-Olanda ("Nederlandse Orde van Advocaten") għat-tagħrif. Bosta avukati jitolbu xi ħlas bil-quddiem u jitolbu d-drittijiet tagħhom matul il-kawża, u fl-aħħar tħallas il-bilanċ finali.

11. Nista’ nitlob assistenza legali? (legal aid file)

Fl-Olanda teżisti għajnuna legali. Is-sit elettroniku tal-Kunsill ta’ l-Għajnuna Legali ("Raad voor Rechtsbijstand" Nederlands) jindika min huwa eliġibbli għall-għajnuna legali u x’inhuma l-kondizzjonijiet fir-rigward.

Verifika

12. Minn liema waqt ikun ikkunsidrat uffiċjalment li nfetħet il-kawża tiegħi? Jagħtuni xi konferma l-awtoritajiet li l-każ tiegħi kien ippreżentat kif jixraq?

Fil-proċedura biċ-ċitazzjoni, il-każ ikun pendenti mid-data taċ-ċitazzjoni. Iċ-ċitazzjoni trid tkun innotifikata fl-uffiċċju ta’ l-iskrivan/a tal-qorti mill-attur sa l-aħħar jum meta l-uffiċċju jkun miftuħ qabel id-data tal-lista tal-kawżi indikata fil-proċedura b’ċitazzjoni. L-iskrivan/a tal-qorti iddaħħal il-kawża fil-lista tal-kawżi ta’ kamra waħda.

Jekk iċ-ċitazzjoni ma tkunx innotifikata fl-uffiċċju ta’ l-iskrivan/a tal-qorti sa dak it-terminu taż-żmien, il-kawża titħassar minn fuq il-lista, sakemm ma tinħariġx ċitazzjoni valida minflokha fi żmien ġimagħtejn mid-data tal-lista tal-kawżi indikata fil-proċedura b’ċitazzjoni.

Fi proċedura b’rikors, il-kawża tkun pendenti mill-waqt li r-rikors ikun ippreżentat fl-uffiċċju ta’ l-iskrivan/a tal-qorti.

Bħala regola, l-awtoritajiet ma jagħtux konferma li każ kien ippreżentat kif jixraq. Fejn proċedura b’ċitazzjoni jkun fiha xi żbalji, l-atturi f’xi każijiet jingħataw opportunità jirrisolvu l-problema. L-istess japplika għall-proċeduri b’rikors. Madankollu, l-uffiċċju ta’ l-iskrivan/a tal-qorti m’għandu l-ebda obbligu li jipproċedi kif deskritt hawn fuq.

13. Ikolli tagħrif dettaljat dwar meta jiġru l-affarijiet li jkun imiss (bħalma huwa ż-żmien li fih nista’ nidher)?

L-uffiċċju ta’ l-iskrivan/a tal-qorti jew l-imħallef kompetenti ma jistgħux jagħtu tagħrif dettaljat dwar iż-żminijiet tal-proċedura għaliex dan jiddependi minn ċirkustanzi mhux fil-kontroll tagħhom. Bħala regola, madankollu, l-avukat jew l-uffiċċju jew l-iskrivan/a tal-qorti għandhom ikunu kapaċi jagħtu idea bejn wieħed u ieħor ta’ meta każ se jinstema’, imma dan it-tagħrif huwa strettament ta’ natura li ma’ jorbotx.

Aktar tagħrif

Is-siti li ġejjin huma rilevanti:

  • De Raad voor Rechtsbijstand Nederlands
  • Justitie English - Nederlands
  • Nederlandse Orde van Advocaten English - Nederlands
  • De Rechtspraak English - Nederlands

« Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Informazzjoni Ġenerali | Olanda - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 15-11-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit