Kummissjoni Ewropea > NGE > Ftuħ ta’ kawża fil-qorti > Lussemburgu

L-aħħar aġġornament: 03-05-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Lussemburgu

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Int għandek kwistjoni kontra intrapriża, professjonist, min iħaddmek, membru tal-familja tiegħek jew kwalunkwe persuna oħra f’pajjiżek jew f’pajjiż barrani. Sabiex issolvi din il-kwistjoni, int ser issaqsi lilek innifsek numru ta’ mistoqsijiet, fosthom:



 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Bilfors irrid immur il-Qorti? 1.
2. Għadni biċ-ċans li niftaħ kawża fil-Qorti ? 2.
3. Żgur/a irrid nirrikorri quddiem Qorti tal-Lussemburgu ? 3.
4. Jekk iva, f’liema Qorti partikolari fil-Lussemburgu għandi nressaq il-każ, skond il-post fejn noqgħod jien u fejn toqgħod il-parti l-oħra jew skond aspetti oħra tal-każ tiegħi? 4.
5. Quddiem liema Qorti għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru meta tqis in-natura tat-talba tiegħi u l-ammont involut? 5.
6. Nista’ niftaħ kawża fil-Qorti waħdi jew għandi bżonn intermedjarju li jirrappreżentani, bħal per eżempju avukat? 6.
7. Fil-prattika lil min għandi nkellem: lill-uffiċċju ta’ l-informazzjoni jew lir-reġistru tal-Qorti jew lil xi amministrazzjoni oħra? 7.
8. B’liema lingwa għandi nħejji it-talba tiegħi? Nista’ nagħmilha bil-fomm jew bilfors trid issir bil-miktub? Nista’ nippreżenta t-talba tiegħi permezz ta’ fax jew posta elettronika? 8.
9. Jeżistu formoli apposta biex tippreżenta kawża? Jekk le, kif għandha tinbeda l-proċedura? It-talba bilfors irid ikun fiha ċerti elementi? 9.
10. Għandi nħallas xi spejjeż tal-Qorti? Jekk iva, meta għandhom jitħallsu? L-avukat għandu jitħallas malli tiġi ppreżentata t-talba? 10.
11. Nista’ nibbenefika mill-għajnuna legali? (ara s-suġġett "l-Għajnuna legali"). 11.
12. Minn meta t-talba tiegħi titqies uffiċjalment ippreżentata? L-awtoritajiet jikkonfermawli li l-każ tressaq kif jixraq? 12.
13. Jista’ jkolli tagħrif dettaljat dwar il-programm tas-seduti wara li nressaq dan il-każ (per eżempju id-data li fiha rrid nidher il-Qorti)? 13.

 

MISTOQSIJIET LI JSIRU QABEL MA’ JITRESSAQ KAŻ QUDDIEM IL-QORTI

1. Bilfors irrid immur il-Qorti? 

Fil-fatt, jaqbel li tikkonsulta l-metodi alternattivi għas-soluzzjoni tal-kwistjonijiet. Ara dan is-suġġett.

2. Għadni biċ-ċans li niftaħ kawża fil-Qorti ? 

Il-perjodi tal-preskrizzjoni jvarjaw skond il-każ partikolari. Il-kwistjoni tal-preskrizzjoni tista’ tiġi ċċarata minn konsulent legali jew minn xi uffiċċju ta’ informazzjoni għaċ-ċittadini dwar l-aċċess għall-ġustizzja.

3. Żgur/a irrid nirrikorri quddiem Qorti tal-Lussemburgu ?

Ara s-suġġett "Kompetenza tal-Qorti".

4. Jekk iva, f’liema Qorti partikolari fil-Lussemburgu għandi nressaq il-każ, skond il-post fejn noqgħod jien u fejn toqgħod il-parti l-oħra jew skond aspetti oħra tal-każ tiegħi?

Ara s-suġġett "Kompetenza tal-Qrati - il-Lussemburgu".

5. Quddiem liema Qorti għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru meta tqis in-natura tat-talba tiegħi u l-ammont involut?

Ara s-suġġett "Kompetenza tal-Qrati - il-Lussemburgu".

FuqFuq

IL-PROĊEDURA BIEX TIFTAĦ KAWŻA FIL-QORTI

6. Nista’ niftaħ kawża fil-Qorti waħdi jew għandi bżonn intermedjarju li jirrappreżentani, bħal per eżempju avukat?

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tiddependi mill-valur u mis-suġġett tal-kwistjoni.

Wieħed jista’ jissemplifika kif ġej, ħlief għal xi eċċezzjonijiet partikolari maħsuba mil-liġijiet:

  1. Jekk il-kwistjoni tkun tittratta valur ta’ inqas minn 10.000 euro, din fil-prattika taqa’ fil-kompetenza tal-ġudikanti tat-talbiet żgħar. Quddiem dawn il-ġudikanti, il-partijiet jistgħu jidhru personalment jew permezz ta’ rappreżentant, li jekk ma jkunx avukat għandu jagħti evidenza ta’ poter (mandat) speċjali.
  2. Jekk il-kwistjoni tkun tittratta valur ta’ iżjed minn 10.000 euro, din fil-prattika taqa’ fil-kompetenza tal-Qorti distrettwali. Quddiem dawn il-Qrati wieħed irid jiġi rrappreżentat minn avukat difensur ( = għażla ta’ avukat difensur) ħlief għall-azzjonijiet interlokutorji u dawk li jitmexxew skond il-proċedura kummerċjali, fejn il-partijiet jistgħu jidhru personalment, imma jistgħu wkoll jiġu assistiti jew irrappreżentati. Quddiem il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja (= qorti ta’ l-appell), wieħed għandu jiġi rrappreżentat minn avukat difensur.
  3. Ċerti materji jaqgħu taħt il-kompetenza tal-ġudikant tat-talbiet żgħar, hu x’inhu l-valur tagħhom anki jekk ikun ta’ iktar minn 10.000 euro: eż. il-kwistjonijiet dwar id-dritt tax-xogħol, il-kontestazzjonijiet bejn is-sidien u l-kerrejja tal-bini, il-proċedura dwar l-insolvenza, it-talbiet għall-manteniment perjodiku, minbarra dawk li huma marbutin ma’ talba f’divorzju jew separazzjoni personali. F’dawn il-każijiet, il-partijiet jistgħu jibdew l-azzjoni huma stess, ħafna drabi permezz ta’ talba bil-miktub indirizzata lill-ġudikant (= proċedura semplifikata u irħas minn dik quddiem il-Qorti distrettwali) u jidhru personalment quddiem il-ġudikant tat-talbiet żgħar.

7. Fil-prattika lil min għandi nkellem: lill-uffiċċju ta’ l-informazzjoni jew lir-reġistru tal-Qorti jew lil xi amministrazzjoni oħra?

Għall-azzjonijiet imsemmija fis-subparagrafu 1., il-partijiet jistgħu jressqu t-talba tagħhom direttament lill-ġudikant tat-talbiet żgħar kompetenti f’dak it-territorju (fil-prattika jieħdu ħsieb dawn il-ġurisdizzjonijiet jirċievu t-talbiet id-deputati reġistraturi tal-qorti).

FuqFuq

Għall-azzjonijiet imsemmija fis-subparagrafu 2., il-partijiet fil-prattika għandhom ikellmu avukat li jintgħażel mill-parti l-oħra f’isem il-klijent tiegħu u permezz ta’ marixxall tal-qorti. L-avukat imbagħad jiddeponi l-atti li permezz tagħhom tinbeda proċedura quddiem il-Qrati distrettwali jew il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja kompetenti f’dak it-territorju.

8. B’liema lingwa għandi nħejji it-talba tiegħi? Nista’ nagħmilha bil-fomm jew bilfors trid issir bil-miktub? Nista’ nippreżenta t-talba tiegħi permezz ta’ fax jew posta elettronika?

Quddiem l-organi tal-ġustizzja jista’ jintuża l-Franċiż, il-Ġermaniż jew il-Lussemburgiż, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali dwar ċerti suġġetti. Fil-prattika, il- Franċiż jintuża ġeneralment l-iktar.

Ħlief għal xi eċċezzjonijiet stretti quddiem il-ġudikant tat-talbiet żgħar għal ċerti suġġetti partikolari, (p.eż. talbiet ta’ l-ordnijiet tal-ħlas), it-talbiet lill-qorti għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub. Id-dokumenti li jintbagħtu b’fax jew e-mail ma jiġux aċċettati.

9. Jeżistu formoli apposta biex tippreżenta kawża? Jekk le, kif għandha tinbeda l-proċedura? It-talba bilfors irid ikun fiha ċerti elementi?

Ġeneralment, it-tweġiba għal din il-mistoqsija tiddependi mid-distinzjonijiet magħmula fil-mistoqsija 6.

Għal ċerti suġġetti partikolari (p.eż. it-talbiet ta’ l-ordnijiet tal-ħlas għal somom ta’ flus dovuti jew għal fatturi mhux imħallsa) jeżistu xi formoli li għandhom jimtlew. Fil-prattika, iċ-ċitazzjonijiet quddiem il-ġudikant tat-talbiet żgħar, il-petizzjonijiet jew it-taħrikiet quddiem il-Qrati distrettwali u l-atti li permezz tagħhom jinbeda appell quddiem il-qrati superjuri għandu jkun fihom ċerti elementi obbligatorji taħt piena ta’ nullità u dawn għandhom jinkitbu skond forom preċiżi. Ma jeżistux għalhekk formoli stabbiliti minn qabel.

FuqFuq

10. Għandi nħallas xi spejjeż tal-Qorti? Jekk iva, meta għandhom jitħallsu? L-avukat għandu jitħallas malli tiġi ppreżentata t-talba?

Fil-prattika, l-ispejjeż tal-qorti jkollhom jitħallsu malli tintemm l-azzjoni legali. L-imħallef jista’ wkoll jordna li jitħallsu garanzija jew depożitu (= ħlas bil-quddiem ta’ parti mis-somma totali) minn waħda jew iżjed mill-partijiet fil-proċess (p.eż. fil-każ ta’ rapport mill-esperti ordnat mill-ġurisdizzjoni).

Ir-remunerazzjoni ta’ l-avukat mill-klijent tiegħu ssir skond il-ftehim li jkun sar bejn dawn iż-żewġ persuni. Fil-prattika, ħafna drabi jitħallas depożitu (= ħlas bil-quddiem ta’ parti mis-somma totali) lill-avukat.

11. Nista’ nibbenefika mill-għajnuna legali? (ara s-suġġett "l-Għajnuna legali").

IL-PROGRESS TAL-KAWŻA

12. Minn meta t-talba tiegħi titqies uffiċjalment ippreżentata? L-awtoritajiet jikkonfermawli li l-każ tressaq kif jixraq?

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tiddependi għal darba oħra mid-distinzjonijiet magħmula fil-mistoqsija 6.

Jekk il-każ tressaq quddiem il-qrati mill-persuna nfisha li qed tagħmel it-talba, fil-każijiet fejn il-liġi tippermetti dan, din il-persuna tiġi informata mill-qorti dwar il-proċeduri ta’ l-azzjoni legali tagħha.

Jekk l-azzjoni titressaq jew għandha titressaq minn avukat f’isem il-klijent tiegħu, il-ġurisdizzjoni tinforma lill-avukat dwar il-proċeduri ta’ l-azzjoni minħabba li dan ta’ l-aħħar ikun il-mandatarju legali tal-klijent tiegħu. L-avukat ikun jista’ jagħti l-informazzjoni lill-klijent tiegħu dwar il-programm tas-seduti sakemm dan ikun disponibbli jew prevedibbli.

13. Jista’ jkolli tagħrif dettaljat dwar il-programm tas-seduti wara li nressaq dan il-każ (per eżempju id-data li fiha rrid nidher il-Qorti)?

Għat-tweġiba ara wkoll it-tweġiba għall-mistoqsija preċedenti.

Barra minn hekk, id-data ta’ meta tidher il-qorti fil-prattika tiġi stabbilita mil-liġi jew tista’ tiġi stabbilita jew miftiehma bejn il-partijiet, minbarra d-dati li l-imħallef jista’ jistabbilixxi b’mod speċjali biex jisma’ personalment lill-partijiet jew lix-xhieda.

Aktar tagħrif

  • Il-leġiżlazzjoni Lussemburgiża français: il-websajt ġuridika tal-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu
  • Il-Kamra ta’ l-avukati tal-Lussemburgu Deutsch - English - français

« Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Informazzjoni Ġenerali | Lussemburgu - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 03-05-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit