Kummissjoni Ewropea > NGE > Ftuħ ta’ kawża fil-qorti > Latvja

L-aħħar aġġornament: 14-02-2008
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Latvja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Irrid immur il-Qorti bilfors? 1.
2. Għad għandi żmien biex nibda proċediment ġudizzjarju? 2.
3. Jien ċert li għandi mmur f’qorti fil-Latvja? 3.
4. Jekk iva, f’liema qorti partikolari fil-Latvja għandi mmur, meta wieħed iqis il-post fejn noqgħod jew fejn il-parti l-oħra toqgħod, jew aspetti oħra tal-każ tiegħi? 4.
5. F’liema qorti partikolari għandi mmur f’dan l-Istat Membru, meta wieħed iqis in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont involut? 5.
6. Nista’ nibda proċediment ġudizzjarju jien innifsi jew għandi nsaqsi lil intermedjarju, bħal avukat, għall-assistenza? 6.
7. Fejn għandi mmur eżattament: fl-uffiċċju ta’ l-akkoljenza, fl-uffiċċju ta’ l-iskrivan tal-qorti jew x’imkien ieħor? 7.
8. F’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi? Nista’ nagħmlu verbalment jew irid ikun bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors tiegħi permezz tal-fax jew permezz tal-posta elettronika? 8.
9. Hemm formoli speċjali biex jinbdew proċedimenti ġudizzjarji, jew, jekk le, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi? Hemm elementi partikolari li jridu jiġu inklużi fil-fajl? 9.
10. Se jkolli nħallas it-tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Se jkolli nħallas avukat sa mill-introduzzjoni tar-rikors tiegħi? 10.
11. Nista’ nitlob l-għajnuna legali? 11.
12. Minn liema mument il-proċediment tiegħi jitqies uffiċċjalment li nbeda? L-awtoritajiet jagħtuni konferma li l-każ tiegħi ġie ppreżentat kif xieraq? 12.
13. Għandi nirċievi informazzjoni ddettaljata dwar iż-żmien għall-avvenimenti sussegwenti (bħaż-żmien mogħti biex jien nidher)? 13.

 

1. Irrid immur il-Qorti bilfors?

Jista' jkun aħjar li tuża il-proċeduri tar-riżoluzzjoni alternattiva ta' tilwim. Ara dan is-suġġett.

2. Għad għandi żmien biex nibda proċediment ġudizzjarju?

Il-limiti ta’ żmien biex jinbdew proċedimenti ġudizzjarji jvarjaw skond il-każ. Biex tikkjarifika l-kwistjoni tal-limiti taż-żmien ikkonsulta avukat jew aġenzija ta’ l-informazzjoni pubblika.

3. Jien ċert li għandi mmur f’qorti fil-Latvja?

Ara s-suġġett Il-ġurisdizzjoni tal-qrati.

4. Jekk iva, f’liema qorti partikolari fil-Latvja għandi mmur, meta wieħed iqis il-post fejn noqgħod jew fejn il-parti l-oħra toqgħod, jew aspetti oħra tal-każ tiegħi?

Ara s-suġġett Il-ġurisdizzjoni tal-qrati - il-Latvja.

5. F’liema qorti partikolari għandi mmur f’dan l-Istat Membru, meta wieħed iqis in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont involut?

Ara s-suġġett Il-ġurisdizzjoni tal-qrati - il-Latvja.

IL-PROĊEDURA BIEX JINBEDA PROĊEDIMENT ĠUDIZZJARJU

6. Nista’ nibda proċediment ġudizzjarju jien innifsi jew għandi nsaqsi lil intermedjarju, bħal avukat, għall-assistenza?

Proċediment ġudizzjarju jista’ jinbeda minn attur/rikorrenti personalment jew permezz ta’ intermedjarju awtorizzat. Rikors li jitlob l-awtorizzazzjoni ta’ intermedjarju jista’ jiġi inkluż fit-talba nnifisha.

FuqFuq

7. Fejn għandi mmur eżattament: fl-uffiċċju ta’ l-akkoljenza, fl-uffiċċju ta’ l-iskrivan tal-qorti jew x’imkien ieħor?

It-talbiet għandhom jiġu sottomessi fl-uffiċċju ta’ l-iskrivan tal-qorti personalment jew permezz ta’ intermedjarju awtorizzat. It-talbiet jintlaqgħu matul il-ħinijiet tal-ftuħ ta’ l-uffiċċju tal-qorti minn membri ta’ l-istaff li jaħdmu taħt il-Prim Imħallef. Dawn ikunu normalment assistenti tal-Prim Imħallef jew skrivani. It-talbiet jistgħu wkoll jintbagħtu bil-posta lill-uffiċċju ta’ l-iskrivan tal-qorti.

8. F’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi? Nista’ nagħmlu verbalment jew irid ikun bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors tiegħi permezz tal-fax jew permezz tal-posta elettronika?

L-Att dwar il-Proċeduri Ċivili jistabilixxi li kwalunkwe dokumenti f’lingwa barranija li jiġu sottomessi mill-partijiet f’każ iridu jkunu akkumpanjati minn traduzzjonijiet approvati uffiċċjalment fil-lingwa nazzjonali – il-Latvjan. Għalhekk talba tista’ tiġi sottomessa f’lingwa barranija jekk magħha jkun hemm annessa traduzzjoni fil-lingwa Latvjana approvata uffiċċjalment. Ir-rikorsi jridu jsiru bil-miktub lill-qorti. Ir-rikorsi jistgħu jintbagħtu bil-posta, imma mhux bil-fax jew bil-posta elettronika.

9. Hemm formoli speċjali biex jinbdew proċedimenti ġudizzjarji, jew, jekk le, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi? Hemm elementi partikolari li jridu jiġu inklużi fil-fajl?

M'hemm l-ebda formoli speċjali għas-sottomissjoni tar-rikorsi, imma jridu jsiru bil-miktub. L-Att dwar il-Proċeduri Ċivili jistabbilixxi numru ta' rekwiżiti minimi għar-rikorsi, imma l-forma li fiha l-informazzjoni għandha tidher mhijiex stabbilita. Skond l-Att dwar il-Proċeduri Ċivili rikors għandu jinkludi:

FuqFuq

  1. l-isem tal-qorti fejn ir-rikors qiegħed jiġi sottomess;
  2. l-isem sħiħ, in-numru ta' identifikazzjoni personali u l-post ta' residenza ta' l-attur, tar-rappreżentant ta' l-attur jekk it-talba titressaq minn rappreżentant, tal-konvenut u ta' kwalunkwe partijiet terzi, jew fil-każ ta' persuna legali, l-isem, in-numru ta' reġistrazzjoni u l-indirizz (l-indirizz legali) tagħha. In-numru ta' identifikazzjoni personali jew in-numru ta' reġistrazzjoni tal-konvenut għandu jiġi pprovdut meta jkun disponibbli;
  3. is-suġġett tar-rikors;
  4. l-ammont tat-talba jekk il-każ jikkonċerna talba monetarja, u kalkolazzjoni ta' l-ammont li jrid jiġi rekuperat jew li huwa suġġett għal tilwima;
  5. iċ-ċirkostanzi li fuqhom l-attur qiegħed jibbaża t-talba u l-evidenza li tipprova dawn iċ-ċirkostanzi;
  6. l-att legali li fuqu hija bbażata t-talba;
  7. it-talbiet ta' l-attur;
  8. lista tad-dokumenti annessi mat-talba;
  9. id-data li fiha t-talba ġiet ippreżentata u informazzjoni oħra meħtieġa għall-eżaminazzjoni tal-każ.

L-Att dwar il-Proċeduri Ċivili jistabilixxi rekwiżiti separati fir-rigward ta' rikorsi li jikkonċernaw tipi partikolari ta' każijiet (per eżempju, każijiet ta' divorzju) jew li huma suġġetti għal proċeduri speċjali (per eżempju l-approvazzjoni ta' adozzjoni jew annulment, il-protezzjoni ta' patrimonju, jew il-kurazija).

Rikors irid jiġi ffirmat mill-attur jew mir-rappreżentant ta' l-attur. Jekk qiegħed jinbeda proċediment minn rappreżentant li jaġixxi f'isem l-attur ir-rikors irid jiġi akkumpanjat minn prokura jew dokument ieħor li jikkonferma li r-rappreżentant huwa awtorizzat li jibda l-proċediment.

FuqFuq

Ir-rikors huwa sottomess lill-qorti b'numru ta' kopji li jikkorrispondi man-numru ta' konvenuti u partijiet terzi.

Ir-rikors irid ikun akkumpanjat ukoll minn dokumenti li jikkonfermaw:

  1. il-ħlas ta' pagamenti dovuti lill-Istat u tariffi oħra tal-qorti skond l-ammonti u l-proċeduri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni;
  2. il-konformità ma' proċeduri ta' investigazzjoni ekstra-ġudizzjarja ta' qabel il-proċediment, fejn mitlub mil-leġiżlazzjoni;
  3. iċ-ċirkostanzi li fuqhom huwa bbażat il-każ.

10. Se jkolli nħallas it-tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Se jkolli nħallas avukat sa mill-introduzzjoni tar-rikors tiegħi?

It-tariffi tal-qorti (ammonti dovuti lill-Istat, tariffi ta’ l-ipproċessar, spejjeż assoċjati ma’ l-investigazzjoni) iridu jitħallsu qabel ma jiġi sottomess ir-rikors. Dan jista’ jsir f’bank. Fejn talba tintlaqa’ kompletament jew parzjalment jew jekk l-attur jirtira t-talba minħabba li l-konvenut ikun ħallas it-talba volontarjament wara s-sottomissjoni tagħha, il-qorti tordna lill-konvenut biex iħallas l-ispejjeż ta’ l-operazzjoni tal-każ (l-ispejjeż ta’ l-assistenza legali, l-ispejjeż relatati mal-preżenzi fil-qorti u l-ġbir ta’ l-evidenza) favur l-attur. Fejn talba ma tintlaqax l-attur ikun responsabbli għall-ispejjeż ta’ l-operazzjoni tal-każ favur il-konvenut.

Il-proċeduri biex jitħallsu t-tariffi ta’ l-avukat jiġu miftiehma bejn il-klijent u l-avukat ikkonċernat.

11. Nista’ nitlob l-għajnuna legali?

Ara s-suġġett l-Għajnuna legali.

FuqFuq

12. Minn liema mument il-proċediment tiegħi jitqies uffiċċjalment li nbeda? L-awtoritajiet jagħtuni konferma li l-każ tiegħi ġie ppreżentat kif xieraq?

Ir-rikorsi u l-korrispondenza l-oħra li tiġi rċevuta bil-posta u d-dokumenti mwassla personalment matul il-ħinijiet ta' l-uffiċċju tal-qorti jiġu rreġistrati mill-qorti fir-reġistru tal-korrispondenza li tasal fil-ġurnata li jiġu rċevuti. Il-proċediment għalhekk jitqies uffiċċjalment li nbeda fil-ġurnata li r-rikors jiġi rċevut mill-qorti. Fejn rikors ma jiġix ippreżentat b'mod korrett jew jekk ma jiġux annessi d-dokumenti kollha meħtieġa, l-imħallef jagħti deċiżjoni motivata li m'hu se jieħu l-ebda azzjoni fuq it-talba. Kopja ta' din id-deċiżjoni tintbagħat lill-attur u jiġi stabbilit limitu ta' żmien sa meta jridu jiġu riżolti d-diskrepanzi. Il-perjodu mogħti ma jistax ikun inqas minn 20 ġurnata mid-data li fiha tintbagħat id-deċiżjoni. Jekk l-attur jirriżolvi d-diskrepanzi fi żmien il-perjodu ta' żmien mogħti r-rikors jitqies li ġie sottomess fid-data li kien ġie sottomess l-ewwel darba lill-qorti. Jekk l-attur jonqos milli jirriżolvi d-diskrepanzi fi żmien il-perjodu ta' żmien mogħti r-rikors ma jitqiesx li ġie sottomess u jiġi rritornat lill-attur. Fejn rikors jiġi rritornat lill-attur dan ma jipprekludiex li jerġa' jiġi sottomess lill-qorti, imma f'dan it-tip ta' każ id-data ta' sottomissjoni tkun differenti.

Ma tintbagħat l-ebda notifika speċjali mill-awtoritajiet li tikkonferma li rikors ġie ppreżentat kif xieraq, imma jsegwu ċerti proċeduri li jindikaw li rikors huwa korrett. Meta rikors ikun ġie ppreżentat b'mod korrett u d-dokumenti kollha meħtieġa jkunu ġew annessi mar-rikors, fi żmien tliet ijiem minn meta r-rikors ikun ġie rċevut mill-qorti l-imħallef jadotta deċiżjoni li jaċċetta t-talba u jibda l-proċediment. Wara li l-proċediment ikun inbeda r-rikors u kopji tad-dokumenti annessi jintbagħtu lill-konvenut fejn tingħata d-data sa meta għandha tiġi sottomessa dikjarazzjoni bil-miktub. Meta tiġi rċevuta din id-dikjarazzjoni l-imħallef jgħaddi kopja lill-attur u lill-partijiet terzi. L-imħallef jista' wkoll jitlob il-kummenti ta' l-attur fuq id-dikjarazzjoni. Wara li tiġi rċevuta d-dikjarazzjoni jew meta jgħaddi l-limitu ta' żmien għas-sottomissjoni ta' dikjarazzjoni l-imħallef jadotta deċiżjoni fuq ix-xogħol preparatorju għall-każ li jwassal għal seduta tal-qorti, fejn data għas-smiegħ tiġi stabbilita mill-imħallef. Ir-reġistratur jgħaddi taħrika lill-partijiet involuti.

13. Għandi nirċievi informazzjoni ddettaljata dwar iż-żmien għall-avvenimenti sussegwenti (bħaż-żmien mogħti biex jien nidher)?

Il-partijiet jiġu mħarrka biex jidhru l-qorti u jiġu nnotifikati minn qabel bid-data u l-post tas-smiegħ jew ta’ avvenimenti proċedurali speċifiċi permezz ta’ taħrika mibgħuta fl-indirizz ipprovdut fir-rikors. Jekk l-indirizz tal-konvenut ma jkunx magħruf it-taħrika tal-qorti tiġi ppubblika fil-gazzetta uffiċċjali Latvijas Vēstnesis.

« Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Informazzjoni Ġenerali | Latvja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 14-02-2008

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit