Ordni Legali
Organizzazzjoni tal-Ġustizzja
Professjonijiet legali
Għajnuna legali
Jurisdizzjoni tal-qrati
Ftuħ ta’ kawża fil-qorti
Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura
Liġi applikabbli
Servizz tad-dokumenti
Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza
Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet
Infurzar tas-sentenzi
Proċeduri simplifikati u maġġla
Divorzju
Risponsabilità tal-ġenituri
Talbiet ta’manteniment
Falliment
Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni
Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità
Proċessar Awtomatiku
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Jista’ jkun li jkun aħjar li tuża proċeduri ta’ tehim dwar disputi mhux fil-qorti (q.v.).
Il-limiti ta’ żmien sabiex tittieħed azzjoni bil-qorti jvarjaw skond il-każ. Din il-kwistjoni dwar limiti ta’ żmien tista’ tiġi ċċarata ma’ konsulent legali jew f’uffiċċju ta’ l-informazzjoni dwar l-aċċess għal-liġi.
Ara t-tema Ġurisdizzjoni tal-Qrati’
Si veda il tema 'Competenza dei giudici - Italia'
Ara t-tema Ġurisdizzjoni tal-qrati – L-Italja.
Il-parti li għandha l-ħsieb li tieħu azzjoni bil-qorti tista’, jekk intitolata li tidher il-qorti personalment, tagħmel applikazzjoni lill-giudice di pace, tikseb smigħ direttament u titlob sabiex is-sottomissjonijiet tagħha jinstemgħu, li huma inkorporati minnufih fir-rapport imfassal mir-reġistratur; huwa l-applikant li jara li dan jitwassal lill-parti avversarja.
Fl-istess waqt, ir-reġistratur jipproduċi d-dokumentazzjoni tal-qorti.
Il-prattika ta’ konsultazzjoni ma’ imħallef f’xi fażi, anki barra l-qorti, u l-iffissar ta’ data u ħin għas-sottomissjonijiet, hija normali. Jekk l-individwu jidher ma’ rappreżentant mogħti prokura fid-disputa permezz ta’ dokument uffiċjali separat jew b’nota mhux uffiċjali awtentikata mir-rappreżentant firmatarju, ikun dan ta’ l-aħħar li jippreżenta d-dokumenti meħtieġa lir-reġistratur ta’ l-imħallef li jkun qiegħed jieħu ħsieb il-kwistjoni, l-iktar importanti fosthom tkun in-notifika li l-każ iddaħħal fil-listi tal-qorti.
L-azzjoni tinbeda billi din in-notifika tiġi ppreżentata lir-reġistratur flimkien mad-dokumentazzjoni li jkun fiha l-kopja oriġinali tat-taħrikiet, prokura u l-karti servuti.
Jekk parti tidher in persona, għandha tiddikjara r-residenza tagħha jew teleġġi domiċilju fil-Comune fejn ipoġġi l-imħallef li jkun qed jieħu ħsieb il-każ.
In-notifika nnfisha għandha tispeċifika n-naħat fil-każ, prokura, is-suġġett ta’ l-applikazzjoni, id-data ta’ meta nħarġu t-taħrikiet u tas-smigħ meta ż-żewġ naħat għandhom jidhru għall-ewwel darba.
Dan huwa prerekwiżit essenzjali sabiex jiġi żgurat li l-proċeduri legali jieħdu l-kors normali tagħhom.
Hija r-responsabbiltà ta’ reġistratur li jikkontrolla l-kontenut u jehmeż id-dokumenti kollha ppreżentati min-naħat matul il-proċess ġudizzjarju, kif ukoll ir-rekords tas-smigħ, il-passi meħudin mill-imħallef, ir-rekords ta’ l-investigazzjonijiet u d-dispożizzjoni tal-każ.
Ladarba d-dokumentazzjoni tkun intbagħtet lill-imħallef li jkun qiegħed jippresjedi, huwa jaħtar imħallef investigatur jew jipproċedi bl-investigazzjoni huwa nnifsu.
Matul il-proċeduri legali kollha għandu jintuża t-Taljan.
Meta jkun qed jisma’ parti li ma tkunx taf it-Taljan, l-imħallef ikollu jaħtar interpretu li jaħlef li huwa se jwettaq dmirijietu sewwa qabel jibda jinterpreta.
Fil-każ ta’ individwu li jkollu r-residenza tiegħu f’żona b’minorità lingwistika rikonoxxuta li fiha jkun ibbażat l-imħallef, ikun intitolat juża l-lingwa tiegħu jekk ma jkunx jaf it-Taljan u li jkun provdut b’kull partita tal-proċeduri legali, fil-lingwa tiegħu stess, inkluż is-sentenzi li oriġinarjament jingħataw bit-Taljan.
Għandu jiġi pprovdut interpretu wkoll għal xhud ordinarji u esperti li għal xi raġuni jikkontribwixxu għall-proċess ġudizzjarju b’dikjarazzjonijiet orali jew miktubin.
Kif diġà spjegat fit-tweġiba għall-Mistoqsija 1, parti tista’ tidher in persona quddiem il-giudice di pace sabiex tissottometti l-applikazzjonijiet tagħha bil-fomm jekk id-disputa ma tkunx taqbeż il-valur ta’ 516.45 ewro.
L-imħallef innifsu jista’ jawtorizza lill-parti sabiex tidher il-qorti mingħajr rappreżentant f’disputi ta’ valur akbar, skond in-natura u l-grad ta’ importanza tagħhom.
Fir-rigward ta’ proċeduri legali quddiem qorti, għandu jingħad ukoll li f’disputi relatati max-xogħol ta’ individwu, l-individwu affettwat jista’ japplika in persona, għalkemm dan għandu jsir bil-miktub, filwaqt li josserva l-forma stabbilita għat-taħrikiet imfassla għall-każijiet tal-qorti ta’ dak it-tip, segwit mit-tlugħ innifsu l-qorti, filwaqt li dejjem jiġu osservati l-formalitajiet standard kollha.
Finalment, teżisti l-opportunità f’ċerti każijiet sabiex individwu jidher quddiem imħallef biex jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu stess matul il-kors tal-proċeduri legali ġudizzjarji nfushom.
Fil-fatt, huwa f’idejn il-giudice di pace li jħarrek liż-żewġ naħat matul il-fażi investigattiva u jistaqsihom b’mod liberu f’tentattiv ta’ rikonċiljazzjoni.
Dan joħroġ mill-applikazzjoni tal-prinċipju ġenerali promulgat taħt il-liġi proċedurali li bih, l-imħallef jista’, “tkun xi tkun il-fażi u l-livell tal-proċeduri legali,” jordna lill-partijiet fid-disputa jidhru u jiġu mistoqsija b’mod liberu.
Fid-dikjarazzjoni tar-regoli ta’ proċedura għall-investigazzjoni fi proċeduri legali fi prim istanza, il-kodiċi proċedurali jżid ukoll li fl-ewwel smigħ, l-imħallef investigatur jinterroga lill-partijiet quddiemu u, skond in-natura tal-każ, jipprova jirrikonċilja l-partijiet.
Barra minn hekk, skond il-liġi proċedurali, kull nuqqas milli parti tidher mingħajr raġuni valida hija (tip ta’) mġiba li tista’ titqies.
L-istess japplika għall-ewwel dehra quddiem Qorti ta’ l-Appell; l-imħallef jagħmel tentattiv għal rikonċiljazzjoni billi “jordna lill-partijiet jidhru in persona fejn ikun hemm bżonn.”
Dan huwa ġeneralment rikonoxxut bħala applikabbli għal dawk li, mingħajr ebda intenzjoni li jiksbu xi ammissjoni, għandhom ir-rwol proċedurali li joffru spjegazzjonijiet tal-fatti tal-każ; ebda rappreżentant ma huwa meħtieġ jattendi.
Interrogatorju informali jieħu direttament sinifikat partikolari f’disputi fuq kontribuzzjonijiet obbligatorji u saħħa u l-prinċipju jiġi miftiehem b’mod ġenerali li jaqa’ taħt il-qasam ta’ kompetenzi ta’ l-imħallef u japplika wkoll għall-proċeduri legali tat-tieni istanza jekk indikati.
Dawn huma s-setgħat eżerċitati mill-imħallef fuq inizjattiva tiegħu stess, filwaqt li ż-żewġ naħat ma jistgħux jagħmlu iktar milli jissottomettu t-talbiet tagħhom.
Il-parteċipazzjoni in persona ta’ individwi b’inkapaċità u b’disabilità matul il-kors ta’ proċeduri legali ġudizzjarji hija stabbilita wkoll b’mod espliċitu fi proċeduri legali għal inkapaċità u disabilità; dan japplika wkoll għall-eredi apparenti fil-każ ta’ mewt u kull min jista’ jikseb drittijiet u intitolament jew debiti ereditarji fil-każ ta’ mewt.
Fl-aħħarnett, jiġri l-istess ħaġa f’każijiet ta’ proċeduri legali ta’ divorzju jew separazzjoni legali, fejn isiru tentattivi sabiex tinkiseb rikonċiljazzjoni jew issir konċiljazzjoni fuq il-beni konjugali.
Filwaqt li tirrikonoxxi li l-parteċipazzjoni ta’ avukat difensur ikkwalifikat sabiex jaġixxi fil-proċeduri legali hija waħda essenzjali, il-liġi ma tagħmilx wisq konċessjoni għall-ħtieġa prattika għal kuntatt dirett bejn l-imħallef u ż-żewġ partijiet f’ċerti punti fil-proċess ġudizzjarju meta tkun qed tipprova ġġib rikonċiljazzjoni jew meta tkun qed taċċerta informazzjoni utli mingħandhom bil-fomm.
Ħafna uffiċċji tal-qorti għandhom faċilitajiet għal faxing u riċeviment ta’ e-mails. Madankollu, ebda sistema globali sħiħa għadha ma ġiet stabbilita madwar il-pajjiż li tippermetti lill-utenti tal-qorti jissottomettu d-dokumenti u t-talbiet b’dawn il-mezzi b’affidabbiltà u b’sistema li taħdem iggarantita bix-xieraq.
Ebda forma partikolari għadha ma ġiet stabbilita sabiex issir applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji.
Kull parti hija mistennija li tissottometti l-każ tagħha stess b’mod preċiż u li jinftiehem fl-interessi tagħha stess.
Notifika tad-dħul tal-każ fil-listi tal-qorti, li għandha tiġi ppreżentata lir-reġistratur tal-qorti mill-applikant, tifforma l-bażi tad-dokumentazzjoni, li magħha għandhom jiżdiedu d-dokumentazzjoni tal-qorti u dik tal-partijiet.
Il-kontenut ta’ kull dokument huwa speċifikament stabbilit fil-liġi.
B’mod partikolari, in-notifika tad-dħul tal-każ fil-listi tal-qorti għandha tagħti d-dettalji tal-partijiet, il-prosekutur li għandu jidher, is-suġġett tal-pretensjoni, id-data ta’ meta nħarġu t-taħrikiet sabiex ikunu preżenti u d-data ta’ l-ewwel dehra l-qorti.
In-notifika għad-dħul tal-każ fil-listi tal-qorti, il-kopja tat-taħrikiet bil-miktub biex il-parti tidher u n-noti u r-rekords prodotti għandhom jiżdiedu progressivament mad-dokumentazzjoni tal-qorti, kif ukoll ir-rekords tas-smigħ, is-sentenzi ta’ l-imħallef, ir-reġistrazzjonijiet ta’ l-investigazzjonijiet u kopja ta’ l-ordni li tkun tinsab fis-sentenza, filwaqt li d-dokumentazzjoni tal-kwerelant għandu jkun fiha l-oriġinal tat-taħrikiet biex il-parti tidher, prokura u kull korrispondenza skambjata.
Id-dokumentazzjoni tal-konvenut għandu jkun fiha d-dikjarazzjoni tat-tweġiba, kopja tat-taħrikiet mogħtija, prokura u kull korrispondenza skambjata.
Dawn kollha jitpoġġew f’folder b’bosta diviżjonijiet differenti u dan il-folder jiġi ffajljat mir-reġistratur, li huwa responsabbli għall-kustodja tiegħu u għar-rifjut tad-dokumentazzjonijiet mill-partijiet li ma jkollhomx id-dokumenti meħtieġa.
Jitħallas dritt standard qabel kwalunkwe proċeduri legali lill-uffiċċji tat-taxxi interni, li jaqa’ taħt il-Ministero delle Finanze (Ministeru tal-Finanzi). L-ammont ivarja skond it-tip ta’ proċedura li għandha tinfetaħ, l-ammonti involuti u kemm il-qorti tkun involuta.
Sett sħiħ ta’ proċeduri legali differenti eżentat minn ħlas ta’ drittijiet huwa speċifikat bil-liġi, madankollu, dawn jintgħażlu skond il-kriterji tal-politika leġiżlattiva mill-Parlament skond in-natura tad-disputi u l-implikazzjoni soċjali tagħhom.
Eżenzjonijiet japplikaw b’mod partikolari għal
Il-bolla tapplika wkoll għal settijiet ta’ dokumenti li, filwaqt li jistgħu jintużaw mill-partijiet waqt proċeduri legali, m’humiex neċessarjament prodotti sabiex jintużaw f’materji tal-qorti bħal, per eżempju, dokumenti notarili, reġistrazzjoni ta’ bejgħ ta’ vetturi, pubblikazzjoni ta’ testmenti u daħliet fl-iskrizzjoni uffiċjali ta’ esperti professjonali għad-difiża.
Japplikaw bolol ta’ ammonti differenti, jiddependi fuq in-natura u l-għan tad-dokument u huma eżentati bix-xieraq mid-dritt stabbilit jekk inklużi f’dokumentazzjoni ta’ każ.
Ma jeżistu ebda regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn parti u r-rappreżentant tagħha, li jiddependu fuq il-partijiet konċernati.
Għajnuna legali bla ħlas fi proċeduri legali ċivili hija ggarantita għad-difiża ta’ individwi b’mezzi limitati.
Intitolament għal għajnuna legali jista’ jiġi kklejmjat għal kull fażi u livell ta’ proċeduri u japplika għal dawk li kapaċi juru dħul taxxabbli annwali, għal għanijiet ta’ taxxa (dħul), ta’ mhux aktar minn 9,269.22 ewro.
Agħmel referenza għall-kont sħiħ taħt l-intestatura għajnuna legali fl-Italja għal kwalunkwe dettall ieħor dwar il-passi li għandhom jiġu segwiti sabiex tinkiseb għajnuna legali (bla ħlas): l-għażla ta’ rappreżentant, il-kanċellazzjoni possibbli tal-konċessjoni u kif tista’ ssir applikazzjoni għaliha.
L-applikazzjonijiet jitqiesu li saru bil-mod korrett ladarba tkun ġiet ippreżentata taħrika regolatorja lill-parti avversarja kif ukoll il-bgħit għal ġudizzju regolatorju l-qorti, lir-reġistratur ta’ l-imħallef li jkun qiegħed jieħu ħsieb il-każ.
Ladarba tkun ġiet sottomessa notifika tad-dħul tal-każ fil-listi tal-qorti, ir-reġistratur jgħaddi sabiex jelenka l-każ u jiġbor id-dokumentazzjoni tal-qorti, li magħha jiġu mehmużin id-dokumentazzjonijiet tan-naħat fil-każ.
Il-kwistjoni l-ewwel tasal il-qorti bħala proċeduri legali ta’ prim istanza fi żmien għaxart ijiem minn meta jinħarġu t-taħrikiet biex il-parti tidher, jew permezz ta’ l-uffiċċji tal-prosekutur jew in persona f’każijiet stabbiliti bil-liġi.
Għandu jiġi nnotat li f’kull uffiċċju tal-qorti, ir-reġistratur huwa lest li joffri parir adegwat fuq kif eżattament il-parti għandha tikkonforma mal-formalitajiet stabbiliti bil-liġi iżda din l-informazzjoni ma tinkisibx mingħand l-imħallef, li jagħmel pronunzji biss meta jagħti s-sentenza tiegħu.
Applikant li jonqos milli jippreżenta każ il-qorti bil-mod dovut ipoġġi l-każ tiegħu miftuħ għal kull tip ta’ oppożizzjoni legali, inkluż in-nuqqas ta’ aċċettabbiltà, il-limitazzjoni ta’ azzjoni jew preskrizzjoni.
L-imħallef investigatur huwa responsabbli wkoll mill-kontroll tar-regolarità tal-kontro-interrogatorju fis-smigħ stabbilit għall-ewwel dehra tan-naħat u, kull meta jkun hemm bżonn, jordna li dan jiġi inkorporat jekk id-deċiżjoni għandha tingħata fir-rigward ta’ aktar partijiet jew jekk il-każ jiġi ppreżentat minn jew kontra bosta partijiet għal relazzjoni indissolubli.
It-taħrikiet biex jidhru l-partijiet jistgħu jiġu mġedda uffiċjalment meta misjubin invalidi u dan jikkoreġi żbalji sostantivi u proċedurali fl-applikazzjoni ex tunc.
L-attendenza tal-parti avversarja, fi kwalunkwe każ, tikkoreġi kull żball fit-taħrika.
Barra minn hekk, imħallef investigattiv jista’, fir-rwol tiegħu ta’ kontroll li l-partijiet jitilgħu l-qorti skond regolamenti, isejħilhom sabiex jirregolarizzaw dokumenti u azzjonijiet li jkun instabilhom difett, fejn applikabbli.
Jista’ jiġi stabbilit perjodu ta’ limitazzjoni għall-korrezzjoni ta’ żball fir-rappreżentazzjoni, attendenza jew awtorizzazzjoni, għajr fejn ikun ġie aċċertat li l-limitu ta’ żmien ikun skada.
Finalment, jista’ jkun il-każ li l-konvenut ma jidhirx u l-imħallef investigattiv jinduna bi żball li jinvalida n-notifika tat-taħrika biex jidher; imbagħad jistabbilixxi limitu ta’ żmien fiss għall-kwerelant sabiex dan iġeddidha, b’hekk jevita l-preskrizzjoni tagħha.
L-intenzjoni tal-liġi li tevita difetti fil-forma u fil-proċedura fil-fażijiet inizjali tal-proċeduri legali ġudizjali hija waħda ċara; dawn jistgħu jġibu l-attività investigattiva ta’ mħallef sussegwentament nulla u mhux valida, minħabba li l-limiti ta’ żmien jibqgħu japplikaw.
Is-smigħ li fihom għandhom jidhru l-partijiet, kif ukoll is-seduti investigattivi u ta’ delibera jsiru f’ħinijiet u dati stabbiliti annwalment mill-kap ta’ l-uffiċċju tal-giudice di pace, approvati mill-imħallef li jkun qiegħed jippresjedi u jsir qbil fuqhom mill-Prosekutur ta’ l-Istat.
Fl-istess ħin, fil-bidu ta’ kull perjodu ta’ tliet xhur, jiġi kkoordinat is-smigħ investigattiv u ta’ delibera bl-ismijiet tal-maġistrati.
Fit-“tribunali” l-imħallef li jkun qiegħed jippresjedi jikkoordina l-ħinijiet u d-dati ppjanati għall-ewwel dehra tal-partijiet b’ordni li hija approvata mill-prim imħallef tal-qorti ta’ l-appell. Kopja ta’ din titwaħħal f’kull sala tal-qorti.
Seduti sussegwenti jiġu kkoordinati każ b’każ mill-imħallef maħtur għall-investigazzjoni.
Fil-“Corte di Appello”, il-ħinijiet u d-dati tas-smigħ ta’ l-ewwel dehra fuq il-każ kif ukoll is-seduti investigattivi huma kkoordinati bl-ordni ta’ l-imħallef li jkun qiegħed jippresjedi fil-bidu tas-sena u kull sitt xhur.
L-avviżi pubbliċi għandhom jintwerew fis-swali ta’ l-uffiċċji tal-qorti sat-30 ta’ Novembru u għandhom jibqgħu hemm tul is-sena ġudizzjarja ta’ wara kollha.
In-naħat jistgħu jiksbu wkoll informazzjoni fuq l-imħallef maħtur fuq il-każ mingħand ir-reġistratur.
Fil-Corte di Cassazione (Qorti Suprema ta’ l-Appell), l-imħallef li jkun qiegħed jippresjedi jirranġa l-kalendarju tas-seduti bl-istess mod, bil-presidente della sezione jirranġa d-dati ta’ meta għandu jiġi indirizzat kull appell, li bihom, iż-żewġ avukati għad-difiża u l-prosekutur ta’ l-istat jiġu infurmati. Jiġu infurmati wkoll bl-arranġamenti għall-allokazzjoni ta’ l-imħallfin għall-indirizzar ta’ kwistjonijiet ikkontestati. Jekk parti tidher in persona, kull notifika u komunikazzjoni ssir fil-post ta’ residenza ddikjarat jew fid-domiċilju elett.
« Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Informazzjoni Ġenerali | Italja - Informazzjoni Ġenerali »
L-aħħar aġġornament: 12-01-2007

