Kummissjoni Ewropea > NGE > Ftuħ ta’ kawża fil-qorti > Irlanda

L-aħħar aġġornament: 04-05-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Irlanda

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Immaġina sitwazzjoni fejn għandek tilwima ma’ kumpanija, professjonist, min iħaddmek, membru tal-familja tiegħek jew xi ħadd ieħor f’pajjiżek jew barra. Sabiex tkun tista’ ssolvi din il-problema, tistaqsi lilek innifsek għadd ta’ mistoqsijiet:



 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Ikolli mmur il-Qorti? 1.
2. Għadni fil-ħin biex niftaħ kawża fil-qorti? 2.
3. Żgur/a li għandi mmur il-qorti fl-Irlanda? 3.
4. Jekk iva, f’liema qorti partikulari għandi mmur fl-Irlanda, meta tqis fejn noqgħod u fejn toqgħod il-parti l-oħra, jew aspetti oħra tal-każ tiegħi? 4.
5. F’liema qorti partikulari għandi mmur f’dan l-Istat Membru, meta tqis in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont involut? 5.
6. Nista’ niftaħ kawża waħdi fil-qorti jew għandi nistaqsi persuna intermedjarja, ngħidu aħna jirrappreżentani konsulent legali? 6.
7. Għand min għandi nirrikorri sewwa sew: fl-uffiċċju għall-informazzjoni jew fl-uffiċċju ta’ l-iskrivan/a tal-qorti jew xi amministrazzjoni oħra? 7.
8. B’liema lingwa nista’ nagħmel it-talba tiegħi? Nista’ nagħmilha bil-fomm jew trid tkun bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors tiegħi bil-faks jew bil-posta elettronika? 8.
9. Hemm formoli speċjali għall-ftuħ tal-kawżi, jew, jekk le, kif irrid nippreżenta l-każ tiegħi? Hemm xi elementi li jridu jiddaħħlu fil-proċess? 9.
10. Ikolli nħallas xi drittijiet tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikolli nħallas avukat mal-preżentazzjoni tar-rikors tiegħi? 10.
11. Nista’ nitlob assistenza legali? (it-tema tal-‘legal aid’ [għajnuna legali]) 11.
12. Minn liema waqt ikun ikkunsidrat uffiċjalment li nfetħet il-kawża tiegħi? Jagħtuni xi konferma l-awtoritajiet li l-każ tiegħi kien ippreżentat kif jixraq? 12.
13. Ikolli tagħrif dettaljat dwar meta jiġru l-affarijiet li jkun imiss (bħalma huwa ż-żmien li fih nista’ nidher)? 13.

 

MISTOQSIJIET PRELIMINARI QABEL MA TINFETAĦ KAWŻA FIL-QORTI

1. Ikolli mmur il-Qorti?

Jista’ jkun jaqbel li tuża proċeduri alternattivi ta' soluzzjoni tat-tilwim. Ara din it-tema.

2. Għadni fil-ħin biex niftaħ kawża fil-qorti?

It-termini ta’ żmien biex jinfetħu l-kawżi fil-qorti jvarjaw skond il-każ. Din il-kwistjoni ta’ termini ta’ żmien tista’ tkun iċċarata ma’ konsulent legali jew uffiċċju għat-tagħrif liċ-ċittadini dwar l-aċċess għal-liġi.

3. Żgur/a li għandi mmur il-qorti fl-Irlanda?

Ara t-tema tal-‘Ġurisdizzjoni tal-qrati’.

4. Jekk iva, f’liema qorti partikulari għandi mmur fl-Irlanda, meta tqis fejn noqgħod u fejn toqgħod il-parti l-oħra, jew aspetti oħra tal-każ tiegħi?

Ara t-tema tal-‘Ġurisdizzjoni tal-qrati - L-Irlanda’.

5. F’liema qorti partikulari għandi mmur f’dan l-Istat Membru, meta tqis in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont involut?

Ara t-tema tal-‘Ġurisdizzjoni tal-qrati - L-Irlanda’.

FuqFuq

PASSI LI GĦANDEK TIEĦU BIEX TIFTAĦ KAWŻA FIL-QORTI

6. Nista’ niftaħ kawża waħdi fil-qorti jew għandi nistaqsi persuna intermedjarja, ngħidu aħna jirrappreżentani konsulent legali?

Mhux dejjem neċessarju li tuża persuna intermedjarja, hija ħaġa li għandek tiddeċiedi int, u jiddependi mill-kumplessità tal-każ tiegħek. Jekk tiddeċiedi li tuża persuna intermedjarja, għandek tuża s-servizzi ta’ avukat (fl-Irlanda ara l-hyperlink ta’ hawn taħt għal-Law Society [l-Għaqda tal-Liġi], l-entità li tagħti l-għarfien u tirregola l-professjoni tal-konsulenti legali.

7. Għand min għandi nirrikorri sewwa sew: fl-uffiċċju għall-informazzjoni jew fl-uffiċċju ta’ l-iskrivan/a tal-qorti jew xi amministrazzjoni oħra?

Ir-rikors għandu jkunn ippreżentat fl-uffiċċju xieraq tal-Courts Service [is-Servizzi tal-Qrati], skond l-ammont ta’ kumpens li qed titlob (ara t-tema tal-ġurisdizzjoni tal-qrati). Fuq il-websajt tal-Courts Service, issib uffiċċji tal-Courts Service madwar l-Irlanda kollha, dettalji ta’ l-indirizzi u l-ħinijiet tal-ftuħ .

8. B’liema lingwa nista’ nagħmel it-talba tiegħi? Nista’ nagħmilha bil-fomm jew trid tkun bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors tiegħi bil-faks jew bil-posta elettronika?

Fl-Irlanda, ir-rikors jista’ jsir bl-Ingliż jew bl-Irlandiż. Ir-rikors ma jistax isir bil-miktub. Ir-rikors irid isir fuq formola speċjali, skond il-ġurisdizzjoni fejn qed tagħmel it-talba tiegħek. Ir-rikors ma jistax jintbagħat bil-faks jew bil-posta elettronika, trid iġġibu personalment fl-uffiċċju xieraq tal-Courts Service.

FuqFuq

9. Hemm formoli speċjali għall-ftuħ tal-kawżi, jew, jekk le, kif irrid nippreżenta l-każ tiegħi? Hemm xi elementi li jridu jiddaħħlu fil-proċess?

Hemm formoli għall-ftuħ tal-kawżi, li ħafna minnhom jistgħu jitniżżlu mill-websajt tal-Courts Service (ara l-hyperlink ta’ hawn taħt) u l-bqija jinsabu fil-Court Rules [ir-Regoli tal-Qorti], li d-dettalji tagħhom jinsabu wkoll fuq il-websajt tal-Courts Service. Dawn il-formoli jindikaw liema elementi jridu jiddaħħlu fil-proċess u xi ftit tal-gwida tista’ tinkiseb mingħand il-ħaddiema tal-Courts Service, imma dawn in-nies jistgħu jagħtu biss tagħrif proċedurali, u ma jistgħux jagħtu pariri dwar il-merti tat-talba jew jirrikmandaw kif tkun proċessat.

10. Ikolli nħallas xi drittijiet tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikolli nħallas avukat mal-preżentazzjoni tar-rikors tiegħi?

Fuq bosta tipi ta’ rikors, iridu jitħallsu xi drittijiet tal-qorti. Id-drittijiet iridu jitħallsu meta jkun ippreżentat ir-rikors fid-debitu Uffiċċju tas-Servizz tal-Qorti, u d-dettalji tad-drittijiet differenti jinsabu fil-websajt tal-Courts Service. Id-drittijiet tal-konsulenza legali, meta tuża s-servizzi ta’ konsulent legali, huma differenti, u ma humiex ħaġa tal-Courts Service. Meta tqabbad konsulent/(a) legali javżawk dwar id-dritt dovut u meta jrid jitħallas.

11. Nista’ nitlob assistenza legali? (it-tema tal-‘legal aid’ [għajnuna legali])

VERIFIKA

12. Minn liema waqt ikun ikkunsidrat uffiċjalment li nfetħet il-kawża tiegħi? Jagħtuni xi konferma l-awtoritajiet li l-każ tiegħi kien ippreżentat kif jixraq?

Kawża tinfetaħ uffiċjalment meta tinħareġ it-talba mill-uffiċċju tal-Courts Service. Skond il-ġurisdizzjoni fejn issir it-talba, tista ma tinħariġx sa ma tkun innotifikata lill-parti l-oħra. Fil-qorti tat-talbiet iż-żgħar, ir-reġistratur tal-qorti jibgħat it-talba tiegħek lill-parti l-oħra. Fi qrati oħra, jkollok tinnotifika t-talba int stess jew tqabbad persuna intermedjarja tagħmillek dan. Tista’ ssir taf mill-uffiċċju tal-Courts Service fejn iddeċidejt tagħmel it-talba tiegħek. L-uffiċjali tal-Courts Service jgħidulek jekk tkunx osservajt il-ħtiġiet proċedurali kollha biex tippreżenta t-talba tiegħek imma huwa/hija l-imħallef li jrid jiddeċiedi/trid tiddeċiedi jekk il-każ tiegħek kienx ippreżentat kif jixraq.

13. Ikolli tagħrif dettaljat dwar meta jiġru l-affarijiet li jkun imiss (bħalma huwa ż-żmien li fih nista’ nidher)?

Iva, ir-Regoli tal-Qorti ta’ kull qorti jistipulaw it-termini ta’ żmien u tista’ tiċċekkja ma’ l-uffiċċju tal-Courts Service fejn tippreżenta t-talba tiegħek.

Aktar tagħrif

  • Is-sit ta' l-internet English ta’ l-EGovernment
  • Is-sit ta' l-internet English tas-Servizzi tal-Qrati
  • Is-sit ta' l-internet English tal-professjoni ta’ l-avukati (solicitors)

« Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Informazzjoni Ġenerali | Irlanda - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 04-05-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit