Kummissjoni Ewropea > NGE > Ftuħ ta’ kawża fil-qorti > Ungerija

L-aħħar aġġornament: 21-08-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Ungerija

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Immaġina sitwazzjoni li fiha tkun f’tilwima ma’ kumpanija, ma’ intraprenditur, ma’ min iħaddmek, ma’ membru tal-familja tiegħek jew xi ħadd ieħor f’pajjiżek jew barra mill-pajjiż. Biex jgħinek issolvi din il-problema, għandek issaqsi lilek innifsek numru ta’ mistoqsijiet:



 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Irrid bilfors immur il-qorti? 1.
2. Għadni fil-ħin biex niftaħ kawża l-qorti? 2.
3. Jiena żgur li għandi mmur f’qorti l-Ungerija? 3.
4. Jekk iva, għand liema qorti fl-Ungerija għandi mmur meqjusa l-post fejn ngħix u fejn il-parti l-oħra tgħix, jew aspetti oħra tal-każ tiegħi? 4.
5. Jekk iva, f’liema qorti partikolari fl-Ungerija għandi mmur b’kunsiderazzjoni tan-natura tal-każ tiegħi u l-ammont involut? 5.
6. Nista’ niftaħ kawża l-qorti waħdi jew għandi bżonn nitlob lil intermedjarju, per eżempju li nkun rappreżentat minn avukat? 6.
7. Għand min għandi napplika: fl-uffiċju ta’ l-akkoljenza jew xi amministrazzjoni oħra? 7.
8. B’liema lingwa nista’ nagħmel l-applikazzjoni tiegħi? Nista’ nagħmilha b’mod verbali jew trid tkun bil-miktub? Nista’ nibgħat l-applikazzjoni tiegħi bil-faks jew bil-posta elettronika? 8.
9. Hemm formoli speċjali biex jinfetħu l-kawżi, jew, jekk le, kif nista’ nippreżenta l-kawża tiegħi? Hemm elementi li jridu jiġu nklużi fl-inkartament? 9.
10. Se jkolli nħallas it-tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Se jkolli nħallas avukat sa mill-introduzzjoni ta’ l-applikazzjoni tiegħi? 10.
11. Nista’ nitlob għajnuna legali/eżenzjoni mill-ispejjeż? 11.
12. Minn liema mument l-azzjoni tiegħi hija kkunsidrata uffiċjalment miftuħa? L-awtoritajiet jatuni xi konferma li l-kawża tiegħi ġiet ippreżentata b’mod xieraq? 12.
13. Ikolli informazzjoni dettaljata dwar il-ħin ta’ avvenimenti sussegwenti (bħaż-żmien permess lili biex nidher)? 13.

 

MISTOQSIJIET PRELIMINARI QABEL TIFTAĦ KAWŻA L-QORTI

1. Irrid bilfors immur il-qorti?

Jista’ jkun aħjar li jintużaw proċeduri alternattivi ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim. Ara dak is-suġġett.

2. Għadni fil-ħin biex niftaħ kawża l-qorti?

Il-limiti ta’ żmien biex tiftaħ kawżi l-qorti jvarjaw skond il-każ. Il-kwistjoni ta’ limiti ta’ żmien tista’ tiġi kkjarifikata ma’ avukat, ma’ konsulent legali jew ma’ l-Uffiċċju ta’ Konsulenza għaċ-Ċittadini.

3. Jiena żgur li għandi mmur f’qorti l-Ungerija?

Ara Ġurisdizzjoni tal-qrati.

4. Jekk iva, għand liema qorti fl-Ungerija għandi mmur meqjusa l-post fejn ngħix u fejn il-parti l-oħra tgħix, jew aspetti oħra tal-każ tiegħi?

Ara Ġurisdizzjoni tal-qrati – l-Ungerija.

5. Jekk iva, f’liema qorti partikolari fl-Ungerija għandi mmur b’kunsiderazzjoni tan-natura tal-każ tiegħi u l-ammont involut?

Ara s-suġġett Ġurisdizzjoni tal-qrati – l-Ungerija.

FuqFuq

IL-PASSI BIEX TIFTAĦ KAWŻA L-QORTI

6. Nista’ niftaħ kawża l-qorti waħdi jew għandi bżonn nitlob lil intermedjarju, per eżempju li nkun rappreżentat minn avukat?

Bħala regola ġenerali, kawża ta’ l-ewwel istanza tista’ tinfetaħ l-qorti direttament, mhuwiex neċessarju li jiġi kkonsultat avukat. Sezzjoni 73/A ta’ l-Att III ta’ l-1952 dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili tniżżel il-każijiet fejn il-parteċipazzjoni ta’ avukat hija obbligatorja. Dawn huma tipikament konnessi ma’ proċeduri ta’ l-appelli li se jitwettqu quddiem qrati superjuri. F’dawn il-każijiet il-proċeduri tal-parti li tipproċedi mingħajr rappreżentant legali jkunu bla effett, għalhekk – biex dan jiġi evitat – il-partijiet jiġu normalment rappreżentati minn avukat fil-proċeduri.

Hemm naturalment il-possibbiltà li jiġi sottomess ir-rikors minn rappreżentant awtorizzat ieħor (avukat, per eżempju) maħtur mill-parti jew mir-rappreżentant legali tagħha. Jekk, madankollu, il-liġi tipprovdi mod ieħor u per eżempju l-liġi tagħmel il-parteċipazzjoni personali obbligatorja fil-kawża relevanti, mhuwiex possibbli li tipproċedi permezz ta’ rappreżentant awtorizzat. Ir-regoli dwar min jista’ jkun rappreżentant awtorizzat, min huwa eskluż mil-lista ta’ rappreżentanti awtorizzati possibbli u r-regoli eżatti ta’ l-awtorizzazzjoni huma stabbiliti fl-Att dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, fost ir-regoli tar-rappreżentazzjoni.

7. Għand min għandi napplika: fl-uffiċju ta’ l-akkoljenza jew xi amministrazzjoni oħra?

Ir-rikors, bħal kull sottomissjoni oħra lill-qorti, irid jiġi sottomess direttament fil-qorti fejn jitressqu proċeduri fil-kawża u fil-każijiet kollha f’numru ta’ kopji li jkun wieħed aktar min-numru ta’ partijiet ikkonċernati fil-kawża.

FuqFuq

8. B’liema lingwa nista’ nagħmel l-applikazzjoni tiegħi? Nista’ nagħmilha b’mod verbali jew trid tkun bil-miktub? Nista’ nibgħat l-applikazzjoni tiegħi bil-faks jew bil-posta elettronika?

Skond il-liġi l-lingwa uffiċjali tal-proċeduri ġudizzjarji huwa l-Ungeriż. Matul il-proċeduri bl-Ungeriż il-partijiet u l-persuni l-oħra fil-kawża – naturalment bl-eċċezzjoni tal-qorti (l-imħallef bi professjoni, l-assessur, ir-reġistratur) – huma intitolati li jużaw l-ewwel lingwa, l-lingwa reġjonali u tal-minoranza tagħhom fi kwistjonijiet oħra li mhumiex uffiċjali kif definiti fi ftehim internazzjonali, irrispettivament mill-għarfien tagħhom ta’ l-Ungeriż.

Billi ssieħbet fil-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew ta’ Minoranza, l-Ungerija assumiet l-obbligazzjoni li tippermetti dan li ġej fir-rigward tal-Kroat, tal-Ġermaniż, tar-Rumen, tas-Serb, ta’ l-Islovakk, u ta’ l-Isloven:

  • il-parti li tidher quddiem il-qorti personalment tista’ tuża l-lingwa reġjonali jew ta’ minoranza tiegħu/tagħha mingħajr ma jkollha tħallas spejjeż żejda għal dan,
  • id-dokumenti u l-evidenza b’lingwa reġjonali jew ta’ minoranza jistgħu jiġu sottomessi, bl-għajnuna ta’ interpreti u tradutturi, jekk ikun neċessarju,
  • id-dokumenti legali ppreparati fil-pajjiżi li jipparteċipaw fil-Karta u d-dokumenti ppreparati fost il-partijiet mhumiex iddikjarati nulli u bla effett sempliċement minħabba li jkunu ġew ippreparati b’lingwa reġjonali jew ta’ minoranza, u jistgħu jintużaw kontra l-parti terza li ma tkunx titkellem din il-lingwa.

Il-qorti hija obbligata li tiżgura d-dritt li tintuża l-lingwa tal-partijiet kollha u ta’ persuni oħra li jipparteċipaw fil-kawża billi timpjega interpretu jew traduttur. Għalhekk, għas-smiegħ verbali tal-parti, ta’ l-espert u tax-xhud (l-Att dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, Sezzjonijiet 113, 167, 177), il-qorti għandha tordna lil interpretu biex jassisti fil-kawża fuq bażi ta’ Sezzjoni 184(1) ta’ l-Att dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. Il-qorti timpjega traduttur għat-traduzzjoni ċertifikata tas-sottomissjonijiet (tar-rikors) b’lingwa li mhijiex l-Ungeriż. Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Att li jikkonċernaw l-esperti għandhom jiġu applikati b’mod xieraq għall-interpretu u t-traduttur.

FuqFuq

Traduzzjoni ċertifikata għall-Ungeriż għandha tinhemeż ma’ rikors sottomess b’lingwa li ma tkunx koperta minn ftehim internazzjonali.

Bħala regola ġenerali, ir-rikors għandu jiġi sottomess bil-posta jew personalment (matul il-ħinijiet tal-ftuħ fl-uffiċju ta’ l-amministrazzjoni jew f’kull ħin matul il-ħinijiet tax-xogħol, billi jitpoġġa fil-kaxxa għall-ġbir imwaħħla fejn l-entrata tal-qorti), bil-miktub fil-qorti fejn jitressqu l-proċeduri fil-kawża; huwa, madankollu, possibbli ukoll li jiġi sottomess rikors jew talba oħra għal-litigazzjoni tal-parti li ma tkunx rappreżentata minn avukat b’mod verbali, u dan għandu jiġi rreġistrat f’dokument formali quddiem il-qorti lokali jew il-qorti tal-kontea li jkollha ġurisdizzjoni fil-kawża. F’dan il-każ l-imħallef, l-amministratur tal-qorti jew l-imħallef apprendist li jaġixxi f’isem il-qorti jipprovdi l-informazzjoni neċessarja għall-partijiet, u jsejħilhom fuq il-post biex jirrimedjaw in-nuqqasijiet. Wara, għal rikors rreġistrat f’dokument formali, japplikaw il-liġijiet li jirrigwardaw ir-rikorsi sottomessi bil-miktub.

Bħalissa m’hemm l-ebda possibbiltà li l-parti tissottometti rikors lill-qorti permezz tal-fax jew tal-posta elettronika.

9. Hemm formoli speċjali biex jinfetħu l-kawżi, jew, jekk le, kif nista’ nippreżenta l-kawża tiegħi? Hemm elementi li jridu jiġu nklużi fl-inkartament?

M’hemmx formoli speċjali biex jinfetħu l-kawżi.

Madankollu, f’każijiet fejn it-talba għall-ħlas ma taqbiżx HUF 200 000, it-talba tista’ tiġi imposta biss permezz ta’ ordni ta’ ħlas. F’dan il-każ it-talba għall-ordni ta’ ħlas għandha tiġi sottomessa fuq formola speċjali għal dan il-għan.

FuqFuq

Il-kawża trid tinfetaħ permezz ta’ rikors. Ir-rikors hu l-metodu primarju ta’ protezzjoni ġudizzjarju ta’ drittijiet soġġettivi permezz ta’ proċeduri ċivili. Ir-rikors hu s-sottomissjoni bil-miktub li jkun fiha t-talba li l-attur jagħmel lill-qorti. Ir-rekwiżiti minimi tiegħu huma mniżżla f’Sezzjoni 121 ta’ l-Att dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. Ir-rikors għandu dejjem jispeċifika:

  1. il-qorti li fiha l-proċeduri qiegħdin jitressqu;
  2. l-isem, l-indirizz permanenti u d-deskrizzjoni tal-partijiet u tar-rappreżentanti tal-partijiet;
  3. id-dritt li huwa mixtieq li jiġi nfurzat, fejn jiġu ppreżentati l-fatti u l-evidenza li sservi bħala bażi;
  4. id-data li minnha l-ġurisdizzjoni tal-qorti tista’ tiġi stabbilita;
  5. it-talba (it-talba fir-rikors) li tikkonċerna d-deċiżjoni tal-qorti;
  6. jekk kienx hemm medjazzjoni fit-tilwima bejn il-partijiet.

Ir-rikors jista’ għalhekk jinkludi aktar milli jirrikjedu d-dispożizzjonijiet, imma mhux inqas. Hemm xi rekwiżiti oħra li jistgħu japplikaw skond in-natura tal-każ (per eżempju l-att tal-proprjetà).

10. Se jkolli nħallas it-tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Se jkolli nħallas avukat sa mill-introduzzjoni ta’ l-applikazzjoni tiegħi?

It-tariffi tal-qorti għandhom jitħallsu fi proċeduri ċivili. L-ammont tat-tariffi tal-qorti fil-proċeduri individwali huwa ddeterminat minn Kapitlu VI ta’ l-Att XCIII ta’ l-1990 dwar id-Dazji. L-obbligazzjoni li jitħallsu t-tariffi tal-qorti fi proċeduri ċivili tirriżulta meta t-talba għal-litigazzjoni titressaq ‘il quddiem, għalhekk għandhom jitħallsu flimkien mar-rikors. Jekk il-parti ma tħallasx it-tariffi tal-qorti flimkien mas-sottomissjoni tar-rikors jew tħallas inqas mit-tariffi tal-qorti meħtieġa mil-liġi, wara s-sottomissjoni tar-rikors l-qorti titolbu/titlobha jħallas/tħallas it-tariffi tal-qorti li jkun baqa’, filwaqt li tindika li jekk it-tariffi tal-qorti ma jitħallsux kompletament, ir-rikors jiġi rrifjutat.

FuqFuq

Dan kollu ma jikkonċernax każijiet fejn il-parti tkun eżentata mit-tariffi tal-qorti jew ikollha d-dritt li tirreġistra t-tariffi tal-qorti.

Eżenzjoni mit-tariffi tal-qorti tfisser jew li l-persuna obbligata li tħallas it-tariffi tal-qorti tkun eżentata milli tħallas, jew tirreferi għas-suġġett tat-tariffi. Eżenzjoni personali mit-tariffi tal-qorti bħala benefiċċju tfisser li l-parti tkun eżentata milli tħallas, milli tħallas bil-quddiem u milli tissaporti dawn it-tariffi. L-Att dwar id-Dazji jistabilixxi dawk is-suġġetti legali, li jistgħu jirċievu eżenzjoni sħiħa mit-tariffi. Xi eżempji huma: l-Istat Ungeriż, il-muniċipalitajiet, l-aġenziji baġitarji, l-NGOs, l-korpi pubbliċi u l-kumpaniji pubbliċi, il-knejjes, l-assoċjazzjonijiet ta’ knejjes eċċ.

Fil-każ ta’ eżenzjoni mill-ispejjeż materjali ż-żewġ partijiet – kemm persuna naturali jew legali – jiġu eżentati milli jħallsu l-ispejjeż tal-qorti, irrispettivament mid-dħul jew mis-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom u kemm jekk it-tilwima legali kinitx tinvolvi bona fede jew mala fede jew mir-riżultat tat-tilwima. Anke jekk ma jkunx hemm ftehim internazzjonali jew reċiproċità, il-parti barranija hija ukoll intitolata għal din it-tip ta’ eżenzjoni mill-ispejjeż. Fuq il-bażi tar-regolament kurrenti, l-eżenzjoni mill-ispejjeż materjali tingħata per eżempju fil-każijiet li ġejjin:

  • każijiet fejn il-qorti tirrifjuta r-rikors fuq inizjattiva tagħha stess, mingħajr ma toħroġ ċitazzjoni;
  • kontrotalbiet mibdija fir-rigward ta’ kawża ta’ divorzju;
  • kawżi b’konnessjoni mad-dikjarazzjoni tal-mewt ta’ xi ħadd, id-deċiżjoni tal-qorti li seħħ mewt, f’każ ta’ assenza f’kawża jew mewt li ġrat minħabba avveniment tal-gwerra jew diżastru naturali eċċ.

Id-dritt li jiġu rreġistrati t-tariffi tal-qorti huwa livell aktar baxx ta’ benefiċċji ta’ l-ispejjeż. Il-parti jew l-persuna intervenuta li tirċevieha tkun eżentata biss minn ħlas bil-quddiem jew ħlas ta’ l-ispejjeż u f’dan it-tip ta’ każ il-parti jew il-persuna obbligata mill-qorti li tagħmel dan tħallas l-ispejjeż tal-qorti fl-aħħar tal-proċeduri.

FuqFuq

Eżenzjoni mill-ispejjeż fiha ukoll eżenzjoni mill-ispejjeż tal-qorti, u l-parti li minħabba d-dħul jew is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha ma tkunx tista’ tħallas l-ispejjeż ta’ kawża tkun intitolata li tirċevieha. Il-parti li tkun eżentata mill-ispejjeż tkun ukoll eżentata milli tħallas l-ispejjeż tal-qorti.

It-tariffa ta’ l-avukat u d-data tal-ħlas tagħha tiddependi mill-ftehim bejn il-parti u l-avukat.

11. Nista’ nitlob għajnuna legali/eżenzjoni mill-ispejjeż?

Ara għajnuna legali.

SEGWITU

12. Minn liema mument l-azzjoni tiegħi hija kkunsidrata uffiċjalment miftuħa? L-awtoritajiet jatuni xi konferma li l-kawża tiegħi ġiet ippreżentata b’mod xieraq?

L-azzjoni hija kkunsidrata uffiċjalment miftuħa meta r-rikors jasal fl-uffiċju tal-qorti. Il-qorti ma tinfurmax lill-partijiet bis-sempliċi fatt li l-proċeduri jkunu nbdew. Wara l-preżentata tar-rikors il-qorti teżamina jekk tkunx fiha l-elementi neċessarji kollha preskritti mil-liġi. Fil-każ li parti tqabbad rappreżentant legali, jekk ir-rikors ma jkunx fih l-elementi neċessarji kollha, l-awtorizzazzjoni tar-rappreżentant legali ma tkunx ġiet mehmuża jew il-parti ma tkunx ħallset l-ispejjeż tal-proċeduri, il-qorti għandha tirrifjuta r-rikors mingħajr ma toħroġ ċitazzjoni. F’każijiet oħra, jekk ir-rikors ma jkunx komplut, il-qorti għandha ssejjaħ lill-parti biex tirrimedja dan in-nuqqas, jew sabiex ikun hemm smiegħ kemm jista’ jkun mingħajr telf ta’ żmien, hija timplimenta miżuri intermedji (per eżempju tikseb dokumenti mingħand awtoritajiet oħra, tieħu miżuri preliminari fir-rigward ta’ l-evidenza).

Il-qorti, wara l-proċedura li tirrimedja n-nuqqasijiet jew wara l-miżuri intermedji, imma mhux aktar tard minn 30 ġurnata wara l-preżentata tar-rikors fil-qorti, tiddeċiedi fuq il-ġurnata tas-smigħ u toħroġ ċitazzjoni lill-partijiet għal dik il-ġurnata. Fil-każ ta’ rikors jew talba verbali hija tinnotifika fl-istess ħin lill-partijiet b’kopja tad-dokumentazzjoni formali tar-rikors. Għalhekk il-partijiet jiġu infurmati bil-kawża b’din iċ-ċitazzjoni.

13. Ikolli informazzjoni dettaljata dwar il-ħin ta’ avvenimenti sussegwenti (bħaż-żmien permess lili biex nidher)?

Il-qorti tistabilixxi l-ġurnata tas-smiegħ mhux aktar tard minn 30 ġurnata wara li r-rikors jasal fil-qorti u toħroġ ċitazzjoni għal dik il-ġurnata lill-partijiet. Fil-każ ta’ rikors jew talba verbali hija tqassam fl-istess ħin kopja tad-dokumentazzjoni formali tar-rikors. Skond l-Att dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili l-qorti, barra li tinnotifika r-rikors, issejjaħ lill-konvenut biex jirrispondi għar-rikors bil-miktub sal-ġurnata tas-smigħ, u f’kull każ mhux aktar tard mill-ġurnata tas-smigħ. Il-parti tista’ tirċievi aktar informazzjoni fil-kawża, skond il-karatteristiċi individwali tal-proċeduri.

« Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Informazzjoni Ġenerali | Ungerija - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 21-08-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit