Kummissjoni Ewropea > NGE > Ftuħ ta’ kawża fil-qorti > Greċja

L-aħħar aġġornament: 28-04-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Greċja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Immaġina sitwazzjoni fejn għandek tilwima ma' kumpanija, ma' persuna professjonista, ma' min iħaddmek, ma' membru tal-familja tiegħek jew ma' persuna oħra f'pajjiżek jew f'pajjiż barrani. Biex issolvi din il-problema, ikollok issaqsi lilek innifsek għadd ta' mistoqsijiet bħal:



 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Għandi nirrikorri għall-qorti? 1.
2. Għaddieli ż-żmien biex niftaħ kawża l-qorti? 2.
3. Ċert illi rrid immur il-qorti fil-Greċja? 3.
4. Jekk iva, quddiem liema qorti partikolari għandi mmur, meta wieħed iqis fejn noqgħod jien u fejn toqgħod il-parti l-oħra, jew aspetti oħrajn tal-każ tiegħi? 4.
5. Għal liema Qorti f'dan l-Istat Membru għandi nirrikorri meta wieħed jikkunsidra n-natura tat-talba tiegħi u l-ammont involut? 5.
6. Nista' niftaħ il-kawża jien stess, jew ikolli nqabbad intermedjarju biex jirrappreżentani, bħal avukat? 6.
7. Eżattament fejn għandi nippreżenta r-rikors: fl-uffiċċju ta' riċeviment tal-qorti, fl-uffiċċju tar-reġistru jew quddiem xi awtorità oħra? 7.
8. B'liema lingwa għandu jsir ir-rikors? Nista' nippreżentah bil-fomm jew għandi nippreżentah bil-miktub? Nista' nippreżenta r-rikors tiegħi b'faks jew bl-email? 8.
9. Hemm xi formoli speċjali biex nippreżenta kawża, jew, jekk le, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi? Hemm xi elementi li ta' bilfors iridu jkunu parti mill-proċess? 9.
10. Irrid inħallas spejjeż tal-qorti? Jekk iva, meta? Irrid inħallas avukat sa minn meta nippreżenta r-rikors? 10.
11. Nista' nitlob għanuna legali? ('għajnuna legali' link11.
12. Mil-liema mument titqies uffiċjalment li nfetħet il-kawża tiegħi? L-awtoritajiet jagħtuni konferma li l-kawża tiegħi ġie ippreżentata kif suppost? 12.
13. Ningħata informazzjoni ddettaljata dwar iż-żmien li fihom iridu jsiru l-istadji sussegwenti (bħal per eżempju ż-żmien li fih għandi nidher)? 13.

 

Mistoqsijiet preliminari qabel ma tressaq każ quddiem il-qorti

1. Għandi nirrikorri għall-qorti?

Jista' jkun aħjar li tuża proċeduri alternattivi ta' riżoluzzjoni ta' tilwim. Ara dan is-suġġett.

2. Għaddieli ż-żmien biex niftaħ kawża l-qorti?

It-termini legali biex jinġiebu azzjonijiet quddiem il-qorti jvarjaw skond il-każ. Din il-kwistjoni ta' termini legali tista' tiġi ċċarata ma' konsulent legali jew f'uffiċċju ta' l-informazzjoni għaċ-ċittadini dwar l-aċċess għal-liġi.

3. Ċert illi rrid immur il-qorti fil-Greċja?

Ara l-link ‘Ġuriżdizzjoni tal-Qrati'.

4. Jekk iva, quddiem liema qorti partikolari għandi mmur, meta wieħed iqis fejn noqgħod jien u fejn toqgħod il-parti l-oħra, jew aspetti oħrajn tal-każ tiegħi?

Ara l-link ‘Ġuriżdizzjoni tal-Qrati - il-Greċja'.

5. Għal liema Qorti f'dan l-Istat Membru għandi nirrikorri meta wieħed jikkunsidra n-natura tat-talba tiegħi u l-ammont involut?

Ara l-link ‘Ġuriżdizzjoni tal-Qrati - il-Greċja'.

Passi li għandek issegwi biex tressaq każ quddiem il-qorti

FuqFuq

6. Nista' niftaħ il-kawża jien stess, jew ikolli nqabbad intermedjarju biex jirrappreżentani, bħal avukat?

Azzjoni trid titressaq minn avukat, ħlief: (1) quddiem il-qorti tal-paċi, (2) f'każijiet ta' inġunzjonijiet u (3) biex jiġi evitat periklu imminenti (Artikolu 94(2) tal-Kodiċi Ellenika tal-Proċedura Ċivili (KEPĊ), (4) fi proċeduri dwar l-impjieg quddiem il-Qorti ta' l-Ewwel Grad ta' membru wieħed jew il-Qorti tal-Paċi (Artikolu 665(1) tal-KEPĊ. Ir-regola hi, għaldaqstant, li rappreżentant legali huwa meħtieġ. F'każijiet eċċezzjonali, tista' tirrappreżenta lilek innifsek f'ċerti proċeduri, bħal inġunzjonijiet, talbiet żgħar u tilwim dwar impjieg, eċċ.

7. Eżattament fejn għandi nippreżenta r-rikors: fl-uffiċċju ta' riċeviment tal-qorti, fl-uffiċċju tar-reġistru jew quddiem xi awtorità oħra?

Biex tiftaħ kull tip ta' proċedura legali trid tippreżenta rikors fir-reġistru tal-qorti kompetenti. Biex tikteb ir-rikors għandek tqabbad avukat, li jippreżentahielek fir-reġistru tal-qorti kompetenti.

8. B'liema lingwa għandu jsir ir-rikors? Nista' nippreżentah bil-fomm jew għandi nippreżentah bil-miktub? Nista' nippreżenta r-rikors tiegħi b'faks jew bl-email?

  1. Ir-rikors jista' jsir biss bil-Grieg,
  2. ir-regola hi li għandu jkun bil-miktub. Tista' tagħmel it-talba tiegħek bil-fomm quddiem Qrati tal-Paċi meta ma jkun hemm ebda avukati jew prokuraturi legali nominati, u f'dan il-każ jitħejja verbal uffiċjali (Artikoli 111, 115 u 215(2) KEPĊ) u
  3. ir-rikors ma jistax jintbagħat bil-faks jew bl-email.

9. Hemm xi formoli speċjali biex nippreżenta kawża, jew, jekk le, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi? Hemm xi elementi li ta' bilfors iridu jkunu parti mill-proċess?

Le, m'hemm ebda formoli speċjali biex jinfetħu l-kawżi. Il-proċess irid jinkludi r-rikors, jekk meħtieġ (m'huwiex obbligatorju quddiem il-Qorti tal-Paċi jew għall-inġunzjonijiet) u kull dokumenti ta' prova li tista' tipprovdi.

FuqFuq

10. Irrid inħallas spejjeż tal-qorti? Jekk iva, meta? Irrid inħallas avukat sa minn meta nippreżenta r-rikors?

L-ispejjeż iridu jitħallsu. Ir-rikorrent irid iħallas l-ispejjeż u d-drittijiet. Ir-rikorrent irid iħallas il-boll fiskali, it-tariffa tal-qorti fil-każ ta' azzjoni kontenzjuża u l-ħlasijiet għal diversi fondi (e.ż. il-Fond tal-Ġuristi, il-Fond ta' Benesseru ta' l-Avukati ta' Ateni, eċċ.) li jitħallsu meta titressaq il-kawża. Ir-rikorrent u l-avukat jiftiehmu dwar kif u meta jsir il-ħlas.

11. Nista' nitlob għanuna legali? ('għajnuna legali' link)

Iva, fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Artikoli 194-204 tal-KEPĊ (jekk inti m'intix kapaċi tħallas l-ispejjeż mingħajr ma tirrestrinġi l-ispejjeż ta' l-għixien tiegħek u tal-familja tiegħek). Ikollok bżonn: (1) ċertifikat mis-sindku jew il-president tal-komunità fejn tgħix fir-rigward tal-qagħda professjonali, finanzjarja u familjari tiegħek u (2) ċertifikat minn spettur lokali tat-taxxa, li jikkonferma li matul l-aħħar tlett snin inti bgħatt il-prospett tat-taxxa fuq id-dħul jew kull taxxa diretta oħra, u li l-prospett ġie vverifikat bħala korrett. 

Passi ta' wara

12. Mil-liema mument titqies uffiċjalment li nfetħet il-kawża tiegħi? L-awtoritajiet jagħtuni konferma li l-kawża tiegħi ġie ippreżentata kif suppost?

B'effett miż-żmien meta l-każ ġie ppreżentat fir-reġistru tal-qorti kompetenti u kopja tiġi notifikata lill-parti l-oħra (Artikolu 215 KEPĊ). Jiġi kkonfermat li tressqet azzjoni meta jitħejja rapport u jiġi ppreżentat. Meta l-azzjoni tkun ġiet ippreżentata quddiem qorti kompetenti, jinħareġ dokument li jikkonferma dan u tiġi appuntata data għas-smigħ, sabiex inti tkun taf li l-każ tiegħek ġie ppreżentat kif suppost.

13. Ningħata informazzjoni ddettaljata dwar iż-żmien li fihom iridu jsiru l-istadji sussegwenti (bħal per eżempju ż-żmien li fih għandi nidher)?

Id-data għat-trattazzjoni tal-każ tiġi stabbilita mir-reġistru tal-qorti kompetenti u inti tiġi notifikat dwar kull seduta ġdida jew meta xi dokument jiġi approvat matul il-kawża. Kull parti għandha dritt biex tħaffef il-proċess. L-istruzzuzzjonijiet jingħataw ukoll lill-avukat awtorizzat.

Fl-aħħar, fir-rigward tal-mistoqsijiet kollha li jinsabu hawn fuq, avukat irid jidher quddiem il-qorti tat-tieni grad, il-Qorti ta' l-Appell, anki f'każijiet fejn ma kienx meħtieġ li jkun hemm rappreżentanza minn avukat quddiem il-qrati ta' l-ewwel grad (ara hawn fuq). L-istess japplika, naturalment, għal każijiet quddiem il-Qorti Suprema.

« Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Informazzjoni Ġenerali | Greċja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 28-04-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit