Kummissjoni Ewropea > NGE > Ftuħ ta’ kawża fil-qorti > Ġermanja

L-aħħar aġġornament: 19-05-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Ġermanja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Jekk inti għandek kwistjoni kontra kumpanija, professjonist, persuna li magħha għandek kuntratt, membru tal-familja jew kwalunkwe persuna oħra, sew jekk f’pajjiżek sew jekk le, u tixtieq soluzzjoni għal din il-kwistjoni, inti ser tħabbat wiċċek ma’ numru ta’ mistoqsijiet, fosthom:



 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Bilfors irrid inressaq il-każ tiegħi quddiem Qorti? 1.
2. Għadni fil-ħin biex inressaq il-każ tiegħi quddiem Qorti? 2.
3. Bilfors irrid nirrikorri quddiem Qorti Ġermaniża? 3.
4. Jekk dak huwa l-każ, f’liema Qorti partikolari Ġermaniża għandi nressaq il-każ tiegħi skond fejn jien ngħix u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skond elementi oħra relattivi għall-post tat-talba tiegħi? 4.
5. Quddiem liema Qorti għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru skond in-natura tat-talba tiegħi u l-ammont involut? 5.
6. Nista’ inressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn ta’ xi intermedjarju, bħal per eżempju avukat? 6.
7. Fil-prattika fejn għandi nressaq il-każ tiegħi, fl-uffiċċju ta’ l-informazzjoni, fir-reġistru tal-Qorti jew quddiem xi organu amministrattiv ieħor? 7.
8. F’liema lingwa nista’ nikteb it-talba tiegħi? Nista’ nippreżentaha bil-fomm jew obbligat nagħmilha bil-miktub? Nista’ nibgħatha bil-fax jew bil-posta elettronika? 8.
9. Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tippreżenta talba? Meta dawn ma jeżistux, kif għandi nabbozza t-talba tiegħi? Hemm xi elementi partikolari li bilfors għandhom jiżdiedu mat-talba? 9.
10. Huwa meħtieġ ħlas lill-Qorti? Jekk huwa hekk, hemm bżonn li l-avukat jitħallas mal-preżentazzjoni tat-talba? 10.
11. Nista’ nibbenefika mill-għajnuna legali? (Ara t-tema ‘Għajnuna legali’) 11.
12. Minn liema mument titqies li ġiet ippreżentata t-talba tiegħi? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet li t-talba tiegħi ġiet ippreżentata b’mod korrett? 12.
13. Nista’ nikseb informazzjoni preċiża dwar is-seduti li ser jinżammu (bħal per eżempju ż-żmien meħtieġ sakemm isir l-ewwel smigħ)? 13.

 

MISTOQSIJIET TA’ QABEL IL-PREZENTAZZJONI TAT-TALBIET QUDDIEM IL-QORTI

1. Bilfors irrid inressaq il-każ tiegħi quddiem Qorti?

Jista’ jkun utli li tikkonsulta il- "Metodi alternattivi għas-soluzzjoni tal-kwistjonijiet". Ara din it-tema.

2. Għadni fil-ħin biex inressaq il-każ tiegħi quddiem Qorti?

Il-perjodi ta’ preskrizzjoni biex tressaq kawża quddiem Qorti jvarjaw skond il-każ ikkonċernat. Tista’ tikseb tweġiba għall-mistoqsija tiegħek billi tfittex parir legali.

3. Bilfors irrid nirrikorri quddiem Qorti Ġermaniża?

Ara t-tema "Il-kompetenza tal-Qrati"

4. Jekk dak huwa l-każ, f’liema Qorti partikolari Ġermaniża għandi nressaq il-każ tiegħi skond fejn jien ngħix u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skond elementi oħra relattivi għall-post tat-talba tiegħi?

Ara t-tema "Il-kompetenza tal-Qrati - il-Ġermanja"

5. Quddiem liema Qorti għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru skond in-natura tat-talba tiegħi u l-ammont involut?

Ara t-tema "Il-kompetenza tal-Qrati - il-Ġermanja"

PROĊEDURA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TAT-TALBIET QUDDIEM IL-QORTI

FuqFuq

6. Nista’ inressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn ta’ xi intermedjarju, bħal per eżempju avukat?

Jekk persuna li tixtieq tressaq każ il-qorti għandhiex tkun rappreżentata minn avukat, jiddependi minn liema qorti tkun kompetenti għal dik il-kawża.

Fil-każ ta’ qorti distrettwali, avukat biss jista’ jressaq il-kawża. Anki f’tilwim fil-familji, fejn il-qorti lokali hija kompetenti, jeżisti l-obbligu ta’ rappreżentanza minn avukat.

Fil-proċeduri l-oħra quddiem qorti lokali min qed jagħmel il-kawża jista’ jressaq il-każ hu stess.

Għall-proċedura sommarja biex tiġi effettwata l-eżekuzzjoni ta’ titolu – ordni ta’ ħlas – il-qorti lokali hija l-qorti kompetenti. Għalhekk min qed jagħmel il-kawza jista’ jressaq talbda lill-qorti għal digriet dwar ordni ta’ ħlas mingħajr il-ħtieġa ta’ avukat.

Anki quddiem tribunali industrijali l-parti tista’ tressaq il-kawża hija stess.

7. Fil-prattika fejn għandi nressaq il-każ tiegħi, fl-uffiċċju ta’ l-informazzjoni, fir-reġistru tal-Qorti jew quddiem xi organu amministrattiv ieħor?

Bħala prinċipju każ għandu jitressaq quddiem il-qorti kompetenti bil-miktub.

Madanakollu, meta l-qorti lokali tkun il-qorti kompetenti, l-kawża tista’ tiġi ppreżentata verbalment fir-reġistru tal-qorti lokali. Il-preżentazzjoni tat-talba tista’ ssir fir-reġistru ta’ kwalunkwe qorti lokali. Ir-reġistru jgħaddi t-talba lill-qorti mingħajr dewmien

L-istess jgħodd għall-proċess quddiem tribunal indistrijali. It-talba quddiem tribunal industrijali tista’ wkoll tiġi ppreżentata fir-reġistru tat-tribunal industrijali.

FuqFuq

8. F’liema lingwa nista’ nikteb it-talba tiegħi? Nista’ nippreżentaha bil-fomm jew obbligat nagħmilha bil-miktub? Nista’ nibgħatha bil-fax jew bil-posta elettronika?

Il-lingwa tal-qorti hija l-Ġermaniż. It-talba għalhekk għandha tiġi ppreżentata bil-Ġermaniż.

Bħala prinċipju t-talba għandha ssir bil-miktub. Fi proċedura quddiem qorti lokali jew tribunal industrijali t-talba tista’ tiġi ppreżentata verbalment fir-reġistru.

It-talba tista’ tiġi ppreżentata bil-fax. Fuq it-telefax għandu jkun hemm il-firma tal-parti jew, f’każ ta’ rappreżentanza minn avukat, il-firma ta’ l-avukat. Il-firma tal-persuna responsabbli mid-dokument oriġinali tat-talba trid tkun tintgħaraf.

Fl-aħħarnett kawża tista’ tiġi ppreżentata permezz ta’ dokument elettroniku (e-mail), sakemm miegħu tiżdied firma elettronika kkwalifikata skond il-liġi dwar il-firem u sakemm il-preżentazzjoni ta’ dokument elettroniku huwa permess mill-gvern reġjonali jew, skond il-każ, mill-amministrazzjoni tal-ġustizzja tar-reġjun federali, fejn tinsab din il-qorti.

9. Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tippreżenta talba? Meta dawn ma jeżistux, kif għandi nabbozza t-talba tiegħi? Hemm xi elementi partikolari li bilfors għandhom jiżdiedu mat-talba?

Għall-proċedura sommarja - għal talba għal digriet dwar ordni ta’ ħlas jew ta’ eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni - jeżistu formoli apposta. Dawn il-formoli stampati għandhom jiġu wżati. Inkella, wara li jagħlaq iż-żmien stipulat, l-applikazzjonijiet jiġu rrifjutati bħala inammissibbli.

FuqFuq

Il-kawża għandha tiġi ppreżentata f’forma partikolari u jkollha kontenut partikolari.

Irid ikun fiha d-deskrizzjoni preċiża tal-partijiet u r-rappreżentanti legali tagħhom bl-ismijiet u l-indirizzi. Għandha wkoll tiġi indikata l-qorti kompetenti għall-każ.

Irid ikun hemm informazzjoni ċara, dwar it-talbiet, fi kliem ieħor dak li l-qorti għandha tagħti lil min qed ifittex li ssir il-ġustizzja (minn fejn ġejja t-talba).

Barra minn hekk, l-oġġett tat-talba u ċ-ċirkostanzi fattwali , li fuqhom l-attur ikun qed jibni t-talbiet tiegħu, iridu jiġu spjegati b’mod eżawrjenti u li jinftiehem.

L-att tal-preżentazzjoni tat-talba għandu jiġi ffirmat personalment. Jekk min jagħmel il-kawża jkun rappreżentat minn avukat, il-firma ta’ avukat awtorizzat jew tar-rappreżentant tiegħu hija neċessarja.

10. Huwa meħtieġ ħlas lill-Qorti? Jekk huwa hekk, hemm bżonn li l-avukat jitħallas mal-preżentazzjoni tat-talba? 

Għal proċess bil-qorti li jittratta kwistjonijiet ċivili u kummerċjali hemm involuti l-ispejjeż tal-qorti. Dawn l-ispejjeż jikkonsistu fi ħlasijiet u spejjeż tal-qorti. In-notifika tat-talba lill-avversarju fil-proċess normalment isseħħ biss wara li min jagħmel il-kawża jkun ħallas bil-quddiem - il-ħlas tal-proċess - u l-ispejjeż tan-notifika tat-talba.

L-istess jgħodd fil-każ ta’ ordni ta’ ħlas.

Fil-proċedura quddiem it-tribunali industrijali m’hemmx obbligu li wieħed iħallas bil-quddiem.

Jekk avukat jingħata l-inkarigu ta’ rappreżentanza, iridu jitħallsu d-drittijiet ta’ l-avukat. Dawn id-drittijiet ta’ l-avukat huma dovuti bħala prinċipju wara l-għeluq tal-kawża jew wara li l-qorti tagħti sentenza dwar il-ħlas, iżda l-avukat jista’ madanakollu jitlob ħlas bil-quddiem għas-servizzi tiegħu qabel ma tiġi ppreżentata it-talba.

FuqFuq

L-ispejjeż tal-proċess, l-ispejjeż tal-qorti u d-drittijiet ta’ l-avukat, inkluż il-ħlasijiet antiċipati, iridu jitħallsu mill-parti li titlef il-kawża.

11. Nista’ nibbenefika mill-għajnuna legali? (Ara t-tema ‘Għajnuna legali’)

Min mhuwiex f’qagħda li jiffinanzja l-kawża tiegħu stess, jista’ japplika għall-għajnuna fl-ispejjeż tal-proċess. Il-qorti teżamina jekk il-kawża għandhiex prospetti ta’ suċċess u jekk hix frivola u jekk jeżistux ir-rekwiżiti finanzjarji neċessarji. Jekk il-qorti tikkonċedi l-għajnuna għall-ispejjeż tal-proċess, il-parti li tkun qed tfittex ġustizzja m’għandhiex tħallas bil-quddiem l-ispejjeż tan-notifika tat-talba.

KIF TIŻVOLĠI L-KAWŻA

12. Minn liema mument titqies li ġiet ippreżentata t-talba tiegħi? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet li t-talba tiegħi ġiet ippreżentata b’mod korrett?

Jekk l-att tal-preżentazzjoni tat-talba ma jkollux nuqqasijiet u l-ispejjeż tal-proċess u l-ħlasijiet tan-notifika jkunu tħallsu fir-reġistru tal-qorti, l-att jiġi nnotifikat mingħajr dewmien lill-persuna mħarrka (il-konvenut). Il-kawża titqies mibdija malli jiġi nnotifikat il-konvenut.

Jekk l-att tal-preżentazzjoni tat-talba jkun fih xi nuqqasijiet, il-qorti allura tagħti opportunità lil min ippreżentah biex jikkoreġih. Jekk ma jsirux il-korrezzjonijiet meħtieġa, il-qorti tiddikjara l-każ inammissibbli.

13. Nista’ nikseb informazzjoni preċiża dwar is-seduti li ser jinżammu (bħal per eżempju ż-żmien meħtieġ sakemm isir l-ewwel smigħ)?

Wara n-notifika tat-talba, min jippresjedi jiddetermina jew l-ewwel smigħ tal-kawża biex il-każ jiġi trattat verbalment jew inkella jagħti bidu għall-proċedura preliminari bil-miktub. Il-partijiet jiġu infurmati dwar is-smigħ tal-kawża jew l-ordni biex tinbeda l-proċedura preliminari bil-miktub. Għal kull seduta l-qorti tista’ tordna lill-partijiet jidhru personalment.

Bi preparazzjoni għal kull smigħ, il-qorti tista’ titlob lill-partijiet biex jelaboraw jew jagħtu aktar dettalji dwar l-atti u tista’ tagħti lill-partijiet perjodu ta’ żmien biex jispjegaw punti partikolari li jkunu jridu jiġu ċċarati. Il-qorti tista’ tordna li jinġiebu dokumenti u provi min-naħa tal-partijiet jew terzi persuni u tiġbor informazzjoni uffiċjali.

Il-partijiet għandhom ikunu infurmati dwar kull waħda minn dawn ordnijiet.

Aktar tagħrif

Aktar Informazzjoni Biex Issir Applikazzjoni Dwar Ordni Ta’ Ħlas Jew Biex Jitressaq Każ Il-Qorti Jinsabu Fuq:

  1. is- Sit ta’ l-internet Deutsch tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-reġjun Nordrhein-Westfalen
  2. is- Sit ta’ l-internet ceština - Deutsch - English - español - français - polski tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-reġjun Liberu tas-Sassonja

« Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Informazzjoni Ġenerali | Ġermanja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 19-05-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit