Kummissjoni Ewropea > NGE > Ftuħ ta’ kawża fil-qorti

L-aħħar aġġornament: 17-11-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Informazzjoni Ġenerali

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Kif jiġu mressqa l-każijiet il-qorti?

Jekk tixtieq tressaq każ il-qorti, għandek iżżomm f’moħħok li jeżistu ċerti regoli proċedurali li jridu jiġu segwiti. Dawn ivarjaw skond il-mod kif każ jiġi riferut il-qorti, imma l-iskop essenzjali tagħhom huwa biex jgħinuk tippreżenta l-kwistjonijiet rilevanti ta’ fatt u liġi b’mod kemm jista’ jkun ċar u sħiħ sabiex b’hekk il-qorti tkun tista’ tevalwa l-ammissibilità u l-merti tal-każ tiegħek.

Il-modi kif każ jitressaq il-qorti jvarja minn Stat Membru għal ieħor. Jeżistu wkoll varjazzjonijiet fi ħdan l-istess Stat Membru skond in-natura u ċ-ċirkustanzi ta’ l-applikazzjoni u skond it-tip ta’ qorti. Jekk inti tressaq xi każijiet partikolari lil xi qrati tista’ tkun meħtieġ li timla formola jew li tibni fajl sħiħ dwar il-każ. F’xi wħud mill-każi, dan jista’ jsir bil-fomm. Ir-raġuni ta’ dawn il-varjazzjonijiet hija l-fatt li l-kwistjonijiet imressqa quddiem il-qrati jkunu wkoll differenti ħafna minn xulxin: min-natura tagħhom jistgħu jkunu xi ftit jew wisq diffiċli biex ikunu solvuti. Huwa importanti ħafna li wieħed ikun ċert li ma jkun jonqos xejn, sabiex jitħaffef ix-xogħol ta’ l-imħallef, sabiex il-parti l-oħra tkun tista’ tiddefendi ruħa kif jixraq u sabiex ikun żgurat li l-proċedura kollha titmexxa ħarir.

Tista’ tikseb informazzjoni fuq is-sistema ta’ kif wieħed iressaq każ quddiem il-qrati nazzjonali billi tikklikkja fuq il-bnadar ta’ l-Istati Membri. L-informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni ta’ l-Istati Membri tirreferi biss għal każ imressaq fil-qrati ta’ l-ewwel istanza. Ma tkoprix kif il-każijiet jistgħu jitressqu quddiem il-qorti ta’ l-appell jew il-qorti suprema.

L-Unjoni Ewropea tixtieq twaqqaf żona ġenwina ta’ ġustizzja, kif mfissra mill-Kunsill Ewropew. L-aċċess għall-ġustizzja jilgħab parti prinċipali f’dan il-programm ta’ azzjoni. L-iskop huwa li għandu jkun possibbli għaċ-ċittadini Ewropej li jressqu każ quddiem il-qrati ta’ Stat Membru ieħor bl-istess faċilità daqslikieku qed iressquħ f’pajjiżhom stess.  

Jekk tikklikkja fuq l-ikona "Liġi tal-Komunità", tkun tista’ tikseb informazzjoni utli dwar l-inizjattivi ta’ l-Unjoni Ewropea f’dan il-qasam.

Tkun tista’ ssib ukoll informazzjoni utli dwar il-prinċipji ġenerali li japplikaw biex jitressqu l-każijiet quddiem qrati internazzjonali billi tikklikkja fuq l-ikona “Liġi internazzjonali.”

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 17-11-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit