Ordni Legali
Organizzazzjoni tal-Ġustizzja
Professjonijiet legali
Għajnuna legali
Jurisdizzjoni tal-qrati
Ftuħ ta’ kawża fil-qorti
Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura
Liġi applikabbli
Servizz tad-dokumenti
Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza
Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet
Infurzar tas-sentenzi
Proċeduri simplifikati u maġġla
Divorzju
Risponsabilità tal-ġenituri
Talbiet ta’manteniment
Falliment
Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni
Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità
Proċessar Awtomatiku
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Fil-fatt, jaqbel li tikkonsulta l-metodi alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim. Ara dan is-suġġett.
Il-perjodi tal-preskrizzjoni jvarjaw skond il-każ partikolari. Il-kwistjoni tal-preskrizzjoni tista’ tiġi ċċarata minn konsulent legali jew minn xi uffiċċju ta’ informazzjoni għaċ-ċittadini dwar l-aċċess għall-ġustizzja.
Ara s-suġġett "Il-kompetenza tal-Qrati".
Ara s-suġġett "Il-kompetenza tal-Qrati - Franza".
Ara s-suġġett "Il-kompetenza tal-Qrati - Franza".
F’ċerti każijiet, huwa neċessarju li wieħed jirrikorri għal marixxall minħabba li l-proċeduri legali jridu jinbdew minn taħrika li min iressaq il-każ quddiem il-qorti jrid jibgħat lill-avversarju tiegħu. Din it-taħrika fil-fatt tista’ biss tingħata minn marixxall. Dan huwa l-każ quddiem il-qorti superjuri, ħlief f’dak li jirrigwarda l-proċeduri li fihom m’hemmx obbligu ta’ rappreżentanza minn avukat. Ta’ min jinnota li fi proċeduri sommarji, in-notifika hija imperattiva biex tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni. Fil-każ ta’ divorzju, suġġett fejn hija obbligatorja r-rappreżentanza minn avukat, l-azzjoni tiġi introdotta permezz ta’ rikors.
Quddiem l-Imħallef tat-tfal jistgħu jressqu l-każ wieħed mill-ġenituri, min jieħu ħsieb it-tfal jew il-minuri stess permezz ta’ rikors sempliċi.
Quddiem l-Imħallef ta’ l-eżekuzzjoni, it-taħrika hi obbligatorja ħlief f’dak li jirrigwarda l-proċeduri ta’ l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet relattivi għall-espulsjoni.
Quddiem il-Qorti tal-Prim’ istanza, it-taħrika mhix obbligatorja biex tintroduċi proċeduri li l-valur tagħhom ma jaqbiżx it-3800 euro kif ukoll għall-proċedura ta’ inġunzjoni għall-ħlas rigward dejn kuntrattwali jew ta’ natura statutorja ta’ somma determinata.
Quddiem il-Qorti tal-kummerċ, il-proċedura ta’ inġunzjoni għall-ħlas li tippermetti li tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni tal-Qorti permezz ta’ sempliċi rikors tirrigwarda d-djun ġejjin minn ċekk, kambjala, wegħda ta’ ħlas jew minn trasferiment ta’ kreditu. Fil-materji l-oħra, il- l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tiġi stabbilita permezz ta’ taħrika.
Quddiem it-Tribunal industrijali, it-talba trid issir permezz ta’ ittra reġistrata jew direttament lir-reġistratur bil-miktub jew bil-fomm.
Quddiem it-tribunal tal-kirjiet agrikoli il-każ jitressaq permezz ta’ ittra reġistrata bl-avviż ta’ l-irċevuta indirizzata lis-segretarjat ta’ dan it-tribunal, ħlief fi kwistjonijiet fejn it-talba trid tiġi ppubblikata fir-Reġistru ta’ l-Artijiet u fejn n-notifika bil-marixxall hija obbligatorja.
Quddiem it-tribunali ta’ l-affarijiet soċjali ma jistax jitressaq każ ħlief b’rikors preliminari quddiem il-kummissjoni tal-konċiljazzjoni. Il-proċedura tiġi introdotta permezz ta’ ittra jew dikjarazzjoni mogħtija lis-segretarjat.
Il-partijiet jistgħu ukoll iressqu każ quddiem il-Qorti permezz ta’ talba konġunta, att komuni li bih dawn jissottomettu l-pretensjonijiet tagħhom lill-imħallef. Din it-talba tintbagħat lis-segretarjat tar-reġistratur.
Fil-prinċipju, quddiem il-Qorti superjuri, hija obbligatorja r-rappreżentazzjoni minn avukat ħlief fi kwistjonijiet ta’ kirjiet kummerċjali, ta’ deċiżjoni sommarja, ta’ telfien jew irtirar ta’ l-awtorità tal-ġenituri u ta’ digriet ta’ deżerzjoni. Quddiem l-imħallef għall-affarijiet tal-familja, mhux obbligatorju li wieħed ikun rappreżentat minn avukat fi kwistjonijiet dwar id-delegazzjoni ta’ l-awtorità tal-ġenituri, il-proċeduri ta’ wara d-divorzju, l-awtorità tal-ġenituri, l-iffissar tal-kontribuzzjoni għall-ispejjeż taż-żwieġ u l-obbligu tal-manteniment.
Quddiem il-Qorti tal-Kummerċ, il-Qorti tal-Prim’ istanza, l-imħallef ta’ l-eżekuzzjoni, l-imħallef tat-tfal, it-tribunal ta’ l-affarijiet soċjali, it-tribunal industrijali u t-tribunal konġunt tal-kirjiet rurali, ir-rappreżentazzjoni minn avukat mhix obbligatorja.
Għal kull talba ta’ informazzjoni, jaqbel li wieħed jikkuntattja lis-servizzi ta’ l-informazzjoni f’kull ġurisdizzjoni. Barra minn hekk, pariri mingħajr ħlas jingħataw f’bosta qrati, fid-dipartimenti tal-ġustizzja u d-dritt u fil-kunsilli lokali.
Biex wieħed jintroduċi t-talba tiegħu quddiem l-qorti, huwa neċessarju li jikkuntattja lir-reġistratur tal-ġurisdizzjoni.
L-unika lingwa aċċettata hija l-Franċiż. Interpretu jista’ jassisti lill-parti fl-udjenza imma l-imħallef mhuwiex obbligat li jirrikorri għal wieħed jekk ikun jaf il-lingwa li biha tesprimi ruħha l-parti.
Fil-prinċipju, it-talba għandha ssir bil-miktub. Imma quddiem it-tribunal industrijali u fil-qafas tal-proċedura tad-dikjarazzjoni lir-reġistratur quddiem il-Qorti tal-Prim’ istanza, din tista’ ssir bil-fomm u tiġi rreġistrata mir-reġistratur.
Quddiem it-tribunal industrijali, tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni anki meta l-partijiet jidhru minn jeddhom quddiem l-uffiċċju tal-konċiljazzjoni.
Fl-istat preżenti tal-liġi mhux possibbli li l-każ jitressaq quddiem il-qorti permezz ta’ fax jew posta elettronika.
L-unika proċedura li fiha jeżisti formularju ġudizzjarju hija d-dikjarazzjoni lir-reġistratur quddiem il-Qorti tal-Prim’ istanza. Fil-każ tal-proċeduri l-oħra, il-fajl irid ikun magħmul mill-informazzjoni dwar min qed jagħmel it-talba, dwar il-parti avversarja u mid-dokumenti kollha li jirrigwardaw is-suġġett tal-kawża li jridu jiġu ppreżentati skond il-każ lir-reġistratur sa mill-introduzzjoni tal-proċedura jew lill-imħallef waqt l-udjenza.
Fil-prinċipju, l-atti tal-proċedura ma jinvolvu l-ebda ħlas favur l-Istat ħlief fil-każ ta’ dawk li jirrigwardaw il-ġurisdizzjonijiet kummerċjali fejn iridu jitħallsu d-drittijiet tar-reġistratur.
Il-ħlas jirrapreżenta l-ispejjeż ġenerali biex titmexxa l-proċedura. Dawn jinkludu b’mod partikolari l-kumpens tax-xhieda, il-ħlas ta’ l-esperti, l-ispejjeż tal-marixxalli u ta’ l-avukati, ħlief id-drittijiet ta’ l-avukati. Ċertu ħlas jista’ jsir fil-bidu jew matul il-proċedura. Fit-tmiem tal-proċedura, l-imħallef normalment jikkundanna lil minn min jitlef il-kawża biex iħallas l-ispejjeż, ħlief fil-każ li dan jibbenefika mill-għajnuna legali.
L-onorarji ta’ l-avukat huma suġġetti għall-ftehim fuq l-onorarji li jkun ġie stabbilit flimkien mal-klijent. L-avukat jista’ jitlob depożitu, jiġifieri somma mogħtija minn qabel jew matul ix-xogħol bħala parti mill-ħlas tal-klijent tiegħu.
Jekk il-mezzi ta’ min qed jitlob l-għajnuna legali ma jaqbżux limitu ta’ l-eliġibilità li terġa’ tiġi evalwata kull sena (802 euro fl-2002), dan jista’ jibbenefika mill-għajnuna legali sħiħa. Min qed jagħmel it-talba jista’ jibbenefika minn għajnuna legali parzjali jekk il-mezzi tiegħu huma bejn 802 u 1203 euro. L-ammonti inizjali jistagħu jiġu modifikati skond is-sitwazzjoni tal-familja ta’ min qed japplika (ara s-suġġett « Għajnuna legali - Franza»).
Il-każ jitressaq quddiem il-Qorti :
Min qed jagħmel it-talba ma jirċievi l-ebda konferma li tirrigwarda jekk il-ġurisdizzjoni gietx stabbilta b’mod validu.
Ir-reġistratur jista’ jagħti l-informazzjoni kollha dwar l-istat ta’ progress tal-proċedura u d-data ta’ l-udjenza ffissata.
« Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Informazzjoni Ġenerali | Franza - Informazzjoni Ġenerali »
L-aħħar aġġornament: 27-09-2006

