Kummissjoni Ewropea > NGE > Ftuħ ta’ kawża fil-qorti > Finlandja

L-aħħar aġġornament: 20-11-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Finlandja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Immaġina sitwazzjoni fejn inti għandek tilwima ma' kumpanjija, persuna professjonali, min iħaddmek, membru tal-familja tiegħek jew ma' xi persuna oħra fil-pajjiżek jew barra. Bies issolvi din il-problema, inti ssaqsi lilek innifsek numru ta’ mistoqsijiet:



 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Għandi bżonn immur il-Qorti? 1.
2. Għadni fil-ħin li nġib azzjoni fil-Qorti? 2.
3. Ċert li għandi mmur il-Qorti fil-Finlandja? 3.
4. Jekk iva, quddiem liema Qorti tal-Ġustizzja fi għandi mmur fil-Finlandja, metta tikkonsidra fejn noqgħod jien u fejn toqgħod il-parti l-oħra, jew aspetti tal-każ tiegħi? 4.
5. Quddiem liema Qorti tal-Ġustizzja għandi mmur f'dan l-Istat Membru meta wieħed iqis il-kontenut tal-kawża u l-valur monetarju involut? 5.
6. Nista’ nressaq azzjoni fil-qorti jiena stess jew għandi nirrikorri għal intermedjarju, tali li nkun rappreżentant b’avukat? 6.
7. Lil min għandi napplika: lill-uffiċċju tal-qorti, lir-reġistratur tal-qorti jew kwalunkwe amministrazzjoni oħra? 7.
8. F'liema lingwa għandha nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi? Nista’ nagħmilha b’mod verbali jew trid tkun bil-bil-miktub? Nista’ nibgħat rikors b’faks jew b’ e-mail? 8.
9. Hemm formoli apposta sabiex tinfetaħ kawża, jew jekk le, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi? Hemm elementi li għandhom ikunu nklużi fil-fajl? 9.
10. Hemm xi ħlas mitlub mill-qorti? Jekk hemm, meta? Jkolli bżonn inħallas d-dritt ta’ avukat mal-preżentazzjoni tar-rikors? 10.
11. Għandi nitlob għajnuna legali? (Ara ‘oikeusapu’) 11.
12. Mil-liema mument l-azzjoni tiegħi tkun uffiċjalment kkunsidrata li tkun ġiet ippreżentata? L-awtoritajiet jikkonfermaw li l-azzjoni tkun ġiet ippreżentata bil-mod korrett? 12.
13. Jkolli informazzjoni dettaljata gwar il-dwar l-iskeda tal-progress tal-proċedura (tali bħall-ħin li jkolli biex nagħmel dehra)? 13.

 

MISTOQSIJIET PRELIMINARJI QABEL MA JINFETAĦ KAŻ:

1. Għandi bżonn immur il-Qorti?

Jista' jkun aktar addattat li wieħed jirrikorri għal proċeduri alternattivi: ‘. Ara informazzjoni relatata ma' dan is-suġġett.

2. Għadni fil-ħin li nġib azzjoni fil-Qorti?

Il-perijodi ta' limitazzjoni li japplikaw għal dritt ta' litigazzjoni jvarjaw u dan jiddependi skond il-każ. Kjarifika fuq il-kwistjoni tal-perijodi ta' żmien ta' limitazzjoni tista' tinkiseb mingħand avukat jew awtorità pubblika li tipprovdi informazzjoni fuq il-protezzjoni legali.

3. Ċert li għandi mmur il-Qorti fil-Finlandja?

Ara ‘t-tema Ġurisdizzjoni fil-Qrati

4. Jekk iva, quddiem liema Qorti tal-Ġustizzja fi għandi mmur fil-Finlandja, metta tikkonsidra fejn noqgħod jien u fejn toqgħod il-parti l-oħra, jew aspetti tal-każ tiegħi?

Ara ‘t-tema Ġurisdizzjoni fil-Qrati- Finlandja

5. Quddiem liema Qorti tal-Ġustizzja għandi mmur f'dan l-Istat Membru meta wieħed iqis il-kontenut tal-kawża u l-valur monetarju involut?

Ara Ara ‘t-tema Ġurisdizzjoni fil-Qrati- Finlandja.’

FuqFuq

KIF NIPPROĊEDI SABIEX NIPPREŻENTA L-KAŻ QUDDIEM IL-QORTI?

6. Nista’ nressaq azzjoni fil-qorti jiena stess jew għandi nirrikorri għal intermedjarju, tali li nkun rappreżentant b’avukat?

Persuna privata tista' tressaq kwalunkwe każ quddiem il-qorti mingħajr ma tuża konsulent legali, imma per eżempju f’każijiet komplikati, jista’ jkun vantaġġ li tqabbad avukat.

7. Lil min għandi napplika: lill-uffiċċju tal-qorti, lir-reġistratur tal-qorti jew kwalunkwe amministrazzjoni oħra?

Applikazzjonijiet għandhom isiru lill-uffiċċji tal-qorti.

8. F'liema lingwa għandha nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi? Nista’ nagħmilha b’mod verbali jew trid tkun bil-bil-miktub? Nista’ nibgħat rikors b’faks jew b’ e-mail?

Il-lingwi wżati fil-qrati Finlandiżi huma l-Finlandiż u l-Isvediż. Bħala regola, r-rikorsi għandhom tisiru bil-Finlandiż. Fil-provinċja ta’ Åland u f'xi distretti li jitkellmu bl-Isvediż, irid ikun wżat l-Isvediż. Iċ-ċittadini tal-Finlandja, l-Islanda, in-Norveġja, l-Isvezja u d-Danimarka jistgħu jużaw il-lingwa tagħhom stess jekk ikun hemm bżonn. Ir-rikorsi għandhom jiġu fformulati bil-lingwa addattata.

9. Hemm formoli apposta sabiex tinfetaħ kawża, jew jekk le, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi? Hemm elementi li għandhom ikunu nklużi fil-fajl?

Ma hemm ebda formoli apposta. Ir-rikors tiegħi jrid jgħid b’mod ċar x’inti titlob u Il-plaintiff juża l-u fuq liema bażi. Bħala regola, għandhek tehmeż mar-rikors tiegħek kwalunkwe kuntratti, obbligazzjonijiet u xi evidenza bil-miktub li għandhekk bżonn. (www.oikeus.fi/5829.htm suomi).

FuqFuq

10. Hemm xi ħlas mitlub mill-qorti? Jekk hemm, meta? Jkolli bżonn inħallas d-dritt ta’ avukat mal-preżentazzjoni tar-rikors?

Ladarba il-każ jispiċċa, il-qorti titlob miżata. Id-daqs tal-miżata (minimu ta' € 60) jiddependi fuq f'liema stadju tal-proċeduri tkun ingħata deċiżjonii. Xi kultant, il-kwistjoni tista' tiġi solvuta fuq il-bażi ta' materjal bil-miktub ippreżentat lill-qorti; imma ta’ spiss id-deiżjoni ma titeħidx qabel ma jintemm il-każ. Id-dritt ta’ l-avukat u meta jitħallas huma affari tal-kuntratt li mhumiex regolati b'regoli separati. (www.oikeus.fi/5835.htm suomi).

11. Għandi nitlob għajnuna legali? (Ara ‘oikeusapu’)

INFORMAZZJONI DWAR IL-PROGRESS TAL-PROĊEDURA

12. Mil-liema mument l-azzjoni tiegħi tkun uffiċjalment kkunsidrata li tkun ġiet ippreżentata? L-awtoritajiet jikkonfermaw li l-azzjoni tkun ġiet ippreżentata bil-mod korrett?

L-azzjoni tkun ġiet ippreżentata malli r-rikors jasal il-qorti. Il-Qorti għandha tipprovdi rċevuta meta tintalab. Il-qorti ma tipprovdix konfirma jekk il-każ ikunx ġie ppreżentat bil-mod korrett.

13. Jkolli informazzjoni dettaljata gwar il-dwar l-iskeda tal-progress tal-proċedura (tali bħall-ħin li jkolli biex nagħmel dehra)?

Il-qorti għandha tinformak dwar il-progress tal-proċeduri u jipprovdu skeda approssima. Inti tista’ tikkuntatja lill-qorti dwar kwalunkwe mistoqsijiet kif tkun qed timxi l-proċedura.

« Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Informazzjoni Ġenerali | Finlandja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 20-11-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit