Ordni Legali
Organizzazzjoni tal-Ġustizzja
Professjonijiet legali
Għajnuna legali
Jurisdizzjoni tal-qrati
Ftuħ ta’ kawża fil-qorti
Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura
Liġi applikabbli
Servizz tad-dokumenti
Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza
Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet
Infurzar tas-sentenzi
Proċeduri simplifikati u maġġla
Divorzju
Risponsabilità tal-ġenituri
Talbiet ta’manteniment
Falliment
Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni
Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità
Proċessar AwtomatikuL-Unjoni Ewropea tixiteq tiffissa żona ġenwina ta' ġustizzja. L-għan huwa li jkun possibbli għaċ-ċittadini Ewropej li jressqu każ il-qorti fi Stat Membru ieħor kif jagħmlu f'pajjiżhom stess.
Fl-1999, il-Kunsill Ewropew enfasizza l-importanza ta' aċċess faċli għall-ġustizzja. Stieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta inizjattivi dwar għajnuna legali, kumpens lill-vittmi tal-kriminalità u riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim. Stipula wkoll li l-istandards minimi komuni għandhom ikunu ffissati għal formoli jew dokumenti multilingwi li jridu jintużaw f'każijiet tal-qorti bejn il-fruntieri fl-Unjoni kollha.
Fi tmiem l-2002, il-Kummissjoni ppubblikat Green Paper dwar ordni Ewropew għall-proċedura ta' pagament u dwar miżuri li jissimplifikaw u jħaffu l-litigazzjoni għal talbiet żgħar. Il-Green Paper tqajjem il-kwistjoni dwar jekk formola standard għandhiex tinħoloq għall-preżentazzjoni ta' każijiet fil-qorti u x'arranġamenti prattiċi jkunu meħtieġa.
Fid-19 ta' Marzu 2004 il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament li joħloq ordni Ewropea għall-proċedura ta' pagamenti. Il-proċedura Ewropea uniformi l-ġdida li hija disponibbli, kemm għal-litigazzjoni bejn il-fruntieri kif ukoll għal-litigazzjoni domestika, hija bbażata fuq l-użu faċli ta' formoli standard li jintużaw biex isiru d-dikjarazzjonijiet tal-partijiet u d-deċiżjonijiet tal-qorti. Ir-rikorrent jintalab jidentifika t-talba in kwistjoni b'mod ċar u jelenka fil-qosor ir-raġunijiet għaliha. Jekk jintlaħqu r-rekwiżiti relevanti, il-qorti kompetenti toħroġ avviż ta’ ħlas mingħajr ma jkollha għalfejn teżamina l-mertu tat-talba. Fejn debitur ma jkunx issottometta l-eċċezzjonijiet tiegħu sa tliet ġimgħat wara li tkun waslitlu n-notifika ta’ tali avviż, ikun notifikat b’ordni eżegwibbli ta’ ħlas.
Fil-15 ta’ Marzu 2005 l-Kummissjoni Ewropea adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li joħloq Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. L-għan tal-proposta hu li tissimplifika, tħaffef u tnaqqas l-ispejjeż tal-litigazzjoni dwar talbiet żgħar billi tistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar li għandha tkun disponibbli għal-litiganti bħala alternattiva għall-proċeduri li jeżistu taħt il-liġijiet ta' l-Istati Membri li m'għandhomx jiġu effettwati.
Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja għandha r-regoli proprji tagħha dwar ir-referenza tal-każijiet.
Bħala regola ġenerali, l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea u l-qrati nazzjonali biss jistgħu jirreferu l-każijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja. F'xi ċirkostanzi, intrapriża jew individwu privat jistgħu jressqu każ quddiem il-Qorti. Dan hu l-każ għall-appelli lill-Qorti fir-rigward ta' deċiżjonijiet meħuda minn istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-kompetizzjoni, l-għotjiet Komunitraji, il-kuntratti ma' istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea jew is-servizz pubbliku Ewropew. Ir-regoli ta' proċedura jistgħu jkunu kkonsultati fuq il-websajt tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.
« Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Komunitarja - Informazzjoni Ġenerali »
L-aħħar aġġornament: 17-01-2007

