Kummissjoni Ewropea > NGE > Ftuħ ta’ kawża fil-qorti > Belġju

L-aħħar aġġornament: 19-05-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Belġju

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Għandek kwistjoni kontra intrapriża, professjonist, min iħaddmek, membru tal-familja tiegħek jew kwalunkwe persuna oħra, f’pajjiżek jew f’pajjiż barrani. Sabiex issolvi din il-kwistjoni, int ser issaqsi lilek innifsek numru ta’ mistoqsijiet, fosthom:



 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Bilfors irrid immur il-Qorti? 1.
2. Għadni biċ-ċans li niftaħ kawża fil-Qorti? 2.
3. Bilfors irrid nirrikorri quddiem Qorti Belġjana? 3.
4. Jekk iva, f’liema Qorti Belġjana partikolari għandi nressaq il-każ, skond il-post fejn noqgħod jien u fejn toqgħd il-parti l-oħra jew skond aspetti oħra tal-każ tiegħi? 4.
5. Quddiem liema Qorti għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, minħabba n-natura tat-talba tiegħi u l-ammont involut? 5.
6. Nista’ niftaħ kawża fil-Qorti waħdi jew għandi bżonn intermedjarju li jirrapreżentani, bħal per eżempju avukat? 6.
7. Fil-prattika lil min għandi nkellem: lill-uffiċċju ta’ l-informazzjoni, lir-Reġistru tal-Qorti jew lil xi amministrazzjoni oħra 7.
8. B’liema lingwa għandi nħejji t-talba tiegħi? Nista’ nagħmel dan bil-fomm jew bil-fors bil-miktub? Nista’ nressaq it-talba tiegħi permezz tal-fax jew permezz tal-posta elettronika? 8.
9. Jeżistu formoli apposta biex tippreżenta kawża? Jekk le, kif għandha tinbeda l-proċedura? It-talba bilfors irid ikun fiha ċerti elementi? 9.
10. Għandi nħallas xi spejjeż tal-Qorti? Jekk iva, meta għandhom jitħallsu? L-avukat għandu jitħallas malli tiġi ppreżentata t-talba? 10.
11. Nista’ nibbenefika mill-għajnuna legali? (ara s-suġġett l-Għajnuna legali11.
12. Minn meta t-talba tiegħi titqies uffiċjalment ippreżentata? L-awtoritajiet jikkonfermawli li l-każ tressaq kif jixraq? 12.
13. Jista’ jkolli tagħrif dettaljat dwar il-programm tas-seduti (per eżempju id-data li fiha rrid nidher il-Qorti)?

 13.

 

mistoqsijiet qabel tinfetaħ kawża fil-qorti

1. Bilfors irrid immur il-Qorti?

Fil-fatt jaqbel li tikkonsulta ‘Metodi alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim’. Ara dan is-suġġett.

2. Għadni biċ-ċans li niftaħ kawża fil-Qorti?

Il-perjodi ta’ preskrizzjoni biex jinfetħu l-kawżi fil-qorti jvarjaw skond il-każ partikolari. Il-kwistjoni tal-preskrizzjoni tista’ tiġi ċċarata minn konsulent legali jew minn xi uffiċċju ta’ informazzjoni għaċ-ċittadini dwar l-aċċess għall-ġustizzja.

3. Bilfors irrid nirrikorri quddiem Qorti Belġjana?

Ara s-suġġett ‘Kompetenza tal-Qrati’.

4. Jekk iva, f’liema Qorti Belġjana partikolari għandi nressaq il-każ, skond il-post fejn noqgħod jien u fejn toqgħd il-parti l-oħra jew skond aspetti oħra tal-każ tiegħi?

Ara s-suġġett ‘Kompetenza tal-Qrati – il-Belġju’.

5. Quddiem liema Qorti għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, minħabba n-natura tat-talba tiegħi u l-ammont involut?

Ara s-suġġett ‘Kompetenza tal-Qrati – il-Belġju’.

FuqFuq

Il-Proċedura biex tiftaħ kawża fil-qorti

6. Nista’ niftaħ kawża fil-Qorti waħdi jew għandi bżonn intermedjarju li jirrapreżentani, bħal per eżempju avukat?

  • Fil-prinċipju, il-partijiet huma obbligati jidhru huma stess jew permezz ta’ avukat, skond l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 728 tal-Kodiċi tal-Proċedura li jistipula li “f’każ ta’ ftuħ u tkomplija ta’ kawża, il-partijiet huma obbligati jidhru huma stess jew permezz ta’ avukat”.

Minbarra f’każ ta’ proċedura quddiem il-Qorti ta’ l-Appell (Art. 478 u 1080 tal-Kodiċi tal-Proċedura), il-partijiet jistgħu jidhru huma stess quddiem kull Qorti tas-sistema Legali u jippreżentaw huma stess il-konklużjonijiet u d-difiża tagħhom. Madankollu l-Qorti tista’ tiċħad dan id-dritt, jekk hi tagħraf li l-eċitament jew in-nuqqas ta’ esperjenza jfixklu lil parti milli tittratta l-kawża tagħha bid-dekor u l-kjarezza meħtieġa (Art. 758 tal-Kodiċi tal-Proċedura).

Jekk ir-rikorrent jiddeċiedi li ma jiftaħx il-kawża waħdu, hu jista’ jitlob is-servizz ta’ avukat.

Madankollu, kumpanija bħal soċjetà kummerċjali tista’ tidher biss personalment (jiġifieri permezz tal-korpi kompetenti tagħha) jew tkun irrappreżentata minn avukat u ma tistax titlob għall-benefiċċju ta’ l-eżenzjoni stipulat fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 728 tal-Kodiċi tal-Proċedura (ara hawn taħt).

  • Il-Kodiċi tal-Proċedura jirriserva, fil-prinċipju, lill-avukati r-rappreżentazzjoni tal-parti f’kawża quddiem il-Qrati. Fil-qafas ta’ l-Artikolu 440 tal-Kodiċi tal-Proċedura, il-privileġġi relatati mal-monopolju tar-rappreżentazzjoni jinvolvu d-dritt ta’ difiża, id-dritt li tidher quddiem il-Qorti u dak li tippreżenta d-difiża ta’ litigant. Il-membri ta’ l-avukatura għandhom ukoll id-dritt uniku li jiffirmaw fuq rikors unilaterali, minbarra fl-eċċezzjonijiet previsti mil-liġi (Art.1026, 5°, tal-Kodiċi tal-Proċedura).

Madankollu, fir-rigward tal-proċedura quddiem il-Qorti ta’ l-Appell, l-intervent ta’ avukat bit-titlu ta’ avukat tal-Qorti ta’ l-Appell hu obbligat bil-liġi. Din il-kondizzjoni ma’ tapplikax għall-parti ċivili fil-qasam penali (Art. 478 tal-Kodiċi tal-Proċedura).

FuqFuq

  • Għaldaqstant, il-liġi tipprovdi diversi eċċezzjonijiet għall-prinċipju fl-Artikolu 728 tal-Kodiċi tal-Proċedura li jistipula li l-partijiet jidhru huma stess jew permezz ta’ avukat matul il-ftuħ u t-tkomplija ta’ kawża (paragrafi 2 u 3 ta’ l-Artikolu 728 tal-Kodiċi tal-Proċedura).

Id-dritt li parti tiġi rrappreżentata waqt proċedura jinkludi wkoll dak li titressaq l-istess proċedura.

Quddiem l-Imħallef tat-Talbiet Żgħar, it-Tribunal tal-Kummerċ u t-Tribunal Industrijali il-partijiet jistgħu jkunu rrappreżentati mhux biss minn avukat iżda wkoll mill-konjuġi jew minn persuna li tingħata prokura bil-miktub li tiġi approvata mill-Qorti (it-tieni paragrafu, Art. 728 tal-Kodiċi tal-Proċedura).

Quddiem it-Tribunal Industrijali (it-tielet paragrafu, Art 728 tal-Kodiċi tal-Proċedura):  

    • il-ħaddiem (jew impjegat) jista’ jkun irrappreżentat minn delegat ta’ l-ogranizzazzjoni rappreżentattiva tal-ħaddiema (rappreżentant ta’ l-union), li jinħatar prokuratur bil-miktub. Ir-rappreżentant ta’ l-union jista’ jimla l-formalitajiet meħtieġa f’isem il-ħaddiem, jiddefendi l-każ u jirċievi l-komunikazzjonijiet kollha marbuta ma’ l-eżaminazzjoni u l-ġuri;
    • il-ħaddiem indipendenti jista’, fil-każi marbuta mad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tiegħu fl-istatus tiegħu ta’ ħaddiem indipendenti jew ta’ ħaddiem bi bżonnijiet speċjali, ikun rappreżentat ukoll minn delegat ta’ organizzazzjoni li tirrappreżenta l-ħaddiema indipendenti;
    • fil-kawżi ibbażati fuq il-liġi tas-7 ta’ Awwissu 1974 li tistabbilixxi d-dritt għal ammont minimu ta’ mezzi ta’ għixien (il-minimex) u fil-kawżi ibbażati fuq il-liġi tat-8 ta’ Lulju 1976 dwar iċ-ċentri ta’ assistenza pubblika soċjali (CPAS), il-parti f’kawża tista’ tiġi assistita jew irrappreżentata minn delegat ta’ organizzazzjoni soċjali li jiddefendi d-drittijiet tal-klassi ta’ persuni li għalihom tapplika l-leġiżlazzjoni relevanti.

Minbarra l-eċċezzjonijiet imsemmija qabel, jeżisti numru limitat ta’ eċċezzjonijiet legali oħra, b’mod partikolari fil-qasam tal-ħtif u tal-kustodja tat-tfal.

FuqFuq

Dawn huma talbiet ibbażati fuq:

    •  il-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-25 ta’ Ottubru 1980 dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali tat-tfal u biex huma jiġu rritornati, ir-rispett tad-dritt tal-kustodja jew ta’ l-aċċess li jeżisti fi Stat ieħor, jew maħsuba għall-organizzazzjoni tad-dritt ta’ l-aċċess u
    • il-Konvenzjoni Ewropea ta’ l-20 ta’ Mejju 1980 dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-kustodja tat-tfal u r-reintegrazzjoni tal-kustodja,

F’dan il-qasam, min jagħmel it-talba jista’ jkun irrappreżentat mis-servizz ta’ prosekuzzjoni (Art.1322quinquies tal-Kodiċi tal-Proċedura) wara li jkun ikkuntattja lill-awtorità ċentrali.

Għaldaqstant, meta t-talba ssir permezz ta’ intermedjarju ta’ l-awtorità ċentrali maħtur fuq il-bażi ta’ waħda mill-Konvenzjonijiet imsemmija qabel, ir-rikors ikun iffirmat u mressaq quddiem il-President tat-Tribunal mill-Avukat Ġenerali tar-Repubblika. F’każ ta’ kunflitt ta’ interess ta’ l-Avukat Ġenerali, ir-rikors ikun iffirmat u mressaq quddiem il-President tat-Tribunal mill-avukat maħtur mill-awtorità ċentrali.

  • Minbarra l-konsiderazzjonijiet ġenerali msemmija qabel, biex issir magħrufa l-possibbiltà li persuna tiftaħ kawża fil-Qorti weħidha jew b’rappreżentazzjoni ta’ avukat, jaqbel li ssir distinzjoni fost il-modi ta’ kif tinfetaħ kawża fil-Qorti.

Fil-liġi Belġjana jeżistu diversi modi ta’ kif tinfetaħ kawża fil-Qorti. Din tista’ tinfetaħ permezz ta’ ċitazzjoni, sottomissjoni volontarja, applikazzjoni inter-partes  jew rikors unilaterali (ara infra). Hi t-talba, jiġifieri n-notifika ta’ l-azzjoni ppreżentata biex id-drittijiet jiġu rikonoxxuti, li tniedi l-proċeduri. Ġeneralment dan isir permezz tal-marixxalli tal-Qorti.

FuqFuq

Bħala regola, azzjoni tibda fil-Qorti rilevanti meta l-marixxall jinnotifika ċ-ċitazzjoni (Art.700 tal-Kodiċi tal-Proċedura). Is-sottomissjoni volontarja, t-talba inter-partes  u r-rikors unilaterali huma eċċezzjonijiet għal din ir-regola ġenerali.

Hawn taħt għandek issib żewġ tabelli relatati rispettivament ma’ min jiftaħ il-kawża u mar-rappreżentazzjoni jew le permezz ta’ avukat skond il-kawża kkonċernata.

Il-persuna li tiftaħ il-kawża skond kif din tinbeda:

Mod kif tinfetaħ kawża

Persuna li tiftaħ il-kawża

Ċitazzjoni (Artikoli 727 sa 730 tal-Kodiċi tal-Proċedura)Ir-rikorrent (jew l-avukat tiegħu) jitlob lill-uffiċjal tal-Qorti biex jinnotifika ċ-ċitazzjoni
Sottomissjoni volontarja (Art. 706 tal-Kodiċi tal-Proċedura)Il-partijiet fil-kawża (jew l-avukati tagħhom) jidhru quddiem il-Qorti.
Applikazzjoni inter-partes (Art. 1034bis sa 1034sexies tal-Kodiċi tal-Proċedura)Min qed jagħmel it-talba (jew l-avukat tiegħu/tagħha) jibda l-proċeduri hu stess.
Rikors unilaterali (Art. 1025 sa 1034 tal-Kodiċi tal-Proċedura)Min qed jagħmel it-talba (jew l-avukat tiegħu/tagħha).

Rappreżentazzjoni minn avukat jew le skond kif tinfetaħ il-kawża:

Mod kif tinfetaħ kawża

Rappreżentazzjoni minn avukat

Ċitazzjoni
Preżentazzjoni volontarjaAċċettata iżda mhix obbligatorja.
Rikors inter partes
Rikors unilateraliObbligatorja fil-liġi ordinarja għall-iffirmar tat-talba(1) u, ħlief f’eċċezzjonijiet stipulati mil-liġi, ir-rikors jista’ jitressaq biss minn avukat (l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 1027, tal-Kodiċi tal-Proċedura).

[1] L-għan ta’ din l-esiġenza legali hu dak li timpedixxi talbiet fiergħa u vessatorji. Għall-bqija tal-proċedura, ir-rikorrent jista’ jkun irrappreżentat u/jew assistit minn avukat iżda jista’ jiddeċiedi wkoll li jiddefendi ruħu waħdu.

  • Fir-rigward tas-suġġett skond il-mod li bih il-kawża hi introdotta: 
    Ġeneralment kawża tinbeda permezz ta’ ċitazzjoni, ikun xi jkun is-suġġett.

Ir-rikors inter partes (Artikolu 1034bis sa 1034sexies tal-Kodiċi tal-Proċedura) jista’ jintuża f’diversi każijiet stipulati mil-liġi. Id-dispożizzjonijiet ewlenin li jirregolaw il-preżentazzjoni ta’ rikors inter partes huma l-Artikoli 704, 813, it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 1056, 1193bis, 1320, 1344bis, 1371bis, it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 1454 tal-Kodiċi tal-Proċedura kif ukoll l-Artikoli 228, 331, 331bis, 340f, 487ter tal-Kodiċi Ċivili.

Dawn id-dispożizzjonijiet jinvolvu b’mod partikolari:

    • l-intervent volontarju ta’ terza parti;
    • xi bejgħ ta’ immobbli;
    • l-alimenti (ordni ta’ ħlas, żieda, tnaqqis jew twaqqif tal-manteniment);
    • il-kiri ta’ affarijiet;  
    • biex jiġu ntaxxati l-ispejjeż ta’ sekwestru.

It-talbiet isiru permezz ta’ rikors miktub, mogħti jew mibgħut b’ittra reġistrata, lir-reġistratur tal-Qorti. Il-partijiet jissejħu mir-reġistratur biex jidhru fl-udjenza stipulata mill-Qorti.

FuqFuq

Rikors unilaterali (Artikoli 1025 sa 1034 tal-Kodiċi tal-Proċedura), jista’ jintuża’ biss f’każi stipulati mil-liġi. Issir referenza għalih b’mod partikolari fl-Artikoli 584, 585, 588, 594, 606, 708, 1149, 1168, 1177, 1186 sa 1189, 1192 u 1195 tal-Kodiċi tal-Proċedura. Hu jintuża wkoll meta t-talba inter-partes ma tistax tiġi implimentata minħabba n-nuqqas ta’ kontroparti.

Ir-rikors unilaterali ġeneralment jintuża għall-proċeduri unilaterali, per eżempju f’każ ta’ bżonn assolut.

Meta t-talba titressaq permezz ta’ rikors unilaterali, din għandha tinkludi l-firma ta’ l-avukat ħlief jekk il-liġi tistipula mod ieħor, inkella tista’ tiġi annullata.

Għalhekk ġeneralment ir-rappreżentazzjoni permezz ta’ avukat hi mitluba biex talba tiġi ppreżentata b’rikors unilaterali.

Fil-każ tas-sottomissjoni volontarja, il-partijiet jistgħu jidhru b’mod volontarju, jekk is-suġġett tat-tilwima jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti, quddiem:

    • it-Tribunal tal-Prim Istanza; 
    • it-Tribunal Industrijali;
    • it-Tribunal tal-Kummerċ;
    • l-Imħallef tat-Talbiet Żgħar jew
    • il-Qorti tal-Maġistrati li quddiemha jitressqu każi ċivili.

Fil-kwadru tas-sottomissjoni volontarja, id-dikjarazzjoni tal-partijiet li jitolbu li l-każ jinstema’ tkun iffirmata minnhom fi tmiem ir-rapport imħejji mill-Imħallef.

Dan il-mod ta’ ftuħ ta’ kawża hu possibbli ikun xi jkun is-suġġett u jippermetti li jiġu ffrankati l-ispejjeż u l-ħin.

7. Fil-prattika lil min għandi nkellem: lill-uffiċċju ta’ l-informazzjoni, lir-Reġistru tal-Qorti jew lil xi amministrazzjoni oħra

Kull min jixtieq jiftaħ kawża jista’ jmur għand l-uffiċċju ta’ l-informazzjoni tal-Qorti konċernata jew fir-Reġistru tagħha.

FuqFuq

Meta l-kawża tibda b’ċitazzjoni, ir-reġistratur tal-Qorti hu responsabbli min-notifika u jitlob li titniżżel fir-reġistru ġenerali fuq preżentazzjoni ta’ l-oriġinal, jew, skond il-każ, tal-kopja ċertifikata taċ-ċitazzjoni (Artikolu 718 tal-Kodiċi tal-Proċedura). Reġistru, li fuqu jitniżżlu l-kawżi kollha, jinżamm fir-reġistru tal-Qorti. Biex l-iskrizzjoni fir-reġistru tkun valida hi għandha ssir mhux aktar tard minn lejlet il-jum tas-smigħ tal-kawża. Ir-reġistru ġenerali hu pubbliku (Artikolu 719 tal-Kodiċi tal-Proċedura). Dan ifisser li l-imħarrek jista’ jiċċekkja jekk iċ-ċitazzjoni tkunx tniżżlet sew fir-reġistru ġenerali.

F’każ ta’ rikors volontarju, il-partijiet jew l-avukati tagħhom jitolbu lir-reġistratur tal-Qorti biex il-każ jitniżżel fir-reġistru. 

Ir-rikors inter partes jintbagħat mar-reġistratur tal-Qorti jew b’ittra reġistrata lil dan ta’ l-aħħar jew mir-rikorrent jew mill-avukat tiegħu, f’ammont ta’ kopji daqs kemm huma l-partijiet involuti (Artikolu 1034quinquies tal-Kodiċi tal-Proċedura).

Rikors unilaterali jintbagħat mill-avukat f’żewġ kopji lill-Qorti rilevanti. Jista’ jitqiegħed ukoll fir-reġistru tal-Qorti (Artikolu 1027 tal-Kodiċi tal-Proċedura).

8. B’liema lingwa għandi nħejji t-talba tiegħi? Nista’ nagħmel dan bil-fomm jew bil-fors bil-miktub? Nista’ nressaq it-talba tiegħi permezz tal-fax jew permezz tal-posta elettronika?

  1. Rigward l-użu tal-lingwi, jaqbel li wieħed jirreferi għal-liġi tal-15 ta’ Ġunju 1935 dwar l-użu tal-lingwi fil-qasam legali (ippubblikata fil-Moniteur belge fit-22 ta’ Ġunju 1935). Din il-liġi tistipula r-regoli applikabbli rigward l-użu tal-lingwi, b’mod partikolari quddiem il-Qrati ċivili u kummerċjali tar-Renju.
    Bażikament il-lingwa tiddependi fuq is-sitwazzjoni ġeografika tal-Qorti kompetenti. Skond l-Artikolu 42 tal-liġi, jeżistu tliet reġjuni lingwistiċi: ir-reġjun tal-lingwa Franċiża, ir-reġjun tal-lingwa Olandiża u r-reġjun tal-lingwa Ġermaniża. Teżisti wkoll iz-zona metropolitana ta’ Brussell fejn jintużaw żewġ lingwi (Franċiż/Olandiż) li għall-finijiet tal-liġi msemmija qabel, tinkludi l-komuni li ġejjin: Anderlecht, Auderghem, Berchem-Sainte-Agathe, Bruxelles, Etterbeek, Evere, Forest, Ganshoren, Ixelles, Jette-Saint-Pierre, Koekelberg, Molenbeek-Saint-Jean, Saint-Gilles, Saint-Josse-ten-Noode, Schaerbeek, Uccle, Watermael-Boitsfort, Woluwé-Saint-Lambert u Woluwé-Saint-Pierre.
    Madankollu f’xi kondizzjonijiet hu possibli li tinfetaħ kawża quddiem il-Qorti f’lingwa li mhix dik li s-soltu tintuża fir-reġjun. F’ċerti ċirkostanzi jista’ jsir bdil tal-lingwa tal-proċedura, ġeneralment fil-bidu tal-proċedura.
  2. It-tħejjija tat-talba: jekk l-proċedura tibda b’ċitazzjoni, rikors inter partes jew rikors unilaterali, hi għandha tkun bil-miktub u tirrispetta diversi kondizzjonijiet fil-forma. Għaldaqstant, minn meta każ jitniżżel fir-reġistru ġenerali ta’ Qorti, fajl, imsejjaħ “fajl ta’ proċedura” jinħoloq mill-uffiċjal tal-Qorti. Il-fajl tal-proċedura jingħata lill-Imħallef responsabbli, u f’każ ta’ rikors ta’ appell jew quddiem il-Qorti ta’ l-Appell, il-fajl jingħata lill-uffiċjal tal-Qorti Superjuri.
  3. Bħalissa, l-ebda applikazzjoni ma tista’ tintbagħat permezz tal-fax jew il-posta elettronika.
    Il-miżuri li jimplimentaw il-liġi ta’ l-20 ta’ Ottubru 2000, li tintroduċi l-użu tal-mezzi ta’ telekomunikazzjoni u tal-faċilitajiet ta’ firma elettronika fil-proċedura legali u extra-legali, ippubblikati fil-Moniteur Belge fit-22 ta’ Diċembru 2000, għadhom ma ġewx adottati.

9. Jeżistu formoli apposta biex tippreżenta kawża? Jekk le, kif għandha tinbeda l-proċedura? It-talba bilfors irid ikun fiha ċerti elementi?

  1. Legalment, ma jeżistux formoli tal-kawżi stampati. Madankollu, t-talba għandha tinkludi diversi elementi, inkella tiġi nulla.
  2. Iċ-ċitazzjoni, ir-rikors inter partes u r-rikors unilaterali għandhom jirrispettaw il-kondizzjonijiet legali stipulati mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Proċedura, inkella jiġu nulli. Dawn l-elementi li bilfors iridu jkunu inklużi fit-talba jikkonċernaw, b’mod partikolari, tagħrif dwar il-partijiet konċernat, is-suġġett tat-talba, tagħrif dwar l-Imħallef kompetenti u d-data tas-smigħ.

Għalhekk, ċitazzjoni tinkludi (Artikoli 43 u 702 tal-Kodiċi tal-Proċedura), fost l-oħrajn,:

FuqFuq

    • il-firma ta’ l-uffiċjal tal-Qorti li jkun qiegħed iserviha;
    • il-kunjom, l-ismijiet u l-indirizz fiss tar-rikorrent;
    • il-kunjom, l-ismijiet u l-indirizz fiss, jew fin-nuqqas ta’ dan, residenza tal-persuna mħarrka;
    • is-suġġett u deskrizzjoni fil-qosor tat-talba;
    • tagħrif dwar l-Imħallef li se jisma’ l-każ;
    • tagħrif dwar il-jum, ix-xahar u s-sena u l-post tan-notifika
    • tagħrif dwar il-post, il-jum u l-ħin tas-smigħ.

Ir-rikors inter partes jinkludi (Artikolu 1034 tal-Kodiċi tal-Proċedura):

    • tagħrif dwar il-jum, ix-xahar u s-sena;
    • il-kunjom, l-isem, il-professjoni u l-indirizz fiss tar-rikorrent, u, skond il-każ, l-istatus tiegħu u r-reġistrazzjoni tiegħu fir-reġistru tal-kumpanniji jew tal-kummerċ;
    • il-kunjom, l-isem, l-indirizz fiss, u, skond il-każ, l-istatus tal-persuna li għandha tiġi mħarrka;
    • is-suġġett u deskrizzjoni fil-qosor tat-talba;
    • tagħrif dwar l-Imħallef li se jisma’ l-każ;
    • il-firma tar-rikorrent jew ta’ l-avukat tiegħu.

Ir-rikors unilaterali jinkludi t-tagħrif li ġej (Artikolu 1026 tal-Kodiċi tal-Proċedura):

    • tagħrif dwar il-jum, ix-xahar u s-sena;
    • il-kunjom, l-isem, il-professjoni u l-indirizz fiss tar-rikorrent, u, skond il-każ, il-kunjom, l-isem, l-indirizz fiss u l-istatus tal-konsulenti legali tiegħu;
    • is-suġġett u deskrizzjoni fil-qosor tat-talba;
    • tagħrif dwar l-Imħallef li se jisma’ l-każ;
    • ħlief jekk il-liġi titlob mod ieħor, il-firma ta’ l-avukat tal-parti.

Fil-każ ta’ rikors volontarju fil-Qrati tal-Prim Istanza (quddiem it-Tribunal tal-Prim Istanza, it-Tribunal tax-Xogħol, it-Tribunal tal-Kummerċ, l-Imħallef tat-Talbiet Żgħar jew il-Qorti tal-Pulizija li quddiemha jitressqu każi ċivili), l-Imħallef jistipula rapport, li fuqu tiġi bbażata d-dikjarazzjoni taż-żewġ partijiet li jitolbu biex il-kawża tinfetaħ, li jkun iffirmat minn dawn ta’ l-aħħar skond l-Artikolu 706 tal-Kodiċi tal-Proċedura.

FuqFuq

10. Għandi nħallas xi spejjeż tal-Qorti? Jekk iva, meta għandhom jitħallsu? L-avukat għandu jitħallas malli tiġi ppreżentata t-talba?

  1. Iva, għandhom jitħallsu l-ispejjeż tal-Qorti. L-ispejjeż u n-nefqiet marbuta mal-proċedura jinkludu, b’mod partikolari, id-drittijiet tal-boll, tar-Reġistratur u tar-reġistrazzjoni, l-ispiża u d-drittijiet u s-salarji marbuta ma’ l-atti legali, l-ispiża tar-reġistrazzjoni tal-verdett (Artikolu 1018 tal-Kodiċi tal-Proċedura).
  2. L-ewwel darba li tinfetaħ kawża quddiem il-Qorti, il-dritt ikkonċernat hu d-dritt tar-reġistru, imressaq mir-rikorrent. L-ispejjeż tar-reġistru jinkludu l-ispiża tad-dħul fir-reġistru, l-ispiża ta’ l-abbozzar u l-ispiża tal-kopji ċertifikati. Kull verdett finali, skond l-Artikolu 1017 tal-Kodiċi tal-Proċedura, jitlob il-ħlas ta’ dawn l-ispejjeż, normalment mill-parti li tkun tilfet. Madankollu l-Qorti tista’ tirriżerva xi spejjeż. F’dan il-każ, dawn jiġu kkalkulati mill-imħallef li jkun ta l-verdett fuq talba tal-parti l-aktar diliġenti.
  3. Id-drittijiet u l-ispejjeż ta’ l-avukat mhumiex inklużi fl-ispejjeż u n-nefqiet. Dawn huma stipulati fil-kuntratt ta’ l-avukat mal-klijent. Għalhekk kull parti tħallas l-ispejjeż tal-konsulent legali tagħha.

11. Nista’ nibbenefika mill-għajnuna legali? (ara s-suġġett l-Għajnuna legali)

Il-progress tal-kawża

12. Minn meta t-talba tiegħi titqies uffiċjalment ippreżentata? L-awtoritajiet jikkonfermawli li l-każ tressaq kif jixraq?

  1. Il-każ hu riferit lill-Qorti meta jintiżżel fir-reġistru ġenerali, anke f’każ ta’ preżentazzjoni volontarja.
    Ta’ min jippreċiża li r-rikorsi unilaterali u r-rikorsi ta’ proċedura sommarja jitniżżlu f’reġistri partikolari, u t-tressiq tal-każ quddiem il-Qorti jiddependi fuqhom.
  2. Konferma bħala tali ma tintbagħatx lill-parti fil-kawża. Madankollu, il-partijiet jistgħu jikkonsultaw ir-reġistru ġenerali biex ikunu żguri li l-każ tniżżel sew fir-reġistru. Ġaladarba l-każ ikun tniżżel fir-reġistru, il-Qorti hi obbligata tisimgħu u tagħti l-verdett tagħha.

13. Jista’ jkolli tagħrif dettaljat dwar il-programm tas-seduti (per eżempju id-data li fiha rrid nidher il-Qorti)?

Bħala regola ġenerali, it-tagħrif dwar il-progress tal-proċedura jista’ jingħata mill-konsulent legali jekk il-parti tkun irrappreżentata minn avukat. Jista’ jinkiseb ukoll xi tagħrif mill-uffiċċju tas-Segretarju tal-Qorti rilevanti. Barra minn hekk, xi tagħrif, u b’mod partikolari d-data tas-smigħ u indikazzjoni ta’ l-imħallef responsabbli mill-każ, ikunu jinsabu fiċ-ċitazzjoni.

FuqFuq

B’mod partikolari, it-tagħrif marbut ma’ l-ewwel smigħ jingħata fl-ewwel stadju. F’każ ta’:

  • ċitazzjoni, l-uffiċjal tal-Qorti jinforma lir-rikorrent bid-data ta’ l-ewwel smigħ, li hi l-ewwel stadju tal-proċedura;
  • rikors inter partes jew preżentazzjoni volontarja, l-uffiċjal tal-Qorti jgħarraf lill-partijiet;
  • rikors unilaterali, m’hemmx smigħ. Madankollu l-uffiċjal tal-Qorti jista’ jsejjaħ lir-rikorrent f’każ li l-Imħallef ikun jixtieq iressaqlu xi domandi. 

Fit-tieni stadju, il-każ jitlesta għas-smigħ. F’dan ir-rigward kull parti għandha żmien stipulat mil-Liġi (Artikolu 747(1), tal-Kodiċi tal-Proċedura) biex tressaq dokumenti u konklużjonijiet (argumentazzjoni u dikjarazzjonijiet bil-miktub). F’każ li dan iż-żmien stipulat ma jiġix rispettat, sistema ta’ sanzjonijiet tinsab fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 747 tal-Kodiċi tal-Proċedura.

Meta l-każ ikun lest biex jitressaq għas-smigħ, il-partijiet jistaqsu għal data ta’ smigħ. Id-data stipulata tiddependi mill-ammont ta’ xogħol tal-Qorti u miż-żmien disponibbli li jista’ jiġi dedikat għall-każ. Minħabba proċeduri partikolari f’ċerti każi (esperti, interrogazzjonijiet tal-partijiet, smigħ ta’ xhieda), hu diffiċli li t-tul globali tal-proċedura jiġi previst bi preċiżjoni. Fil-fatt, il-proċedura tista’ tiġi titwaqqaf, tiġi sospiża jew abbandunata.

Fi tmiem is-smigħ, is-sottomissjonijiet huma magħluqa u l-imħallef jista’ jiddelibera. Hu għandu, fil-prinċipju, jaqta’ s-sentenza fi żmien xahar minn meta jibda jiddelibera skond l-Artikolu 770 tal-Kodiċi tal-Proċedura.

Aktar tagħrif

Id-dispożizzjonijiet u t-testijiet imsemmija f’dan l-artiklu jistgħu jinstabu, fil-verżjoni aġġornata, taħt it-taqsima “Législation consolidée” tas-sit Service Public Fédéral JUSTICE Deutsch - français - Nederlands.

« Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Informazzjoni Ġenerali | Belġju - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 19-05-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit