Kummissjoni Ewropea > NGE > Ftuħ ta’ kawża fil-qorti > Awstrija

L-aħħar aġġornament: 24-10-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Awstrija

Għandek kwistjoni ma’ kumpanija, ma’ professjonist, ma’ min jimpjegak, ma’ membru tal-familja jew ma’ persuna oħra f’pajjiżek jew barra minn pajjiżek. Kif tista’ ssolvi l-każ?



 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Bilfors irrid inressaq il-każ tiegħi quddiem Qorti? 1.
2. Għadni fil-ħin biex inressaq il-każ tiegħi quddiem Qorti? 2.
3. Bilfors irrid nirrikorri quddiem Qorti Awstrijaka? 3.
4. Jekk dak huwa l-każ, f’liema Qorti partikolari Awstrijaka għandi nressaq il-każ tiegħi skond fejn jien ngħix u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skond elementi oħra relattivi għall-post tat-talba tiegħi? 4.
5. Quddiem liema Qorti għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru skond in-natura tat-talba tiegħi u l-ammont involut? 5.
6. Nista’ inressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn ta’ xi intermedjarju, bħal per eżempju avukat? 6.
7. Fil-prattika fejn għandi nressaq il-każ tiegħi, fl-uffiċċju ta’ l-informazzjoni, fir-reġistru tal-Qorti jew quddiem xi organu amministrattiv ieħor? 7.
8. F’liema lingwa nista’ nressaq it-talba tiegħi? Nista’ nippreżentaha verbalment jew obbligat nagħmilha bil-miktub? Nista’ nibgħatha bil-fax jew bil-posta elettronika? 8.
9. Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tippreżenta talba? Jekk le, kif għandi nabbozza t-talba tiegħi? X’ elementi partikolari jrid ikollha t-talba? 9.
10. Huwa meħtieġ ħlas lill-Qorti? Jekk huwa hekk, meta? Hemm bżonn li l-avukat jitħallas mal-preżentazzjoni tat-talba? 10.
11. Nista’ nibbenefika mill-għajnuna legali? (Ara t-tema ’Għajnuna Legali11.
12. Minn liema mument titqies li ġiet ippreżentata t-talba tiegħi? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet li t-talba tiegħi tressqet b’mod korrett? 12.
13. Nista’ nikseb informazzjoni preċiża dwar is-seduti li se jinżammu (bħal per eżempju ż-żmien meħtieġ sakemm isir l-ewwel smigħ)? 13.

 

MISTOQSIJIET TA’ QABEL IL-PREŻENTAZZJONI TA’ TALBIET QUDDIEM QORTI

1. Bilfors irrid inressaq il-każ tiegħi quddiem Qorti? 

Jista’ jkun utli li tikkonsulta il-'Metodi alternattivi għas-soluzzjoni tal-kwistjonijiet'. Ara din it-tema.

2. Għadni fil-ħin biex inressaq il-każ tiegħi quddiem Qorti? 

Il-perjodi ta’ preskrizzjoni biex tressaq kawża quddiem Qorti jvarjaw skond il-każ ikkonċernat.  Tista’ tikseb tweġiba għall-mistoqsija tiegħek billi tfittex parir legali.

3. Bilfors irrid nirrikorri quddiem Qorti Awstrijaka? 

Ara t-tema “Il-kompetenza tal-Qrati

4. Jekk dak huwa l-każ, f’liema Qorti partikolari Awstrijaka għandi nressaq il-każ tiegħi skond fejn jien ngħix u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skond elementi oħra relattivi għall-post tat-talba tiegħi? 

Ara t-tema “Il-kompetenza tal-Qrati fl-Awstrija

5. Quddiem liema Qorti għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru skond in-natura tat-talba tiegħi u l-ammont involut? 

Ara t-tema “Il-kompetenza tal-Qrati fl-Awstrija

FuqFuq

PROĊEDURA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TA’ TALBIET QUDDIEM QORTI

6. Nista’ inressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn ta’ xi intermedjarju, bħal per eżempju avukat?

Fi kwistjonijiet ta’ materja ċivili u kummerċjali, li jiġu trattati fi proċeduri legali, l-azzjoni legali quddiem qorti distrettwali trid tiġi ffirmata minn avukat (li bħala regola huma l-qrati kompetenti għal ammonti f’ tilwima sa 10,000 Euro), meta l-valur ta’ l-ammont fit-tilwima jaqbeż l-4,000 Euro. L-obbligu ta’ rappreżentanza minn avukat mhux meħtieġ fil-kawżi kollha, li independentement mill-ammont fit-tilwima (allura anki f’każi fejn l-ammont jaqbeż l-10,000 Euro) isiru quddiem qorti distrettwali (speċjalment kwistjonijiet fuq il-filjazzjoni, fuq il-manteniment mistħoqq skond il-liġi u fuq id-divorzju kif ukoll fuq kwistjonijiet dwar ir-relazzjoni reċiproka bejn il-miżżewġin jew bejn il-ġenituri u l-ulied, kwistjonijiet fuq id-definizzjoni jew il-korrezzjoni ta’ limiti ta’ biċċa art, fuq l-użu ta’ dar minn terzi persuni u fuq l-użu ta’ art minn familjari, kwistjonijiet minħabba interferenza fi proprjetà kif ukoll dwar kuntratti ta’ kiri u użu ta’ postijiet residenzjali u ta’ negozju, inkluż l-art fejn jiġu pparkjati l-karozzi u l-garaxxijiet, dwar kwistjonijiet ġejjin minn kuntratti ta’ kiri ta’ artijiet u dwar intrapriżi b’patrimonju ta’ artijiet, anki kwistjonijiet minn relazzjonijiet kuntrattwali bejn kumpaniji tal-vapuri, ta’ trasport, sidien u dawk li jagħtu kuntratti ta’ xogħol, vjaġġaturi u klijenti fi stabbilimenti).

FuqFuq

Rappreżentanza minn avukat mhix meħtieġa wkoll fil-kawżi kollha mingħajr tilwim (fejn l-għażla ta’ ġurisdizzjoni hija libera).

Sakemm ma jkunx hemm l-obbligu ta’ avukat quddiem il-qorti distrettwali, kulħadd jista’ jressaq każ il-qorti bil-miktub u jagħmel applikazzjoni li tibda l-proċedura legali.

Fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, li jiġu trattati fi proċedura legali, l-azzjoni legali quddiem il-qrati reġjonali dejjem trid tiġi ffirmata bħala regola minn avukat. Quddiem il-qrati reġjonali għandhom jiġu ppreżentati dawk il-kawżi kollha, li għalihom il-qorti distrettwali mhix il-qorti kompetenti, kif ukoll, independentement mill-ammont fit-tilwima, speċjalment kwistjonijiet dwar il-ħarsien ta’ proprjetà industrijali, kompetizzjoni inġusta, kawżi dwar negliġenza minn għaqdiet li jipproteġu l-konsumatur.

Rappreżentanza minn avukat mhix meħtieġa fil-kawżi kollha li jinvolvu kwistjonijiet industrijali jew soċjali (kawżi skond l-ASGG) quddiem il-qorti reġjonali, speċjalment it-talbiet li jirriżultaw minn relazzjonijiet industrijali minn impjegat kontra min iħaddem.

7. Fil-prattika fejn għandi nressaq il-każ tiegħi, fl-uffiċċju ta’ l-informazzjoni, fir-reġistru tal-Qorti jew quddiem xi organu amministrattiv ieħor?

Il-kawża bil-miktub għandha tintbagħat fl-indirizz postali tal-qorti.

Il-kawża tista’ wkoll tiġi ppreżentata verbalment fil-ħinijiet tal-pubbliku mill-parti mhux rappreżentata minn avukat fid-dipartiment tal-qorti responsabbli għal dan il-każ jew tal-qorti distrettwali rispettiva, fejn il-parti għandha r-residenza tagħha (dejjem taħt is-superviżjoni ta’ l-imħallef responsabbli). Id-dipartiment tal-qorti inkarigat ikun ġie magħżul minn qabel permezz tat-tqassim tax-xogħol u huwa aċċessibbli telefonikament jew fil-post tal-qorti stess dejjem waqt ħinijiet tal-pubbliku. Il-ħinijiet tal-pubbliku tal-qorti distrettwali rispettiva (kull ġimgħa mill-inqas nofs ta’ nhar wieħed) jinsabu fuq il- homepage Deutsch - English - français tal-Minsteru Federali tal-Ġustizzja taħt il-kelma ta’ tiftixa "Gerichtsdatenbank" jew billi wieħed iċempel il-qorti - waqt il-ħinijiet tal-pubbliku (normalment, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, minbarra l-festi mit-8.00 sa’ l-4.00 pm).

FuqFuq

8. F’liema lingwa nista’ nressaq it-talba tiegħi? Nista’ nippreżentaha verbalment jew obbligat nagħmilha bil-miktub? Nista’ nibgħatha bil-fax jew bil-posta elettronika?

Quddiem il-qrati kollha, il-lingwa Ġermaniża hija l-lingwa uffiċjali. Quddiem ċerti qrati, barra minhekk, huma permessi il-lingwa tal-Burgenland-Kroat, l-Ungeriż jew is-Sloven, skond il-każ, bħala lingwa uffiċjali għall-minoranzi lingwistiċi.

Il-kawża jew l-applikazzjoni li tagħti bidu għall-proċedura legali għandha tiġi ppreżentata bil-miktub. Sakemm m’hemmx obbligu ta’ rappreżentanza minn avukat tista’ tiġi reġistrata verbalment - kif digà spjegat fit-tweġiba għal mistoqsija 7 - fil-qorti distrettwali kompetenti għall-każ. Il-qorti tista’ titlob li jiġu kkonfermati dawk il-kawżi li jiġu ppreżentati permezz ta’ fax jew e-mail. Kawżi jistgħu jiġu ppreżentati b’mezz elettroniku bis-sistema magħluqa ta’ kommunikazzjoni legali elettronika (ERV), li wieħed irid ikun reġistrat magħha biex jużaha (din tilħaq l-iskop tagħha biss meta jkun hemm numru ta’ kawżi quddiem il-qrati Awstrijaċi).

9. Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tippreżenta talba? Jekk le, kif għandi nabbozza t-talba tiegħi? X’ elementi partikolari jrid ikollha t-talba?

Formoli pprintjati, li bilfors għandhom jintużaw, jeżistu biss għall-kawżi dwar ordni ta’ ħlas. Mill-1.1.2003 kawżi purament dwar ħlas sa’ l-ammont ta’ 30,000 Euro għandhom jiġu ppreżentati bħala kawżi dwar ordni ta’ ħlas (Proċeduri għall-ordni ta’ ħlas). Il-formoli validi rispettivi jistgħu jinġabru mill-qorti jew jistgħu jiġu pprintjati mill-homepage Deutsch - English - français tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja.

FuqFuq

Jekk wieħed irid, jista’ juża’ formoli pprintjati għal tmiem ta’ kuntratt ta’ kiri ta’ dar jew kamra, jew kmarar, għan-negozju.

Meta tiġi ppreżentata t-talba jistgħu jinthemżu magħha, fil-prinċipju, id-dokumenti kollha bħala prova tat-talba li tkun qed issir (= fl-istess kwantità ta’ kopji daqs dik meħtieġa għat-talba nnifisha, dwar dan ara l-mistoqsija 12). Ftehim li jkun sar bil-miktub dwar il-post ta’ ġuriżdizzjoni jew il-ġuriżdizzjoni fil-pajjiż (ftehim dwar ġuriżdizzjoni) għandhom jinthemżu ma’ l-applikazzjoni għall-kawża. L-istess jgħodd għall-ftehim bil-miktub  dwar il-post fejn huwa validu l-kuntratt, meta min jagħmel it-talba jagħżel li jieħu passi f’ġuriżdizzjoni partikolari, kif ukoll fi qrati oħra kompetenti jew proċeduri oħra partikolari (bħal, per eżempju, l-ħlas f’każ ta’ mandat ta’ ħlas).

10. Huwa meħtieġ ħlas lill-Qorti? Jekk huwa hekk, meta? Hemm bżonn li l-avukat jitħallas mal-preżentazzjoni tat-talba?

Għal kull kawża magħmula quddiem qorti ċivili jridu jitħallsu l-ispejjeż tal-qorti meta tiġi ppreżentata t-talba li ssir fl-ewwel istanza biex ikopru l-ispejjeż kollha u li bħala prinċipju ma jiddependux fuq kif jiżvolġi l-proċess. L-ammont tagħhom bħala regola jiġi kkalkolat proporzjonalment skond l-ammont fit-tilwima. Dawn iridu jitħallsu malli titressaq it-talba - fil-post tal-qorti stess fi flus kontanti jew b’karta ta’ kreditu jew Bankomat, jew b’depożitu regolari fil-kont tal-qorti li fuqu jiġi ddikjarat li l-ħlas huwa għal "spejjeż tal-qorti" kif ukoll jitniżżlu l-partijiet involuti fil-kawża.

FuqFuq

Il-mod ta’ ħlas tad-drittijiet ta’ l-avukat jiddependi minn ftehim individwali; l-istess jgħodd għall-ammont (sakemm il-ħlas ma jkunx miftiehem li jsir skond l-Att dwar Tariffi ta’ l-Avukati jew skond il-linji gwida awtonomi dwar id-drittijiet). Ordni dwar min għandu jħallas l-ispejjeż tal-kawża normalment isir fit-tmiem tal-proċess u jiddependi mir-riżultat tal-proċess.

11. Nista’ nibbenefika mill-għajnuna legali? (Ara t-tema ’Għajnuna Legali)

L-għajnuna għall-ispejjeż tal-kawża tingħata qabel tinbeda l-kawża:

  • fil-forma ta’ informazzjoni legali mogħtija mill-qorti mingħajr ħlas waqt il-ħinijiet tal-pubbliku, kif ukoll permezz ta’ tagħrif bit-telefon mingħand il-Ministeru Federali tal-Ġustizzja u
  • fil-forma tal-pariri legali mingħajr ħlas għall-ewwel darba mill-avukat fl-uffiċċju legali tal-Kamra ta’ l-Avukati Awstrijaka jew mill-avukati indikati minnhom.

L-għajnuna legali tista’ tintalab - kemm biex tiġi ppreżentata l-kawża u/jew għall-kumplament tas-smigħ tal-kawża - fil-qorti kompetenti (il-qorti li quddiemha jinstema’ l-każ jew il-qorti tal-post ta’ residenza) bil-preżentazzjoni tar-rekwiżiti finanzjarji u tal-kontenut tat-talba.

KIF TIŻVOLGI L-KAWŻA

12. Minn liema mument titqies li ġiet ippreżentata t-talba tiegħi? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet li t-talba tiegħi tressqet b’mod korrett?

Malli t-talba tasal il-qorti (għall-inqas teoretikament kompetenti) il-kawża ssir sub judice. Skond il-proċedura t-talba tiġi kkunsidrata milqugħa jekk ma tagħtix lok għar-rifjut immedjat tagħha jew għal proċedura ta’ korrezzjoni min-naħa tal-qorti (meta allura tidher li tkun adattata għall-ordni ta’ proċedura). L-applikazzjoni għall-proċedura bil-miktub għandha tiġi ppreżentata, fil-prinċipju, fl-istess numru ta’ kopji (eżemplari, kopji), daqs in-numru ta’ partijiet fil-kawża (kopja għall-qorti, u waħda għal kull kontroparti). Jekk ikollha nuqqasijiet fil-forma u/jew fil-kontenut, huwa mistenni li l-qorti tordna li jsiru l-korrezzjonijiet, li tiġbed l-attenzjoni dwar il-konsegwenzi jekk il-korrezzjoni ma ssirx fi żmien stipulat. Konferma li l-applikazzjoni tkun intlaqgħet issir biss jekk tintalab, filwaqt li b’korrispondenza elettronika issir awtomatikament (is-sistema ERV).

FuqFuq

13. Nista’ nikseb informazzjoni preċiża dwar is-seduti li se jinżammu (bħal per eżempju ż-żmien meħtieġ sakemm isir l-ewwel smigħ)?

Fi proċess dwar ordni ta’ ħlas, kopja uffiċjali ta’ l-ordni ta’ ħlas mill-qorti tiġi ppreżentata f’formula sa minn meta tiġi ppreżentata l-kawża. Min jagħmel l-kawża għalhekk jirċievi awtomatikament jew kopja uffiċjali ta’ l-ordni ta’ ħlas li torbot bil-liġi (titolu eżekuttiv) jew, skond il-każ, notifikazzjoni ta’ oġġezzjoni mill-avversarju magħmula fiż-żmien stipulat, normalment flimkien ma’ taħrika għat-trattazzjoni verbali tal-każ (il-bidu tal-proċeduri legali). Il-perjodu sa meta tista’ tintbagħat taħrika fil-proċedura quddiem il-qorti distrettwali s’issa m’għandhiex limitu, iżda fil-proċedura f’qorti reġjonali mill-1.1.2003 hija ta’ mill-inqas 3 ġimgħat.

Fi proċess dwar it-tmiem ta’ kirja ta’ dar jew post ta’ negozju, il-kopja uffiċjali li permezz tagħha l-kirja tintemm trid tiġi notifikata separatament. Jekk il-kerrej joġġezzjona fiż-żmien stipulat (fi żmien erba’ ġimgħat), is-sid jiġi infurmat b’dan uffiċjalment, normalment flimkien ma’ taħrika għat-trattazzjoni verbali tal-kawża.

Apparti fit-tipi ta’ proċedura partikolari (bħall-proċeduri dwar ordni ta’ ħlas, ta’ mandat ta’ ħlas u ta’ tmiem ta’ kiri), il-proċess quddiem qorti distrettwali kompetenti jinvolvi dan li ġej: wara li tintlaqa’ t-talba (u l-korrezzjonijiet possibbli skond il-proċedura), normalment min qed jiġi mħarrek jiġi nnotifikat uffiċjalment mill-qorti bl-avviż tal-kawża, flimkien mat-taħrika għat-trattazzjoni verbali, u fl-istess ħin min jagħmel l-kawża jissejjaħ għat-trattazzjoni verbali tal-kawża. F’kawżi quddiem il-qorti reġjonali, flimkien man-notifika tat-talba, dak li jkun qed jiġi mħarrek jintalab iwieġeb bil-miktub għat-talba (b’riferenza wkoll għall-obbligu ta’ rappreżentanza minn avukat). Jekk il-parti mħarrka tonqos milli twieġeb għat-talba fiż-żmien stipulat, tingħata - fuq applikazzjoni ta’ min jagħmel l-akkuża - sentenza minħabba kontumaċja, inkella jista’ jkun hemm sospensjoni tal-proċeduri. Jekk issir risposta fil-ħin, min jagħmel l-kawża jirċievi kopja tar-risposta li normalment tkun annessa magħha t-taħrika għat-trattazzjoni verbali tal-kawża.

Informazzjoni dwar il-passi kollha nvoluti fil-proċeduri illi jiġu ddeterminati minn qabel mill-qorti, jew dwar l-istat preżenti tal-proċedura, tista’ tinkiseb bit-telefon (waqt kull fażi tal-proċedura) direttament mid-dipartiment tal-qorti responsabbli (l-uffiċċju ta’ reġistrazzjoni) billi tingħata r-riferenza tal-każ (jew, jekk ikun il-każ, in-numru ta’ riferenza tal-kawża) waqt il-ħinijiet għall-pubbliku.

Fil-ġurnata tas-smigħ preliminari (l-ewwel smigħ tat-trattazzjoni verbali tal-każ) il-kumplament tal-proċedura (speċjalment il-ħinijiet) jiġi diskuss mal-partijiet, li bħala prinċipju huma obbligati jkunu preżenti, sakemm ir-rappreżentant tagħhom ma jkunx infurmat biżżejjed dwar is-sitwazzjoni tal-każ u s-seduti meħtieġa jiġu ffissati mill-qorti u dan jiġi verbalizzat fl-atti tal-kawża fil-forma ta’ programm tal-proċess. Il-partijiet (jew ir-rappreżentanti tagħhom) jirċievu kopja tal-verbal. Il-partijiet għandhom jiġu avżati dwar bidliet f’dan il-programm u fejn meħtieġ ikun hemm l-opportunità, li jiddiskutuhom.

Aktar tagħrif

Għal informazzjoni ġenerali dwar kif huma organizzati l-qrati u dwar is-sistema legali, ara:

  • il- homepage Deutsch - English - français tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja
  • kif ukoll il- Rechtsinformationssystem Deutsch (is-Sistema ta’ l-Informatika Legali) ta’ l-Uffiċċju tal-Kanċillier Federali, li hija aċċessibbli wkoll fil-lista ta’ links tal-homepage tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja).

Huwa neċessarju li wieħed ikun jaf bil-Ġermaniż. Fuq il-listi tal-links taż-żewġ indirizzi fuq l-internet jinsabu l-homepages tal-Kmamar ta’ l-Avukati (li huma parzjalment bl-Ingliż ukoll).

« Ftuħ ta’ kawża fil-qorti - Informazzjoni Ġenerali | Awstrija - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 24-10-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit