Kummissjoni Ewropea > NGE > Falliment > Slovenja

L-aħħar aġġornament: 27-11-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Falliment - Slovenja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Liema huma t-tipi u l-għanijiet tal-proċeduri ta’ falliment fid-dritt Sloven? 1.
2. Liema huma l-kondizzjonijiet biex jinbdew it-tipi differenti ta’ proċeduri ta’ insolvenza? 2.
3. X’hinu r-rwol tad-diversi parteċipanti fil-proċeduri ta’ insolvenza? 3.
4. X‘inhuma l-konsegwenzi tal-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza? 4.
5. X’regoli speċifiċi hemm stabbiliti għal ċerti kategoriji ta’ talbiet? 5.
6. Kif jistgħu jkunu kkontestati l-atti legali tad-debitur? 6.
7. Liema huma l-kundizzjonijiet biex ikunu ppreżentati u ammessi t-talbiet? 7.
8. Liema huma r-regoli dwar arranġament obbligatorju? 8.
9. Liema huma r-regoli dwar il-proċedura ta’ likwidazzjoni? 9.
10. Liema huma l-kondizzjonijiet għall-għeluq tal-proċeduri? 10.

 

1. Liema huma t-tipi u l-għanijiet tal-proċeduri ta’ falliment fid-dritt Sloven?

Definizzjoni ta’ falliment fid-dritt Sloven

Il-falliment huwa definit bħala l-inabbiltà prolongata tad-debitur li jħallas id-dejn.

Il-proċeduri ta’ qabel il-falliment skond id-dritt Sloven

Skond id-dritt Sloven m’hemm ebda proċeduri speċifiċi u formali ta’ qabel il-falliment biex tkun ikkanċellat jew ma titħalliex ikun hemm insolvenza.

Proċeduri informali għar-riorganizzazzjoni tal-kumpaniji skond id-dritt Sloven

M’hemm ebda proċeduri speċifiċi għar-riorganizzazzjoni u l-istrutturazzjoni ta’ kumpaniji barra l-qafas ta’ proċeduri formali ta’ insolvenza skond id-dritt Sloven.

Proċeduri formali ta’ insolvenza skond id-dritt Sloven

Il-proċeduri ta’ insolvenza, b’mod partikolari arranġament obbligatorju u proċeduri ta’ falliment huma regolati mill-Att dwar l-Arranġament Obbligatorju, il-Falliment u l-Likwidazzjoni (Zakon o prisilni poravnavi, stečaju in likvidaciji, ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali Slovena Nru 67/93 et seq.).

2. Liema huma l-kondizzjonijiet biex jinbdew it-tipi differenti ta’ proċeduri ta’ insolvenza?

Kondizzjonijiet materjali

Il-kondizzjoni materjali biex jinbdew proċeduri għal arranġament obbligatorju u proċeduri ta’ falliment hija l-eżistenza ta’ motivi għal falliment (insolvenza jew dejn kbir tad-debitur).

Il-persuni u l-korpi li għandhom sehem fil-proċeduri ta’ insolvenza

Skond id-dritt Sloven, il-proċeduri ta’ insolvenza jistgħu jinbdew biss kontra debitur bi status ta’ kumpanija kummerċjali, kooperattiva jew intraprenditur indipendenti; fil-prinċipju dawn jistgħu jinbdew ukoll kontra istituzzjonijiet, intrapriżi ta’ l-Istat u persuni fiżiċi bi status ta’ intraprendituri indipendenti.

FuqFuq

Min jista’ jippreżenta rikors biex jinbdew proċeduri ta’ insolvenza?

Rikors biex jinbdew proċeduri għal arranġament obbligatorju jista’ jsir biss mid-debitur.

Ir-rikors biex jinbdew proċeduri ta’ falliment jista’ jkun ippreżentat minn kredituri, debituri nnifishom, azzjonisti b’responsabbiltà personali jew mill-ispettur tax-xogħol.

Kif issir il-pubbliċità għall-proċeduri ta’ insolvenza?

Il-qorti għandha b’mod uffiċjali twaħħal avviż fuq il-bord ta’ l-avviżi tal-qorti dwar il-bidu tal-proċeduri ta’ insolvenza, tippubblikah fil-Gazzetta Uffiċjali Slovena u tirreġistrah fir-reġistru tal-Kumpaniji u f’reġistri oħra uffiċjali.

3. X’hinu r-rwol tad-diversi parteċipanti fil-proċeduri ta’ insolvenza?

Il-ġurisdizzjoni u r-responsabbiltajiet tal-qorti

Panel ta' mħallfin jiddeċiedi dwar jekk għandhomx jinbdew proċeduri ta' insolvenza, kif il-każ għandu jiġi ppreżentat quddiem il-qorti, il-bejgħ tad-debitur (jekk dan ikun persuna ġuridika), il-ħatra u t-tneħħija ta' l-amministratur, l-approvazzjoni ta' l-abbozz ta' l-arranġamenti għat-tqassim ewlieni tal-beni tal-falliment u l-ħruġ tad-deċiżjoni dwar it-tqassim ewlieni, eċċ.

Il-ħatra u l-poteri ta' l-amministraturi

Amministratur ta' arranġament obbligatorju jista' jinħatar fi proċeduri ta' arranġament obbligatorju. Amministratur tal-falliment għandu jinħatar fi proċeduri tal-falliment. Fiż-żewġ każi l-amministratur jinħatar mill-panel meta tittieħed id-deċiżjoni li għandhom jinbdew proċeduri ta' falliment.

FuqFuq

Id-dmirijiet ewlenin ta' l-amministraturi ta' arranġament obbligatorju u ta' falliment huma li dawn jagħmlu verifika tal-qagħda ta' l-assi u l-attivitajiet tan-negozju tad-debitur, verifika tal-lista ta' kredituri u ta' debituri ta' talbiet reġistrati, verifika tal-kredibbiltà tat-talbiet reġistrati, jagħmlu oġġezzjonijiet għal talbiet mhux ġustifikati, eċċ. Barra dan, l-amministratur tal-falliment jeżerċita d-drittijiet ta' korpi ta' ġestjoni u d-drittijiet ta' proprjetà skond ir-rekwiżiti tal-proċeduri ta' falliment, imexxi n-negozju tad-debitur u jirrappreżenta lid-debitur.

L-obbligi tad-debitur

Id-debitur għandu jirreġistra f'waqtu r-rikors biex jinbdew il-proċeduri ta' insolvenza, u għandu jissottometti l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-president tal-panel flimkien mad-dokumenti rilevanti kollha.

Id-drittijiet tal-kredituri u r-rimedji disponibbli għalihom.

PROĊEDURI TA' ARRANĠAMENT OBBLIGATORJU

  1. Il-kumitat tal-kredituri
  2. Fi proċeduri ta' arranġament obbligatorju, sabiex ikunu salvagwardjati l-interessi tal-kredituri, il-panel jaħtar kumitat ta' kredituri li għandu d-dritt jispezzjona n-negozju u l-qagħda finanzjarja tad-debitur, u li jagħmel proposti u jagħti opinjonijiet skond kif meħtieġ biex jipproteġi lill-kredituri fil-proċeduri.

  3. Rimedji legali disponibbli għal kredituri individwali.
  4. Kull kreditur għandu dritt jappella kontra d-deċiżjoni li tilqa' jew tiċħad arranġament obbligatorju fi żmien tmint ijiem mit-twaħħil tad-deċiżjoni fuq il-bord ta' l-avviżi tal-qorti. Mingħajr preġudizzju għal ċerti kondizzjonijiet, kull kreditur għandu wkoll id-dritt li jippreżenta mozzjoni biex iwaqqaf il-proċeduri mhux aktar tard mill-jum tal-vot fuq l-arranġament obbligatorju.

    FuqFuq

    Kull kreditur li t-talba tiegħu tkun tnaqqset minħabba l-approvazzjoni ta' l-arranġament obbligatorju jista', fi żmien sitt xhur minn meta jkun għalaq iż-żmien għall-eżekuzzjoni tal-ftehim approvat, jitlob lill-panel biex jirtira l-approvazzjoni tiegħu ta' l-arranġament obbligatorju jekk dan jidhirlu li d-debitur ikun jista' jissodisfa l-obbligi tiegħu kollha minħabba li jkun hemm titjib fil-qagħda ekonomika u finanzjarja. Il-kredituri jistgħu wkoll jitolbu għall-annullament ta' l-arranġament obbligatorju billi jieħdu azzjoni f'qorti ċivili fi żmien sentejn minn meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni li tapprova li l-arranġament obbligatorju jidħol fis-seħħ, jekk l-arranġament obbligatorju ikun ġie approvat b'mezzi frawdolenti.

IL-PROĊEDURAŻ TA' FALLIMENT

  1. Il-kumitat tal-kredituri
  2. Fi proċeduri ta' falliment normalment dejjem jitwaqaf kumitat ta' kredituri biex iħares l-interessi tal-kredituri, ħlief meta l-beni tal-falliment ikunu insinifikanti jew jekk dan iwassal biex jiżdiedu l-ispejjeż tal-proċeduri b'mod konsiderevoli.

IL-MEZZI DISPONIBBLI LIL KREDITURI FIŻ-ŻEWĠ PROĊEDURI

B'mod ġenerali, fiż-żewġ proċeduri ta' insolvenza, il-kredituri għandhom id-dritt li jappellaw minn deċiżjonijiet tal-qorti, barra dawk dwar ix-xogħol ta' l-amministratur, li jkunu kkontestati permezz ta' oġġezzjonijiet jew mozzjonijiet.

4. X‘inhuma l-konsegwenzi tal-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza?

Il-formazzjoni tal-beni tal-falliment

Il-beni tal-falliment ta' debitur li jkun persuna fiżika jinkludu dawk l-assi kollha li jkunu proprjetà tiegħu fil-bidu tal-proċeduri jew li huwa jkun akkwista qabel ma jintemmu l-proċeduri, kif ukoll l-assi ta' kull azzjonista b'responsabbiltà personali li ma jkunux meħtieġa għall-għajxien bażiku tiegħu/tagħha.

FuqFuq

Restrizzjoni fuq il-kapaċità professjonali tad-debitur.

Fi proċeduri għal arranġament obbligatorju, il-kapaċità professjonali tad-debitur hija ristretta skond id-dispożizzjonijiet tal-liġi.

Fi proċeduri ta' falliment, il-poteri kollha ta' l-amministrazzjoni tad-debitur, ta' aġenti u ta' korpi ta' ġestjoni jiġu sospiżi u trasferiti lill-amministratur b'seħħ mill-bidu tal-proċeduri.

Tipi ta' talbiet li għandhom ikunu ppreżentati

ARRANĠAMENT OBBLIGATORJU

Fi proċeduri għal arranġament obbligatorju, il-kredituri ġeneralment ikollhom jippreżentaw it-talbiet kollha ħlief l-eċċezzjonijiet imsemmija mil-liġi.

PROĊEDURI TA' FALLIMENT

Fi proċeduri ta' falliment il-kredituri għandhom jippreżentaw it-talbiet kollha tagħhom irrispettivament minn jekk għandhomx dritt materjali fir-rigward tat-talba. Jekk it-talba tkun garantita minn dritt materjali, dak għandu jkun indikat espressament mal-preżentata tat-talba.

Miżuri provviżorji għall-finijiet ta' sigurtà, il-waqfien tal-bidu tal-proċeduri u l-projbizzjoni ta' proċeduri ta' infurzar.

Fi proċeduri ta' falliment, fuq mozzjoni ta' kreditur, jew f'każ eċċezzjonali, fuq inizjattiva tiegħu stess, il-panel jista', malli tkun ippreżentata mozzjoni biex jinbdew proċeduri ta' falliment, joħroġ ordni ta' garanzija, jiġifieri miżura provviżorja li tirrestrinġi d-dritt tar-rappreżentanti awtorizzati tad-debitur li jagħmlu operazzjonijiet legali, li tordna l-waqfien ta' pagamenti mill-kontijiet tad-debitur jew li timponi l-obbligu li tinkiseb l-approvazzjoni minn qabel tal-panel biex jagħmel validi d-deċiżjonijiet meħuda minn entitajiet tad-debitur fir-rigward tat-tneħħija ta' l-assi tad-debitur.

FuqFuq

Fejn jista' amministratur barrani jippreżenta mozzjoni għall-pubblikazzjoni jew reġistrazzjoni ta' proċeduri ta' insolvenza f'reġistru pubbliku skond l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000?

Amministraturi maħtura fi proċeduri ta' insolvenza u li jkunu nbdew fi Stati Membri oħra ta' l-UE jistgħu japplikaw għar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-kumpaniji nazzjonali Sloven fil-qorti distrettwali (hemm 11-il qorti distrettwali fis-Slovenja) li jkopri ż-żona fejn id-debitur ikollu l-indirizz tiegħu reġistrat.

Kull annotazzjoni fir-reġsitru tal-kumpaniji tkun ippubblikata mill-qorti fil-Gazzetta Uffiċjali Slovena fuq l-inizjattiva tagħha stess u mħallsa mill-operatur. L-indirizz tal-Gazzetta Uffiċjali huwa Uradni list Republike Slovenije d.o.o., Slovenska cesta 9, 1001 Lubjana, Slovenja; http://www.uradni-list.si slovenšcina.

5. X’regoli speċifiċi hemm stabbiliti għal ċerti kategoriji ta’ talbiet?

PROĊEDURI TA' ARRANĠAMENT OBBLIGATORJU

  1. Tpaċija
  2. Mid-data li fiha jinbdew il-proċeduri għal arranġament obbligatorju, it-talbiet kollha tal-kredituri kontra d-debitur li ma jkunux talbiet għal ħlas f'daqqa espressa f'tolars Sloveni, jistgħu jinqalbu ex lege f'talbiet ta' ħlas f'daqqa f'tolars skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-liġi. Talbiet jitqiesu ex lege li kienu paċuti, jekk dawn ikunu ġew paċuti fil-konfront tal-kontro-talbiet tad-debitur fid-data li fiha jkunu nbdew il-proċeduri.

    FuqFuq

PROĊEDURI TA' FALLIMENT

  1. Talbiet ta' tpaċija
  2. Mid-data li fiha jkunu nbdew il-proċeduri ta' falliment, it-talbiet kollha tal-kredituri kontra d-debitur li ma jkunux talbiet ta' ħlas f'daqqa espressi f'tolars Sloveni jistgħu jinqalbu ex lege f'talbiet ta' ħlas f'daqqa f'tolars.

    It-talbiet jitqiesu ex lege li jkunu ġew paċuti jekk dawn ikunu ġew paċuti kontra t-talbiet tad-debitur fid-data li fiha jkunu nbdew il-proċeduri. Kredituri li t-talbiet tagħhom jitqiesu ex lege li jkunu oġġetti paċuti, għandhom jgħarrfu lill-amministratur b'dan jew jisfaw responsabbli għad-danni u l-ispejjeż li jirriżultaw minħabba li ma jkunux għamlu dan.

  3. Ftehim ta' arranġament reċiproku:
  4. Fuq mozzjoni tad-debitur il-panel ta' l-arranġament jista' jippermetti li ftehim bħal dan ikun irtirat jekk waħda mill-partijiet tkun naqset li tissodisfa l-obbligi kollha tagħha sal-jum li fih ikunu nbdew il-proċeduri.

  5. Ftehim ta' lokazzjoni (kera)
  6. Il-bidu tal-proċeduri ta' arranġament obbligatorju ma jeffettwax id-dritt li jkunu terminati ftehim ta' lokazzjoni (kera).

    L-amministratur tal-falliment jista' jikkanċella ftehim fl-ewwel jum tax-xahar wara avviż ta' 30 ġurnata irrispettivament mill-perjodi legali jew kuntrattwali ta' l-avviż. L-inkwilin ikollu d-dritt f'dawn iċ-ċirkostanzi li jitlob id-danni bħala kreditur.

  7. Riżerva tat-titolu, drittijiet ta' retenzjoni
  8. Il-bidu tal-proċeduri għal arranġament ma jaffettwax ir-riżerva tad-dritt tat-titolu u d-drittijiet ta' retenzjoni.

  9. Id-dritt ta' rkupru
  10. Fi proċeduri ta' falliment, bejjiegħ jista' ma jħallix li jsir bejgħ ta' oġġetti lil xerrej jekk il-prezz kollu tal-bejgħ ikun għad jonqsu jitħallas u l-oġġett ikun ġie kkonsenjat lix-xerrej minn band'oħra qabel il-bidu tal-proċeduri ta' falliment u ma jkunx għadu wasal fid-destinazzjoni jew li ma jkunx għadu ġie fil-pussess tax-xerrej.

    FuqFuq

  11. Talbiet privileġġati
  12. Arranġament obbligatorju u falliment ma jeffettwawx it-talbiet ta' kredituri li jitqiesu mil-liġi bħala kredituri privileġġati (eż. talbiet għal salarji). Fi proċeduri ta' falliment it-talbiet privileġġati kollha jkunu rimborżati fl-istess ordni ta' l-ispejjeż tal-proċeduri ta' falliment. Jekk it-tqassim tal-beni ma jkunx suffiċjenti biex ikunu rimborżati t-talbiet kollha, ir-rimborż isir b'mod proporzjonali.

  13. Drittijiet materjali ta' terzi
  14. Il-proċeduri obbligatorji ma jeffettwawx id-drittijiet materjali ta' terzi.

    Il-bidu tal-proċeduri ta' falliment ma jeffettwax id-drittijiet materjali ta' terzi sakemm dawn ikunu ġew iddikjarati f'waqthom. Il-liġi tagħti definizjonijiet tar-regoli msemmija hawn fuq.

  15. Kuntratti ta' impjieg
  16. Mingħajr preġudizzju għall-għoti ta' avviż ta' 30 jum fil-każ ta' proċeduri ta' arranġament obbligatorju approvat, u avviż ta' 15-il jum fil-każ ta' proċeduri ta' falliment, l-aministratur jista' jikkanċella l-kuntratti ta' impjieg ta' mhux aktar mill-għadd ta' ħaddiema stipulat fil-programm dwar it-tmiem ta' l-impjieg minħabba riorganizzazzjoni finanzjarja. Qabel ma' jtemm il-kuntratti ta' impjieg ta' għadd akbar ta' impjegati, l-amministratur għandu jinforma lit-trejdjunjins fil-kumpannija ta' min jimpjega u lill-Uffiċċju ta' l-Impjiegi (Zavod Republike Slovenije za zaposlovanje).

6. Kif jistgħu jkunu kkontestati l-atti legali tad-debitur?

Il-kondizzjonijiet applikabbli għall-kontestazzjonijiet legali

Il-kredituri u l-amministratur għandhom id-dritt li jikkontestaw l-atti legali tad-debitur (jekk ikunu awtorizzati mill-president tal-panel fil-każ ta’ amministratur). Ilmenti jew oġġezzjonijiet isiru kontra l-persuna li fl-interess tagħha l-att kontestat ikun twettaq.

FuqFuq

Kontestazzjonijiet jistgħu jsiru kontra l-atti legali kollha (inkluż in-nuqqas ta’ azzjoni) li jirriżultaw f’pagamenti sproporzjonati jew imnaqqsa lil kredituri, jew li minħabba fihom kredituri individwali jitqiegħdu f’pożizzjoni aktar favorevoli (trattament preferenzjali ta’ kredituri).

Min jagħmel l-ilment għandu jagħti prova, permezz tal-kontestazzjoni tiegħu, li l-parti l-oħra, li fl-interess tagħha l-att kontestat twettaq, kienet taf jew messha kienet taf bil-qagħda ekonomika/finanzjarja ħażina tad-debitur (l-element suġġestiv ta’ “nullità”). Il-liġi tistabbilixxi l-preżunzjonijiet legali meta din il-kondizzjoni titqies li tkun sodisfatta kif ukoll il-każijiet fejn atti legali ma jkunux jistgħu jiġu kkontestati.

Il-perijodu eliġibbli għal atti li jkunu kkontestati

Fi proċeduri ta’ falliment, atti legali jistgħu jkunu kkontestati jekk dawn ikunu twettqu fis-sena ta’ qabel il-bidu tal-proċeduri, bil-kondizzjoni li l-kontestazzjoni ssir fi żmien sitt xhur mill-pubblikazzjoni ta’ l-avviż dwar il-bidu tal-proċeduri fil-Gazzetta Uffiċjali Slovena jew qabel l-iskadenza tat-tqassim ewlieni, jekk l-iskadenza tkun diġà ġiet miftiehma.

7. Liema huma l-kundizzjonijiet biex ikunu ppreżentati u ammessi t-talbiet?

PROĊEDURI TA’ ARRANĠAMENT OBBLIGATORJU

Fi proċeduri ta’ arranġament obbligatorju, il-preżentazzjoni tat-talba hija kondizzjoni proċedurali biex il-kreditur ikun jista’ jieħu azzjoni. It-talbiet għandhom ikunu ppreżentati lill-panel fi żmien 30 ġurnata mill-pubblikazzjoni ta’ l-avviż dwar il-bidu tal-proċeduri fil-Gazzetta Uffiċjali Slovena. Jekk ma ssirx il-preżentazzjoni jew jekk il-preżentazzjoni ssir tard ma jfissirx li l-kreditur jitlef it-talba, iżda ċertament jitlef id-dritt li jivvota.

FuqFuq

PROĊEDURI TA’ FALLIMENT

Fi proċeduri ta’ falliment il-kredituri għandhom jippreżentaw it-talbiet tagħhom lill-panel li jkun qed jittratta l-falliment fi żmien xahrejn mill-pubblikazzjoni ta’ l-avviż dwar il-proċeduri fil-Ġurnal Uffiċjali Sloven. Il-kredituri ma jkunux avżati personalment dwar il-bidu tal-proċeduri iżda jkunu mgħarrfa dwar dan biss permezz tal-Ġurnal Uffiċjali u mill-bord ta’ l-avviżi tal-qorti.

It-talbiet ippreżentati (u d-drittijiet materjali) jitqiesu bħala stabbiliti jekk l-amministratur jirrikonoxxihom bħala tali u dan il-fatt ma jkunx ikkontestat minn xi kredituri preżenti fl-aħħar tal-perjodu ta’ prova tat-talbiet. Il-panel tal-falliment jagħti istruzzjonijiet lill-kredituri li t-talbiet tagħhom ikunu kkontestati li l-proċeduri biex tkun stabbilita l-eżistenza ta’ talba kontestata fil-qrati ċivili tibda fi żmien 15-il jum mill-ħruġ ta’ l-istruzzjonijiet.

8. Liema huma r-regoli dwar arranġament obbligatorju?

Il-proċeduri ta’ falliment jitmexxew biex jinbiegħu l-beni tal-falliment u jitħallsu l-kredituri. L-assi tad-debitur li jkunu jagħmlu parti mill-beni tal-falliment normalment jitqiegħdu għall-bejgħ f’irkant pubbliku sakemm il-panel tal-falliment ma jordnax tip differenti ta’ bejgħ skond opinjoni minn qabel tal-kumitat tal-kredituri.

Qabel ma jibdew jitħallsu l-kredituri, jitnaqqas l-ammont meħtieġ biex jitħallsu l-ispejjeż tal-proċeduri tal-falliment mill-beni tal-falliment. Il-kredituri jitħallsu f’din l-ordni: l-ewwel, il-kredituri bi dritt materjali fuq il-beni mibjugħa, mbagħad il-kredituri privileġġati, u fl-aħħar il-bqija tal-kredituri. It-talbiet ikunu rranġati fl-ordni stabbilita mil-liġi.

FuqFuq

 Id-deċiżjoni dwar it-tqassim ewlieni tintbagħat lill-amministratur u jitwaħħal fuq il-bord ta’ l-avviżi tal-qorti. Abbażi tad-deċiżjoni finali dwar it-tqassim ewlieni, l-amministratur iħallas lill-kredituri fi żmien 15-il jum minn meta tkun daħlet fis-seħħ id-deċiżjoni. It-tqassim li jsir wara jsir meta r-riżorsi tad-debitur ikunu disponibbli.

9. Liema huma r-regoli dwar il-proċedura ta’ likwidazzjoni?

Il-proċeduri ta’ falliment isiru biex jinbiegħu l-beni tal-falliment u l-kredituri jitħallsu. L-assi tad-debitur li jagħmlu parti mill-beni tal-falliment normalment jinbiegħu f’irkant pubbliku sakemm il-panel tal-falliment ma jordnax tip differenti ta’ bejgħ skond opinjoni minn qabel tal-kumitat tal-kredituri.

Qabel ma jibdew jitħallsu l-kredituri, jitnaqqas l-ammont meħtieġ biex jitħallsu l-ispejjeż tal-proċeduri tal-falliment mill-beni tal-falliment. Il-kredituri jitħallsu skond din l-ordni: l-ewwel, il-kredituri bi dritt materjali fuq l-assi mibjugħa, imbagħad il-kredituri privileġġati, u fl-aħħar il-bqija tal-kredituri. It-talbiet ikunu rranġati fl-ordni stabbilit mil-liġi.

Id-deċiżjoni dwar it-tqassim ewlieni tintbagħat lill-amministratur u jitwaħħal fuq il-bord ta’ l-avviżi tal-qorti. Abbażi tad-deċiżjoni finali dwar it-tqassim ewlieni, l-amministratur iħallas lill-kredituri fi żmien 15-il jum minn meta tkun daħlet fis-seħħ id-deċiżjoni. It-tqassim li jsir wara jsir meta r-riżorsi tad-debitur ikunu disponibbli.

10. Liema huma l-kondizzjonijiet għall-għeluq tal-proċeduri?

Proċedura u effett ta’ l-għeluq tal-proċeduri

ARRANĠAMENT OBBLIGATORJU

FuqFuq

Il-panel japprova l-arranġament obbligatorju bil-kondizzjoni li jkunu ivvutaw għal dan il-kredituri li jirrappreżentaw iżjed minn 60% tat-talbiet kollha tal-kredituri li jkollhom id-dritt li jivvutaw. Meta dan ma jkunx il-każ, il-panel jordna l-għeluq tal-proċeduri ta’ arranġament obbligatorju. L-effett legali tal-konferma ta’ l-arranġament obbligatorju huwa t-tnaqqis fl-ammont ta’ l-obbligazzjonijiet finanzjarji tad-debitur jew id-differiment ta’ l-iskadenza għal arranġament ta’ l-obbligazzjonijiet finanzjarji tad-debitur.

PROĊEDURI TA’ FALLIMENT

Meta l-formalitajiet tal-proċeduri ta’ falliment ikunu twettqu, l-amministratur iħejji rapport u jipproponi l-għeluq tal-proċeduri lill-panel tal-falliment. Il-panel tal-falliment jippubblika d-deċiżjoni dwar l-għeluq tal-proċeduri fil-Gazzetta Uffiċjali Slovena.

Id-deċiżjoni finali li jkunu tlestew jew għalqu l-proċeduri tal-falliment tiddaħħal ukoll fir-reġistru tal-kumpaniji. B’dan l-att id-debitur ma jibqax persuna ġuridika.

Il-proċedura ta’ insolvenza titfa’ dell ikraħ fuq l-isem tad-debitur? Jista’ debitur jerga’ jibda attività kummerċjali ġdida?

Skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Kumpaniji (Zakon o gospodarskih družbah) f’dak li jirrigwarda l-amministraturi ta’ kumpaniji, ħadd ma jista’ jinħatar membru tal-bord ta’ ġestjoni jew ta’ sorveljanza ta’ kumpanija jekk, waqt li kien jaġixxi bħala kap ta’ kumpanija jew bħala membru tal-bord ta’ ġestjoni jew ta’ sorveljanza, ikunu nbdew proċeduri ta’ falliment kontra tiegħu u jkun ġie ddikjarat responsabbli biex iħallas id-danni lill-kredituri skond il-liġi.

FuqFuq

Pieni b’rabta ma’ proċeduri ta’ insolvenza.

PIENI ĊIVILI

B’żieda mar-responsabbiltà ġenerali għall-ħlas ta’ danni, l-Att dwar l-Operazzjonijiet Finanzjarji ta’ Kumpaniji (Zakon o finančnem poslovanju podjetij) jirregola wkoll ir-responsabbiltà personali ta’ ċerti individwi (membri tal-bord sorveljanza, soċji, azzjonisti, fundaturi ) li tista’ tinqala’ biss b’rabta ma’ proċeduri ta’ insolvenza.

PIENI KRIMINALI

Il-liġi kriminali tippreskrivi pieni għal persuni li: (i) bl-intenzjoni li ma jħallsux dak li jkunu obbligati li jħallsu, apparentement jew fattwalment jagħmlu aktar ħsara liċ-ċirkostanzi finanzjarji tagħhom infushom jew ta’ terza persuna, u b’hekk jikkawżaw falliment; (ii) meta jkunu qed jieħdu sehem f’attivitajiet ekonomiċi, ikunu jafu li huma jew terza persuna jkunu insolventi u, permezz ta’ ħlas ta’ dejn jew b’mod ieħor, intenzjonalment iqiegħdu kreditur partikolari f’pożizzjoni preferuta; (iii) waqt li jkunu jafu li huma jew terza persuna jkunu insolventi, u bl-intenzjoni li jiffrodaw lil kredituri, jippermettu pretensjoni falza, iħejju kuntratt falz jew b’mezzi frawdolenti oħra jikkawżaw telf kbir ta’ propjetà lil kredituri.

Barra l-awtur ta’ l-atti kriminali hawn fuq imsemmija, persuni ġuridiċi huma ukoll kriminalment responsabbli għal offiżi kriminali li l-awtur jagħmel f’isimhom, għalihom jew favur tagħhom. Is-sentenzi imposti fuq persuni ġuridiċi għall-attivitajiet kriminali tagħhom jinkludu multi, il-konfiska ta’ proprjetà u t-tmiem tal-personalità ġuridika tagħhom.

« Falliment - Informazzjoni Ġenerali | Slovenja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 27-11-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit