Ordni Legali
Organizzazzjoni tal-Ġustizzja
Professjonijiet legali
Għajnuna legali
Jurisdizzjoni tal-qrati
Ftuħ ta’ kawża fil-qorti
Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura
Liġi applikabbli
Servizz tad-dokumenti
Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza
Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet
Infurzar tas-sentenzi
Proċeduri simplifikati u maġġla
Divorzju
Risponsabilità tal-ġenituri
Talbiet ta’manteniment
Falliment
Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni
Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità
Proċessar Awtomatiku
L-Att dwar il-Falliment (BA) jirrikonoxxi tliet tipi differenti ta’ proċeduri ġudizzjarji ta’ insolvenza: il-Falliment, il-Moratorju u r-Ristrutturar tad-Dejn.
Fl-Olanda it-tliet tipi kollha huma inklużi fl-Addenda A, B u C għad-Digriet Ewropew dwar l-Insolvenza (KE) nru. 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 L 160 (emendat f’Jannar 2005, COM 2004, 827).
Fil-każ ta’ falliment, id-debitur (intraprenditur jew individwu privat) irid ikun fis-sitwazzjoni fejn ikun waqaf jagħmel il-pagamenti (skond l-Artikolu 1 ta’ l-Att dwar il-Falliment (BA)).
Fil-każ ta’ moratorju, id-debitur irid jipprevedi li mhux se jkun jista’ jkompli jħallas id-dejn dovut tiegħu (l-Artikolu 214 BA). Il-proċeduri ta’ moratorju huma maħsuba għall-intraprendituri.
Fil-każ ta’ l-Att dwar ir-Ristrutturar tad-Dejn għall-Persuni Naturali – ara l-Artikolu 284 ta’ l-Att dwar il-Falliment:
L-uniku għan tal-proċeduri ta’ falliment huwa l-likwidazzjoni ta’ l-ishma disponibbli sabiex jitqassmu fost il-kredituri.
Il-proċeduri ta’ moratorju għandhom għan ta’ ristrutturar aktar milli ta’ likwidazzjoni sabiex jipprevjenu dan ta’ l-aħħar.
Il-proċeduri ta’ ristrutturar tad-dejn fil-Qorti għandhom għan doppju: il-likwidazzjoni ta’ l-ishma disponibbli u r-ristrutturar tal-piż tad-dejn.
L-Att dwar il-Falliment ma jeħtieġ l-ebda proċedura preparatorja (ġudizzjarja jew extraġudizzjarja). Madanakollu, il-Qorti teħtieġ petizzjoni li tistrieħ fuq sisien sodi.
Qabel l-applikazzjoni ta’ l-arranġament legali tar-ristrutturar tad-dejn, il-liġi timponi l-issuktar mandatorju ta’ fażi extraġudizzjarja. Ibbażata fuq dikjarazzjoni mudell maħruġa mill-muniċipalità, irid ikun evidenti li kien hemm tenattivi sabiex jintlaħaq ftehim bonarju. Irid ukoll ikun evidenti ir-raġuni għaliex dawn it-tentattivi fallew. Id-dispożizzjoni ta’ l-assistenza għad-djun fuq livell lokali tappoġġja din il-fażi hekk imsejħa bonarja.
Dan li ġej japplika meta jiġi applikat ristrutturar tad-dejn:
L-Iskrivan tal-Qorti għandu jippubblika fil-Gazzetta ta’ l-Istat numru ta’ punti essenzjali meħuda mid-digriet tal-Qorti fejn jinfetħu l-proċeduri ta’ falliment, ta’ moratorju jew tar-ristrutturar tad-dejn. Fost l-oħrajn, dan jinvolvi l-isem u l-indirizz sħiħ tad-debitur u l-isem ta’ l-aġent imħallef superviżur u tar-riċevitur maħtur.
Il-Qorti hija prinċipalment involuta fid-deċiżjonijiet konsegwenzjali fl-arranġament tal-falliment u tar-ristrutturar tad-dejn, bħall-aċċettazzjoni jew iċ-ċaħda tal-proċeduri u l-għoti ta’ rilaxx fir-ristrutturar tad-dejn, jew ħlas mill-falliment jew il-possibbiltà ta’ terminazzjoni antiċipata tar-ristrutturar tad-dejn. Il-Qorti tista’ wkoll ma tilqax l-appell tar-riċevitur jew ta’ l-amministratur jekk dan jittraskura d-dmirijiet legali tiegħu.
Aġent imħallef superviżur jintħatar mill-Qorti għall-għadd ta’ deċiżjonijiet ta’ ġestjoni u superviżjoni tal-patrimonju matul il-perjodu tal-proċeduri. Dan l-individwu jissuperviżjona lir-riċevitur jew lill-amministratur, jagħti permess għal uħud mit-transazzjonijiet u jiddeċiedi dwar l-ilmenti possibbli mingħand il-partijiet interessati.
Hekk kif il-Qorti tkun fetħet proċeduri ta’ insolvenza, taħtar kemm imħallef superviżur kif ukoll amministratur (f’falliment) jew riċevitur (f’moratorju jew f’ristrutturar tad-dejn). Il-kompiti ta’ l-amministratur u tar-riċevitur huma deskritti fl-Att kif ġej: is-superviżjoni tal-konformità min-naħa tad-debitur ma’ l-obbligi li ġejjin mil-liġi, u l-ġestjoni u l-likwidazzjoni tal-patrimonju. Dawn il-kompiti japplikaw kemm jekk id-debitur huwa persuna privata u kemm jekk huwa intrapriża.
Fl-arranġament tal-moratorju, ir-riċevitur irid jiġġestixxi l-patrimonju flimkien mad-debitur.
Id-dmir ta’ l-isforz fir-ristrutturar tad-dejn: id-debitur li jingħata l-fakoltà tad-dejn għandu jeżerċita l-akbar sforz possibbli għall-kredituri tiegħu għal perjodu ta’ tliet snin, sabiex jiddaħħal l-akbar ammont ta’ flus possibbli mill-patrimonju. Għal tliet snin, se jkollha jqiegħed il-ħila tiegħu biex iħallas għad-dispożizzjoni tal-kredituri tiegħu sa 95% tal-livell ta’ appoġġ applikabbli.
Id-dmir ta’ l-informazzjoni f’falliment u f’ristrutturar tad-dejn: jinforma lill-amministrattur jew lir-riċevitur b’mod sħiħ u preċiż dwar dak kollu li jaf jew li jista’ jifhem li huwa importanti biex ikunu kkompletati l-proċeduri b’mod xieraq.
Il-patrimonju jinkorpora l-ġid kollu tad-debitur fiż-żmien tas-sentenza li tagħti il-fakoltà ta’ l-arranġament, kif ukoll il-ġid kollu li jikseb matul il-falliment jew l-applikazzjoni tar-ristrutturar tad-dejn skond it-Taqsimiet 20 u 295 BA. Il-ġid li mhux eċċessiv jibqa’ barra mill-patrimonju tad-debitur – flimkien ma’ l-oġġetti l-oħra deskritti fl-Artikolu 21 u fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 295 BA.
Il-prinċipju ta’ l-iffriżar japplika kemm għall-falliment u kemm għar-ristrutturar tad-dejn. Meta jkun hemm falliment jew ristrutturar ta’ dejn tfisser li l-pożizzjoni legali tal-patrimonju tiġi ffriżata.
Minħabba s-sentenza fejn id-debitur jingħata l-fakoltà ta’ l-arranġament ta’ falliment jew ta’ ristrutturar tad-dejn legalment huwa jitlef l-awtorità biex ikollu l-oġġetti tiegħu għad-dispożizzjoni tiegħu: minn dak iż-żmien ’il quddiem dawk l-affarijiet isiru parti mill-patrimonju li huwa amministrat mill-amministratur jew mir-riċevitur. Jitlef ukoll l-awtorità li jmexxi u jippermetti transazzjonijiet effettivi fejn għandhom x’jaqsmu dawk l-oġġetti. Huwa obbligat li jċedi l-oġġetti kollha li huma parti mill-patrimonju fuq it-talba ta’ l-amministratur jew tar-riċevitur. Id-debitur irid jitlob permess mill-amministrattur jew mir-riċevitur għal uħud mit-transazzjonijiet legali, bħal sehem fi transazzjoni ta’ kreditu.
M’hemm l-ebda obbligu għall-kredituri li jressqu l-klejms kollha quddiem ir-riċevitur jew l-amministratur. Kwalunkwe persuna li tixtieq ikollha xi sehem fid-dħul, li jingħata permezz ta’ dik li tissejjaħ lista ta’ distribuzzjoni lill-kredituri magħrufa, l-aħjar li jista’ jagħmel huwa li jressaq il-klejm tiegħu.
Jekk jiġi riabilitat (il-“maħfra tad-djun”) id-debitur meta jkun ikkompletat ir-ristrutturar tad-dejn, dan japplika għall-kredituri kollha, anki għall-individwi li ma ressqux il-klejm tagħhom quddiem ir-riċevitur. Hawnhekk hawn restrizzjoni importanti: l-arranġament tar-ristrutturar tad-dejn jaħdem biss fejn għandhom x’jaqsmu l-klejms li jeżistu fiż-żmien li jingħata d-digriet fejn id-debitur jingħata l-fakoltà ta’ l-arranġement (l-Artikolu 299 BA, il-prinċipju ta’ l-iffriżar). Il-klejms li jitfaċċaw wara d-data tas-sentenza dwar l-għoti tal-fakoltà huma djun ġodda, u għalhekk ma jaqgħux taħt ir-ristrutturar tad-dejn u mhumiex affetwati mir-rilaxx.
F’falliment, l-imħallef superviżur jista’ jordna, fuq it-talba ta’ kull parti interessata, li t-terzi ma jistgħux jeżerċitaw xi drittijiet li jkollhom kontra d-debitur għal massimu ta’ xahar, li jista’ jiġi estiż b’massimu ta’ xahar ieħor: dak li jissejjaħ il-perjodu ta’ riflessjoni. L-amministratur jista’ jieħu idea ta’ x’tinvolvi l-patrimonju. Dan l-ordni ta’ riflessjoni għalhekk jista’ jinvolvi wkoll lid-detentur ta’ l-ipoteka jew lid-detentur tal-pleġġ, jew lill-individwu li jkun irriżerva d-dritt ta’ proprjetà.
Tista’ tingħata fakolta provviżorja ta’ l-arranġament tar-ristrutturar tad-dejn sakemm tingħata s-sentenza ġudizzjarja finali. Din il-faċilità legali rari tintuża mill-Qorti u biss f’sitwazzjonijiet ta’ urġenza kbira bħal periklu ta’ żgumbrament mid-dar.
Hekk kif ir-ristrutturar tad-dejn ikun iddikjarat, b’mod provviżorju jew b’mod finali, li huwa applikabbli, japplika moratorju ġenerali kontra l-kredituri safejn għandu x’jaqsam l-eżerċizzju tad-drittijiet. Qbid li diġà sar jiġi annullat u l-eżekuzzjonijiet li diġà nbdew jiġu sospiżi. L-imgħax legali jew kuntrattwali jieqaf ukoll minn dak iż-żmien ’il quddiem. Fir-ristrutturar tad-dejn, l-imħallef superviżur jista’ jispeċifika wkoll perjodu ta’ riflessjoni permezz ta’ ordni fuq it-talba ta’ kull parti interessata.
Ir-reġistrazzjoni tal-proċeduri kollha korrenti ta’ insolvenza ssir fir-Reġistru Ċentrali ta’ l-Insolvenzi (CIR) fil-Kunsill tal-Ġudikatura fl-Aja; dan jista’ jkun ikkonsultat permezz ta’ www.rechtspraak.nl/registers
-
.
Fil-prinċipju, l-arranġament ta’ ristrutturar tad-dejn ma jaħdimx fejn għandhom x’jaqsmu l-klejms li huma koperti minn pleġġ jew minn ipoteka; anki fil-falliment id-detentur ta’ pleġġ jew ta’ ipoteka jista’ jaġixxi qisu m’hemm l-ebda falliment (għall-falliment ara t-Taqsimiet 57, 58 u 59 BA, li japplikaw ukoll fir-ristrutturar tad-dejn).
Jekk qabel il-falliment jew ir-ristrutturar tad-dejn, id-debitur kellu xi transazzjonijiet legali volontarji li kien jaf jew li kellu jkun jaf li kienu se jqiegħdu lill-kredituri fi żvantaġġ, l-amministratur jew ir-riċevitur jista’ jsejjaħ għal ‘actio pauliana’, u jista’ jdawwar dawn it-transazzjonijiet biex ikunu ta’ benefiċċju għall-patrimonju: it-Taqsimiet 42 u 43 BA.
Debitur (imma anki kreditur jew riċevitur) jistgħu jqiegħdu l-kwistjoni tar-ristrutturar tad-dejn quddiem il-Qort għal terminazzjoni antiċipata. Il-kondizzjonijiet huma deskritti fl-Artikolu 350 BA. L-aktar kawżi frekwenti huma terminazzjoni antiċipata minħabba li tfaċċaw djun ġodda eċċessivi, jew li d-debitur qed jipprova jqiegħed lill-kredituri tiegħu fi żvantaġġ jew qed jagħti informazzjoni mhux korretta jew mhux kompleta lir-riċevitur tiegħu. Il-konsegwenza legali hija li f’dak il-każ id-debitur jitqiegħed immedjatament fi stat ta’ falliment wara.
Il-liġi ma tispeċifikax il-perjodu ta’ falliment. Il-parti l-kbira tal-fallimenti jiġu kkompletati fi tmintax-il xahar, ġeneralment b’nuqqas ta’ dħul u jkunu bbażati fuq proċeduri semplifikati mingħajr verifika. Fallimenti kbar u kkomplikati spiss jieħdu aktar żmien. L-imħallef superviżur isegwi l-progress li għamel l-amministratur, sabiex il-proċedura tkun ikkompletata fil-perjodu raġonevoli ta’ żmien meħtieġ mill-EVRM.
Ġeneralment, ir-ristrutturar tad-dejn jieħu tliet snin. F’każi eċċezzjonali, dan il-perjodu jista’ jkun itwal, imma qatt itwal minn ħames snin. F’każi eċċezzjonali, il-perjodu ta’ ristrutturar tad-dejn jista’ jkun iqsar, sa minimu ta’ sena, jekk il-Qorti ma ssibx raġuni valida sabiex torganizza laqgħa ta’ verifika. Dawn il-proċeduri ta’ l-aħħar jissejħu wkoll bħala ristrutturar ta’ dejn issemplifikat u huma maħsuba apposta għal dawk il-każi fejn jiġi stabbiliti li kważi xejn m’hu se jinġabar biex jissodisfa l-klejms li hemm.
Huwa possibbli li terġa’ tinfetaħ intrapriża fil-qafas ta’ proċeduri ta’ falliment. L-amministratur se jittermina il-kuntratti ta’ impjieg (l-Artikolu 40 BA) ladarba l-okkorrenza tad-djun tal-patrimonju trid tkun limitata kemm jista’ jkun possibbli u għaliex – bil-kontra ta’ moratorju – il-ħarsien kontra t-tkeċċija tas-soltu ma japplikax waqt it-transizzjoni ta’ l-intrapriża għall-falliment. L-amministratur jista’ jkompli n-negozju tal-parti li falliet sakemm dan ikun fl-interess tal-patrimonju.
L-intenzjoni tal-proċeduri ta’ moratorju huwa li l-intrapriżi jiġu organizzati mill-ġdid. Il-perjodu huwa ta’ massimu ta’ tmintax-il xahar b’faċilità li jiġi estiż. Id-debitur jeħtieġ l-awtorizzazzjoni mingħand ir-riċevitur tiegħu għal atti ta’ ġestjoni jew ta’ kontroll. Id-debitur ma jistax ikun sfurzat iħallas id-djun tiegħu matul il-moratorju. Kwalunkwe żjieda li ssir fuq klejms mhux preferenzjali taqa’. Fil-fatt, il-moratorju ma jaffettwax l-klejms preferenzjali.
L-iskop aħħari ta’ l-arranġament tar-ristrutturar tad-dejn huwa ristrutturar komplet tal-piż tad-djun eżistenti tad-debitur fejn dan ikun persuna naturali. Is-sentenza ġudizzjarja dwar l-għoti ta’ fakoltà tfisser li l-kredituri jkollhom jieqfu milli jeżerċitaw il-mezzi li tagħti l-liġi. Qbid li diġà sar jiġi annullat u l-eżekuzzjonijiet li diġà nbdew jiġu sospiżi (l-Artikolu 301 BA). L-imgħax legali jew kuntrattwali ukoll jieqaf japplika minn dak iż-żmien (l-Artikolu 303 BA). Jekk debitur jgħaddi b’mod xieraq mill-fażi ta’ tliet snin, u jħallas il-massimu possibbli tad-djun tiegħu, id-djun li jkun fadal jistgħu jiġu kkonvertiti f’obbligi naturali permezz ta’ sentenza (l-Artikolu 358 BA). Dan ifisser li dawn id-djun li fadal ma jistgħux jinġabru aktar mill-kreditur.
F’falliment, l-amministratur jidderieġi r-riorganizzazzjoni u l-bidu mill-ġdid. F’moratorju, id-debitur u r-riċevitur jagħmlu dan flimkien. Il-perjodu ta’ falliment mhux speċifikat imma l-perjodu ta’ moratorju, fil-prinċipju, huwa ta’ tmintax-il xahar. Ir-riorganizzazzjonijiet fil-falliment ġeneralment għandhom possibbiltà akbar li jirnexxu ladarba l-ħarsien legali tat-tkeċċija ma japplikax, filwaqt li japplika fil-moratorju. Il-Qorti tapprova l-pjan ta’ ristrutturar fil-każi kollha.
Il-perjodu għar-ristrutturar tad-dejn huwa ta’ tliet snin u dan jiġi stabbilit fil-pjan ta’ ristrutturar (it-Taqsma 343 BA). Il-Qorti tistabbilixxi dan billi tibbaża ruħha fuq mudell, fit-teorija billi tuża abbozz min-naħa tad-debitur, u dan jinkludi l-obbligi li d-debitur irid iżomm magħhom. Fil-prattika, il-parti l-kbira tal-każi ta’ ristrutturar ta’ dejn javvanzaw mingħajr pjan ta’ din ix-xorta, minħabba li l-proċeduri jitqiesu bħala li jinvolvu ħafna xogħol. Barra minn hekk, il-liġi fuq dan il-punt se tinbidel dalwaqt (l-Abbozz ta’ Liġi 29 942), u b’hekk il-pjan ta’ ristrutturar mhux se jibqa’ aktar parti mill-proċeduri.
Kemm il-proċeduri ta’ falliment kif ukoll dawk tar-ristrutturar tad-dejn jiffokaw fuq il-likwidazzjoni ta’ l-assi disponibbli. Dan huwa bil-kontra tal-moratorju, li huwa ffokat preċiżament fuq iż-żamma ta’ l-assi, u fil-prinċipju huwa maħsub sabiex jimla l-vojt maħluq mill-problemi temporanji ta’ likwidità ta’ l-intrapriża.
F’falliment, l-amministratur jista’ jimponi perjodu raġonevoli fuq id-detentur ta’ pleġġ jew ta’ ipoteka qabel ma jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom.
F’falliment, ir-regola ewlenija hija l-bejgħ pubbliku, sakemm l-imħallef superviżur ma jippermettix bejgħ privat (l-Artikolu 176 BA). L-amministratur huwa awtorizzat li javvanza għal-likwidazzjoni (l-Artikolu 68 BA). Bil-kontra, f’ristrutturar ta’ dejn fil-prinċipju, ir-riċevitur dejjem jeħtieġ l-awtorità mill-imħallef superviżur sabiex javvanza għal-likwidazzjoni, imma ġeneralment bejgħ pubbliku, għal darb’oħra, mhux meħtieġ. Il-likwidazzjoni ta’ l-assi disponibbli tista’ ssir fil-forma ta’ ftehim ta’ftehim ta’ falliment jew ta’ ristrutturar ta’ dejn.
Ġeneralment, l-amministratur jew ir-riċevitur iqassmu darba biss lill-kredituri, b’dan ikun it-tmiem tal-proċeduri. Ir-ristrutturar tad-dejn u l-falliment formalment jintemmu meta l-lista tad-distribuzzjoni finali ssir torbot. L-amministratur jew ir-riċevitur jinforma lill-kredituri b’dan. Il-kredituri jistgħu joġġezzjonaw (jopponu rwieħhom) għal-lista.
Hemm proċeduri semplifikati kemm fil-falliment kif ukoll fir-ristrutturar tad-dejn. Dawn huma proċeduri mingħajr laqgħa ta’ verifika. F’falliment huwa meħtieġ li jkun hemm dħul insuffiċjenti biex ikunu sodisfatti l-klejms li jikkompetu ma’ xulxin.
Id-differenza essenzjali bejn falliment u ristrutturar tad-dejn huwa li wara t-tlestija ta’ falliment, il-klejms li ma jitħallsux jibqgħu hemm u għalhekk jistgħu jerġgħu jinġabru mill-kredituri (l-Artikolu 195 BA). Dan jiġri meta l-lista ta’ distribuzzjoni finali ssir torbot, fi kliem ieħor meta ma tkunx aktar possibbli għall-kreditur li jopponiha. Falliment jintemm permezz ta’ ftehim, jew permezz ta’ tlestija semplifikata (tneħħija fil-każ ta’ nuqqas ta’ dħul) jew permezz ta’ distribuzzjoni lill-kredituri wara li l-kljems tagħhom ġew ivverifikati.
Il-proċeduri ta’ moratorju jintemmu jew permezz ta’ l-irtirar tat-talba tad-debitur jew permezz ta’ ftehim li jkun approvat mill-Qorti.
Ir-ristrutturar tad-dejn jiġi kkompletat b’mod pożittiv jew negattiv:
Iċ-ċirkostanza li xi ħadd ikun falla jew li kien involut f’moratorju jew f’ristrutturar ta’ dejn, tibqa’ rreġistrata għal xi żmien ma’ l-Uffiċċju għar-Reġistrazzjoni tal-Krediti (BCR) fi Tiel u mar-Reġistru Ċentrali ta’ l-Insolvenzi (CIR) fil- Kunsill tal-Ġudikatura fl-Aja (www.rechtspraak.nl/registers
-
). Wara kollox dan huwa fattur ta’ riskju rilevanti għall-fornituri ta’ kreditu. M’hemm l-ebda ostaklu legali biex terġa’ tinfetaħ intrapriża. Wara proċeduri ta’ ristrutturar li jirnexxu hemm għal darb’oħra prospettivi għal ġejjieni finanzjarju tajjeb għall-individwi privati minħabba li issa l-piż tad-dejn tneħħa.
Intraprenditur li kkontribwixxa b’mod sinifikanti għall-falliment permezz ta’ amministrazzjoni ħażina ta’ l-intrapriża jista’ jitqies responsabbli mill-amministratur skond il-Kodiċi Ċivili. Il-Kodiċi Kriminali jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-falliment frawdolenti. Ma teżisti l-ebda sanzjoni speċifika għal dawk li jħaddmu/għall-korpi li mhumiex korporazzjonijiet jekk ma jżommux ma’ l-obbligi tar-ristrutturar tad-dejn tagħhom.
« Falliment - Informazzjoni Ġenerali | Olanda - Informazzjoni Ġenerali »
L-aħħar aġġornament: 06-07-2007

